2 Kronaki 10:1-19

10  U Reħobogħam+ mar Sikem,+ għax l-​Israelin kollha kienu marru Sikem biex jagħmluh sultan.  U ġara li malli Ġerobogħam,+ bin Nebat, semaʼ b’dan waqt li kien għadu l-​Eġittu,+ (għax kien ħarab minħabba Salamun, is-​sultan,) Ġerobogħam minnufih ġie lura mill-​Eġittu.+  Għalhekk, bagħtu għalih, u Ġerobogħam u Israel kollu ġew u kellmu lil Reħobogħam u qalulu:+  “Missierek, min-​naħa tiegħu, għamel il-​madmad tagħna iebes;+ u issa int ħaffef is-​servizz iebes taʼ missierek u l-​madmad tqil+ li qegħdilna fuqna, u aħna naqduk.”+  Għal dan, hu qalilhom: “Ħallu tlett ijiem oħra jgħaddu. Imbagħad erġgħu ejjew għandi.” Għalhekk, in-​nies telqu.  U s-​Sultan Reħobogħam mar jieħu parir+ mingħand ix-​xjuħ li kienu jaqdu kontinwament lil missieru Salamun waqt li kien għadu ħaj, u qalilhom: “X’parir tagħtuni? Kif għandi nwieġeb lil dawn in-​nies?”+  Għaldaqstant, huma qalulu: “Jekk timxi tajjeb maʼ dawn in-​nies u togħġobhom u tabilħaqq tkellimhom bil-​kelma t-​tajba,+ huma żgur isiru qaddejja tiegħek għal dejjem.”+  Madankollu, hu injora l-​parir+ li kienu tawh ix-​xjuħ, u mar jieħu parir mingħand iż-​żgħażagħ li trabbew miegħu+ u li kienu qed jaqduh.+  U qalilhom: “X’parir toffruli?+ Kif inwiġbuhom lil dawn in-​nies li kellmuni u qaluli, ‘Ħaffef il-​madmad li qegħdilna fuqna missierek’?”+ 10  U ż-​żgħażagħ li kienu trabbew miegħu qalulu: “Hekk għidilhom lil dawn in-​nies li kellmuk u qalulek, ‘Missierek, min-​naħa tiegħu, għamlilna madmad tqil, imma int ħaffifhulna’; hekk għandek tgħidilhom,+ ‘Sebgħi ż-​żgħir se jkun eħxen minn ġenbejn missieri.+ 11  U issa missieri, min-​naħa tiegħu, għabba fuqkom madmad tqil, imma jien se nżid mal-​madmad tagħkom.+ Missieri sawwatkom bil-​frosti, imma jien insawwatkom bil-​frosti bil-​ponot.’”+ 12  U Ġerobogħam u n-​nies kollha ġew għand Reħobogħam fit-​tielet jum, bħalma kien qalilhom is-​sultan meta qal: “Erġgħu ejjew għandi fit-​tielet jum.”+ 13  U s-​sultan beda jwiġibhom bl-​aħrax.+ B’hekk, is-​Sultan Reħobogħam injora l-​parir+ tax-​xjuħ,+ 14  u kellimhom skond il-​parir taż-​żgħażagħ,+ u qalilhom: “Jien se ntaqqlilkom il-​madmad, u jien, min-​naħa tiegħi, se nżid miegħu. Missieri sawwatkom bil-​frosti, imma jien insawwatkom bil-​frosti bil-​ponot.”+ 15  U s-​sultan ma tax widen lin-​nies; għax il-​mod kif żvolġew l-​affarijiet kien mill-​Alla l-​veru+ sabiex Ġeħova jwettaq il-​kelma tiegħu+ li kien qal permezz t’Aħija+ s-​Siloni+ lil Ġerobogħam, bin Nebat.+ 16  Inkwantu għal Israel kollu, peress li s-​sultan ma kienx tah widen, in-​nies wieġbu lis-​sultan: “X’sehem għandna maʼ David?+ M’għandniex wirt maʼ bin Ġesse.+ Kull wieħed lejn allatek,+ O Israel! Issa aħseb għal darek int, O David.”+ U Israel kollu mar lura lejn it-​tined tiegħu. 17  U fuq ulied Israel li kienu jgħammru fil-​bliet taʼ Ġuda baqaʼ jsaltan Reħobogħam.+ 18  Imbagħad is-​Sultan Reħobogħam bagħat lil Ħadoram,+ li kien fuq dawk miktubin għal xogħol forzat, imma wlied Israel ħaġġruh,+ u miet. U s-​Sultan Reħobogħam irnexxielu jitlaʼ fuq il-​karru tiegħu u jaħrab lejn Ġerusalemm.+ 19  U l-​Israelin komplew bl-​irvell tagħhom+ kontra d-​dar taʼ David sa dan il-​jum.

Noti taʼ taħt