2 Kronaki 1:1-17

1  U Salamun, bin David, baqaʼ jissaħħaħ fis-​saltna tiegħu,+ u Ġeħova Alla tiegħu kien miegħu+ u baqaʼ jagħmlu kbir b’mod straordinarju.+  U Salamun kellem lil Israel kollu, lill-​kapijiet taʼ l-​eluf+ u tal-​mijiet+ u lill-​imħallfin+ u lill-​kapijiet ewlenin kollha taʼ Israel kollu,+ il-​kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier.+  Imbagħad Salamun u l-​kongregazzjoni kollha miegħu marru lejn il-​post għall-​qima* li kien f’Gibegħon;+ għax hemmhekk kienet it-​tinda tal-​laqgħa+ taʼ l-​Alla l-​veru, li Mosè, il-​qaddej+ taʼ Ġeħova, kien għamel fix-​xagħri.  Madankollu, David kien tellaʼ l-​arka+ taʼ l-​Alla l-​veru minn Kirjat-ġegħarim+ lejn il-​post li David kien ħejja għaliha,+ għax kien waqqaf tinda għaliha f’Ġerusalemm.+  U l-​artal+ tar-​ram aħmar li kien għamel Besalel,+ bin Uri, bin Ħur,+ kien tpoġġa quddiem it-​tabernaklu* taʼ Ġeħova; u Salamun u l-​kongregazzjoni marru bħas-​soltu ħdejh biex jistaqsu x’jgħid Alla.  Salamun issa għamel offerti hemmhekk quddiem Ġeħova fuq l-​artal tar-​ram aħmar li kien fit-​tinda tal-​laqgħa, u offra fuqu elf offerta tal-​ħruq.+  Matul dak il-​lejl Alla deher lil Salamun u mbagħad qallu: “Itlobni! Xi tridni nagħtik?”+  U Salamun wieġeb lil Alla: “Int Dak li wrejt qalb tajba bl-​imħabba kbira maʼ David, missieri,+ u li għamiltni sultan minfloku.+  Issa, O Alla Ġeħova, ħa titwettaq il-​wegħda tiegħek li għamilt lil David, missieri,+ għax int stess għamiltni sultan+ fuq poplu numeruż daqs it-​trab taʼ l-​art.+ 10  Agħtini issa l-​għerf u l-​għarfien+ biex noħroġ u nidħol quddiem dan il-​poplu,+ għax min jistaʼ jiġġudika lil dan il-​poplu kbir tiegħek?”+ 11  Imbagħad Alla qal lil Salamun: “Talli xtaqt dan minn qalbek+ u ma tlabtnix għana, rikkezzi u ġieħ, jew ruħ dawk li jobogħduk, u lanqas tlabtni għomor twil,+ imma tlabtni nagħtik għerf u għarfien biex tiġġudika l-​poplu tiegħi li fuqu għamiltek sultan,+ 12  se tingħata+ l-​għerf u l-​għarfien; nagħtik ukoll għana u rikkezzi u ġieħ li ebda sultan li kien qablek ma kellu,+ u li ebda wieħed warajk ma jkollu.”+ 13  Għalhekk, Salamun mar mill-​post għall-​qima li kien f’Gibegħon,+ minn quddiem it-​tinda tal-​laqgħa,+ lejn Ġerusalemm u kompla jsaltan fuq Israel.+ 14  U Salamun baqaʼ jiġmaʼ l-​karrijiet u ż-​żwiemel tal-​ġiri, u b’hekk kellu elf u erbaʼ mitt karru u tnax-il elf żiemel tal-​ġiri,+ u kien iżommhom fil-​bliet għall-​karrijiet+ u f’Ġerusalemm, qrib is-​sultan. 15  U s-​sultan għamel il-​fidda u d-​deheb f’Ġerusalemm bħall-​ġebel;+ u l-​injam taċ-​ċedru bħas-​siġar tal-​ġummajż+ li hemm fis-​Sefela+ daqskemm kienu kotrana. 16  U mill-​Eġittu kienu jiġu importati ż-​żwiemel għal Salamun,+ u l-​kumpanija tal-​merkanti tas-​sultan kienet tixtri merħla sħiħa taʼ żwiemel bil-​prezz li tkun tat.+ 17  U karru kien jiġi importat mill-​Eġittu għal sitt mitt biċċa tal-​fidda, u żiemel għal mija u ħamsin; u hekk ukoll kienu jagħmlu s-​slaten kollha tal-​Ħittin u s-​slaten tas-​Sirja.+ Kien permezz tagħhom li kienu jimportaw.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “post fl-​għoli.”
Jew, “tinda tal-​qima.”