2 Korintin 9:1-15

9  Issa dwar il-​ministeru+ għall-​qaddisin, ikun żejjed li niktbilkom,  għax naf bir-​rieda tagħkom li dwarha qed niftaħar bikom mal-​Maċedonin, li issa l-​Akaja ilha sena għal-​lest biex tgħin,+ u ż-​żelu tagħkom qanqal il-​biċċa l-​kbira minnhom.  Imma qed nibgħat lill-​aħwa, sabiex il-​ftaħir tagħna bikom f’dan ir-​rigward ma jkunx għalxejn, u tkunu tassew lesti,+ bħalma kont ngħid li se tkunu.  Inkella, kieku b’xi mod kellhom jiġu miegħi xi Maċedonin u ma jsibukomx lesti, aħna—biex ma ngħidx intom—niġu mġegħlin nistħu minn din il-​fiduċja tagħna.  Għalhekk, ħassejt il-​bżonn li ninkuraġġixxi lill-​aħwa biex jiġu għandkom minn qabel u jlestu l-​għotja ġeneruża tagħkom li wegħedtu minn qabel,+ sabiex b’hekk din tkun lesta bħala għotja ġeneruża u mhux bħala xi ħaġa mogħtija bilfors.+  Imma rigward dan, min jiżraʼ bil-​qjies+ jaħsad ukoll bil-​qjies; u min jiżraʼ bil-​kotra+ jaħsad ukoll bil-​kotra.  Ħa jagħmel kull wieħed bħalma jkun iddeċieda f’qalbu, mhux kontra qalbu+ jew bilfors, għax Alla jħobb lil min jagħti bil-​ferħ.+  Iktar minn hekk, Alla kapaċi jkattar għalikom il-​qalb tajba mhix mistħoqqa kollha tiegħu biex, waqt li dejjem u f’kollox ikollkom bis-​sħiħ kulma għandkom bżonn, ikollkom bl-​abbundanza għal kull għemil tajjeb.+  (Bħalma hu miktub: “Hu qassam bil-​kotra, ta lill-​foqra, il-​ġustizzja tiegħu tibqaʼ għal dejjem.”+ 10  Issa dak li jagħti b’abbundanza ż-​żerriegħa lil dak li jiżraʼ u l-​ħobż għall-​ikel+ jagħtikom u jkattrilkom iż-​żerriegħa x’tiżirgħu u jżid il-​prodotti tal-​ġustizzja tagħkom.)+ 11  F’kollox qed tiġu mogħnijin għal kull xorta taʼ ġenerożità, li permezz tagħna tipproduċi espressjoni taʼ radd il-​ħajr lil Alla;+ 12  għax il-​ministeru taʼ dan is-​servizz pubbliku m’huwiex biss li nipprovdu bl-​abbundanza l-​bżonnijiet tal-​qaddisin+ imma wkoll li nkunu għonja b’ħafna espressjonijiet taʼ radd il-​ħajr lil Alla. 13  Permezz tal-​prova li jagħti dan il-​ministeru, huma jigglorifikaw lil Alla għax intom sottomessi lejn l-​aħbar tajba dwar il-​Kristu,+ bħalma tistqarru pubblikament li intom, u għax intom ġenerużi fil-​kontribuzzjoni li tagħtu lilhom u lil kulħadd;+ 14  u waqt li jitolbu bil-​ħerqa għalikom, jixxennqu għalikom minħabba l-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ straordinarja li Alla wera magħkom. 15  Grazzi lil Alla għall-​għotja b’xejn tiegħu li ma tistax tiġi deskritta.+

Noti taʼ taħt