2 Korintin 7:1-16

7  Għalhekk, maħbubin, ladarba għandna dawn il-​wegħdi+ ħa nitnaddfu+ minn kull tinġis tal-​laħam u taʼ l-​ispirtu,+ u nipperfezzjonaw il-​qdusija fil-​biżaʼ t’Alla.+  Agħmlu l-​wisaʼ għalina f’qalbkom.+ Lil ħadd m’għamilna ħsara, lil ħadd ma kkorrompejna, u minn ħadd ma pprofittajna ruħna.+  Ma ngħidx dan biex nikkundannakom. Għax diġà għedtilkom li qegħdin fi qlubna, sew jekk ngħixu u sew jekk immutu.+  Nistaʼ nitkellem magħkom b’libertà kbira. Inħossni kburi ħafna bikom.+ Jien mimli faraġ;+ qed infur bil-​ferħ fis-​sofferenzi kollha tagħna.+  Fil-fatt, meta wasalna l-​Maċedonja,+ ma sibniex serħan,+ imma bqajna nsofru+ b’kull mod u manjiera—kien hemm ġlied barra u biżaʼ ġewwa.  Madankollu Alla, li jfarraġ+ lill-​imgħakksin, farraġna bil-​preżenza taʼ Titu;  iżda mhux biss bil-​preżenza tiegħu, imma wkoll bil-​faraġ li hu kien tfarraġ bikom, għax reġaʼ qalilna+ dwar ix-​xewqa tagħkom, in-​niket tagħkom, iż-​żelu tagħkom għalija, u b’hekk jien thennejt bil-​wisq iktar.  Għalhekk, anki jekk sewwidtilkom qalbkom bl-​ittra tiegħi,+ ma jiddispjaċinix. U jekk għall-​ewwel iddispjaċieni, (qed nara li dik l-​ittra sewditilkom qalbkom, għalkemm għal ftit,)  issa nithenna, mhux għax sewwidtu qalbkom, imma għax is-​swied taʼ qalb wassalkom għall-​indiema;+ għax sewwidtu qalbkom fi qbil mar-​rieda t’Alla,+ biex f’xejn ma ssofru ħsara minħabba fina. 10  Għax is-​swied taʼ qalb fi qbil mar-​rieda t’Alla jġib l-​indiema għas-​salvazzjoni li ħadd m’għandu jiddispjaċih minnha;+ imma s-​swied taʼ qalb tad-​dinja jipproduċi l-​mewt.+ 11  Għax ara l-​fatt li sewwidtu qalbkom fi qbil mar-​rieda t’Alla+ x’ħeġġa kbira pproduċa fikom, iva, tindif mill-​ħtija, iva, għadab minħabba l-​ħażen, iva, biżaʼ t’Alla, iva, xenqa, iva, żelu, iva, korrezzjoni tal-​ħażen!+ F’kull aspett urejtu li intom safjin f’din il-​ħaġa. 12  Żgur li għalkemm ktibtilkom, dan m’għamiltux għal dak li għamel il-​ħażen,+ lanqas għal dak li sofra l-​ħażen, imma biex il-​ħeġġa tagħkom għalina tkun tidher fostkom quddiem Alla. 13  Huwa għalhekk li ġejna mfarrġin. Madankollu, minbarra li tfarraġna, thennejna jerġaʼ wisq iktar minħabba l-​ferħ taʼ Titu, għax l-​ispirtu tiegħu+ ġie mserraħ minnkom ilkoll. 14  Għax jekk ftaħart xi ftit dwarkom miegħu, ma ġegħeltunix nistħi; imma bħalma għednielkom il-​verità f’kollox, hekk ukoll il-​ftaħir tagħna+ quddiem Titu deher ċar li hu veru. 15  Ukoll, l-​affezzjoni tenera tiegħu għalikom hi ħafna iktar kotrana, għax jiftakar l-​ubbidjenza tagħkom+ ilkoll, kif ilqajtuh bil-​biżaʼ u t-​tregħid. 16  Nithenna li b’kull mod nistaʼ nimtela bil-​kuraġġ minħabba fikom.+

Noti taʼ taħt