2 Korintin 6:1-18

6  Waqt li naħdmu flimkien miegħu,+ nitolbukom bil-​ħrara wkoll biex ma taċċettawx il-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla u titilfu l-​iskop tagħha.+  Għax hu jgħid: “Fi żmien aċċettabbli smajtek, u f’jum taʼ salvazzjoni għentek.”+ Ara! Issa speċjalment hu ż-​żmien aċċettabbli.+ Ara! Issa hu jum is-​salvazzjoni.+  Bl-ebda mod m’aħna noħolqu xi raġuni għal tfixkil,+ biex ħadd ma jsib xi jgħid fil-​ministeru tagħna;+  imma b’kull mod nirrikkmandaw+ lilna nfusna bħala ministri t’Alla billi nissaportu ħafna affarijiet, fit-​tribulazzjonijiet, fil-​bżonn, fid-​diffikultajiet,+  fis-swat, fil-​ħabsijiet,+ fit-​taqlib, fit-​taħbit, fl-​iljieli bla rqad, fi żminijiet mingħajr ikel,+  bis-safa, bl-​għarfien, bis-​sabar fit-​tul,+ bil-​qalb tajba,+ bl-​ispirtu qaddis, bl-​imħabba ħielsa mill-​ipokrisija,+  bi kliem mimli verità, bil-​qawwa t’Alla;+ bl-​armi+ tal-​ġustizzja fuq il-​lemin u fuq ix-​xellug,*  bil-glorja u bid-​diżunur, b’fama ħażina u b’fama tajba; bħala qarriqin+ iżda ngħidu l-​verità,  bħala mhux magħrufin iżda qed niġu rikonoxxuti,+ bħala li qed immutu iżda, ara, qed ngħixu,+ bħala dixxiplinati+ iżda mhux mogħtijin għall-​mewt,+ 10  bħala mnikktin imma dejjem nithennew, bħala fqar imma nagħmlu lil ħafna sinjuri, bħala li m’għandna xejn iżda għandna kollox.+ 11  Ftaħna fommna għalikom, Korintin, wessajna qalbna.+ 12  M’hemmx nuqqas taʼ wisaʼ għalikom fina,+ imma hemm nuqqas taʼ wisaʼ fl-​affezzjoni tenera tagħkom.+ 13  Għalhekk, biex tpattulna—inkellimkom bħallikieku tfal+—wessgħu qalbkom intom ukoll. 14  Tintrabtux taħt madmad li mhux indaqs maʼ dawk li ma jemmnux.+ Għax xi sħubija hemm bejn il-​ġustizzja u l-​ksur tal-​liġi?+ Jew x’għandu x’jaqsam id-​dawl mad-​dlam?+ 15  Iktar minn hekk, xi qbil hemm bejn Kristu u Beljal?*+ Jew x’sehem+ għandu min hu leali maʼ min ma jemminx? 16  U xi ftehim għandu t-​tempju t’Alla maʼ l-​idoli?+ Għax aħna tempju+ t’Alla ħaj; bħalma qal Alla: “Ngħammar fosthom+ u nimxi fosthom, u nkun Alla tagħhom, u huma jkunu l-​poplu tiegħi.”+ 17  “‘Għalhekk, oħorġu minn ġo nofshom, u nfirdu minn magħhom,’ jgħid Ġeħova, ‘u tibqgħux tmissu dak li mhux nadif’”;+ “‘u jien nilqagħkom.’”+ 18  “‘U nkun missier għalikom,+ u intom tkunu għalija wlied subien u bniet,’+ jgħid Ġeħova li Jistaʼ Kollox.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “għall-​offiża u d-​difiża.”
Ifisser, “M’Hu Tajjeb għal Xejn,” u jirreferi għall-​Ħażin, Satana.