2 Korintin 5:1-21

5  Aħna nafu li jekk tiġġarraf+ id-​dar tagħna fuq l-​art,+ din it-​tinda,+ se jkollna bini mingħand Alla, dar li mhix magħmula bl-​idejn,+ għal dejjem+ fis-​smewwiet.  Għax f’din id-​dar fejn ngħixu aħna tabilħaqq nokorbu,+ peress li nixtiequ bil-​ħeġġa li nilbsu dik li għandna mis-​sema,+  u b’hekk, billi nkunu lbisnieha tassew, ma ninstabux għarwenin.+  Fil-fatt, aħna li qegħdin f’din it-​tinda nokorbu għax imtaqqlin; mhux għax irridu ninżgħuha, imma għax irridu nilbsu l-​oħra,+ biex dak li hu mortali jinbelaʼ mill-​ħajja.+  Issa dak li ħejjiena għal dan hu Alla,+ li tana l-​garanzija+ taʼ dak li għandu jiġi, jiġifieri, l-​ispirtu.+  Aħna għalhekk dejjem mimlijin kuraġġ u nafu li dment li għandna darna fil-​ġisem m’aħniex preżenti mal-​Mulej,+  għax aħna nimxu bil-​fidi, mhux b’dak li jaraw għajnejna.+  Imma aħna mimlijin kuraġġ u ninsabu kuntenti ferm li ma nibqgħux preżenti fil-​ġisem u mmorru noqogħdu mal-​Mulej.+  Għalhekk, qed nagħmluha wkoll il-​mira tagħna li, sew jekk noqogħdu miegħu u sew jekk m’aħniex preżenti miegħu,+ inkunu aċċettabbli għalih.+ 10  Għax ilkoll irridu nidhru quddiem it-​tron tal-​ġudizzju tal-​Kristu,+ biex kull wieħed jieħu ħlasu għal dak li għamel permezz tal-​ġisem, skond dak li jkun ipprattika, sew jekk tajjeb u sew jekk ħażin.+ 11  Għalhekk, peress li nafu x’inhu l-​biżaʼ+ tal-​Mulej, nibqgħu nipperswadu+ lill-​bnedmin, imma dak li aħna jidher ċar għal Alla. Madankollu, nittama li dak li aħna jidher ċar ukoll għall-​kuxjenzi tagħkom.+ 12  M’aħniex qed nerġgħu nirrikkmandaw+ lilna nfusna lilkom, imma qed nagħtukom raġuni biex tiftaħru bina,+ sabiex tkunu tistgħu twieġbu lil dawk li jiftaħru bid-​dehra taʼ barra,+ u mhux bil-​qalb.+ 13  Għax jekk ma konniex f’sensina,+ dan kien għal Alla; jekk aħna moħħna f’loku,+ dan hu għalikom. 14  Għax l-​imħabba li għandu l-​Kristu ġġegħelna, peress li dan iġġudikajna, li bniedem wieħed miet għal kulħadd;+ mela, allura, kollha mietu; 15  u miet għal kulħadd biex dawk li jgħixu ma jgħixux iktar għalihom infushom,+ imma għal dak+ li miet għalihom u ġie mqajjem.+ 16  Għaldaqstant, minn issa ’l quddiem ma nafu lil ħadd skond il-​laħam.+ Saħansitra jekk konna nafu lil Kristu skond il-​laħam,+ żgur li issa ma nafuhx iktar hekk.+ 17  Għaldaqstant, jekk xi ħadd hu f’unjoni maʼ Kristu, hu ħolqien ġdid;+ l-​affarijiet qodma għaddew,+ ara, affarijiet ġodda bdew jeżistu.+ 18  Imma kollox hu minn Alla, li reġaʼ ħabbibna+ miegħu permezz taʼ Kristu u tana l-​ministeru+ tar-​rikonċiljazzjoni, 19  jiġifieri, li permezz taʼ Kristu,+ Alla kien qed jerġaʼ jħabbeb lid-​dinja+ miegħu,+ billi m’għaddilhomx nuqqasijiethom,+ u fada f’idejna l-​kelma+ tar-​rikonċiljazzjoni.+ 20  Għalhekk, aħna+ ambaxxaturi+ li jissostitwixxu lil Kristu,+ bħallikieku Alla qed jitlob bil-​ħrara permezz tagħna.+ Bħala sostituti għal Kristu nitolbu bil-​ħniena:+ “Erġgħu tħabbu m’Alla.” 21  Lil dak li kien bla dnub+ għamlu dnub+ għalina, sabiex aħna nsiru l-​ġustizzja+ t’Alla permezz tiegħu.

Noti taʼ taħt