2 Korintin 4:1-18

4  Għalhekk, ladarba għandna dan il-​ministeru+ skond il-​ħniena li ntweriet magħna,+ ma naqtgħux qalbna;  imma issa li warrabna kulma jsir minn taħt li hu taʼ mistħija,+ ma nimxux bil-​makakkerija, lanqas inniġġsu l-​kelma t’Alla,+ imma billi nuru l-​verità, quddiem Alla aħna nsiru eżempju tajjeb għall-​kuxjenza taʼ kull bniedem.+  Issa, jekk l-​aħbar tajba li nxandru hi tassew moħbija b’velu, hi moħbija għal dawk li qed jinqerdu,+  li fosthom l-​alla taʼ din is-​sistema+ għema l-​imħuħ taʼ dawk li ma jemmnux,+ biex ma jarawx jiddi+ d-​dawl+ taʼ l-​aħbar tajba+ glorjuża dwar il-​Kristu, li hu x-​xbieha+ t’Alla.  Għax m’aħniex nippridkaw lilna nfusna imma lil Kristu Ġesù bħala l-​Mulej,+ u lilna nfusna bħala l-​ilsiera tagħkom+ għal Ġesù.  Għax kien Alla li qal: “Ħa jiddi d-​dawl mid-​dlam,”+ u idda fi qlubna biex idawwalhom+ bl-​għarfien glorjuż+ dwar Alla permezz taʼ wiċċ Kristu.+  Madankollu, għandna dan it-​teżor+ f’reċipjenti+ tal-​fuħħar,+ sabiex il-​qawwa+ iktar min-​normal tkun t’Alla+ u mhux minna nfusna.+  Aħna magħfusin b’kull mod,+ imma mhux marsusin li ma nistgħux niċċaqalqu; mifxulin, imma mhux li m’għandniex assolutament minfejn noħorġu;+  persegwitati, imma mhux abbandunati;+ mitfugħin maʼ l-​art,+ imma mhux meqrudin.+ 10  Dejjem u kullimkien nissaportu f’ġisimna t-​trattament tal-​mewt li ngħata lil Ġesù,+ sabiex il-​ħajja taʼ Ġesù tkun tidher ukoll f’ġisimna.+ 11  Għax aħna l-​ħajjin dejjem qed ninġiebu wiċċ imbwiċċ mal-​mewt+ għal Ġesù, sabiex il-​ħajja taʼ Ġesù tkun tidher ukoll fil-​laħam mortali tagħna.+ 12  Għaldaqstant, il-​mewt qed taħdem fina, imma fikom qed taħdem il-​ħajja.+ 13  Issa minħabba li għandna l-​istess spirtu taʼ fidi bħal dak li dwaru hemm miktub: “Jien eżerċitajt il-​fidi, u għalhekk nitkellem,”+ aħna wkoll neżerċitaw il-​fidi, u għalhekk nitkellmu, 14  għax nafu li dak li qajjem lil Ġesù jqajjem lilna wkoll flimkien maʼ Ġesù u jippreżentana flimkien magħkom.+ 15  Għax kollox hu għalikom,+ sabiex il-​qalb tajba mhix mistħoqqa li ntweriet bl-​abbundanza tkompli toktor minħabba r-​radd il-​ħajr taʼ ħafna oħrajn għall-​glorja t’Alla.+ 16  Għalhekk, ma naqtgħux qalbna, imma anki jekk il-​bniedem li aħna minn barra qed jispiċċa, żgur li l-​bniedem li aħna minn ġewwa+ qed jiġġedded minn jum għall-​ieħor. 17  Għax għalkemm it-​tribulazzjoni hi mumentanja+ u ħafifa, iġġibilna glorja taʼ kobor bla qjies li hi għal dejjem;+ 18  waqt li ma nżommux għajnejna fuq l-​affarijiet li jidhru, imma fuq dawk li ma jidhrux.+ Għax dawk li jidhru huma temporanji,+ imma dawk li ma jidhrux huma għal dejjem.+

Noti taʼ taħt