2 Korintin 2:1-17

2  Għax ngħid għalija hekk iddeċidejt, li ma nerġax niġi għandkom b’qalbi sewda.+  Għax jekk insewdilkom qalbkom,+ min ikun hemm biex iferraħni ħlief dak li nkun sewwidtlu qalbu?  U għalhekk ktibt dan, biex meta niġi ma nsewwidx qalbi+ minħabba dawk li jmissni nifraħ bihom;+ għax għandi fiduċja+ fikom ilkoll li l-​ferħ li għandi hu tagħkom ilkoll.  Għax b’ħafna tribulazzjoni u diqa taʼ qalb ktibtilkom b’ħafna dmugħ,+ mhux biex insewdilkom qalbkom,+ imma biex tkunu tafu l-​imħabba li għandi speċjalment għalikom.  Issa jekk xi ħadd ġab swied il-​qalb,+ ma ġabux lili, imma lilkom ilkoll sa ċertu punt—biex ma nkunx aħrax wisq f’dak li ngħid.  Din iċ-​ċanfira+ mogħtija mill-​maġġuranza hi biżżejjed għal bniedem bħal dan,  u għalhekk, għall-​kuntrarju, issa għandkom taħfrulu+ b’qalb tajba u tfarrġuh, li ma jmurx dan jinbelaʼ għax ikun sewwed qalbu żżejjed.+  Għaldaqstant inħeġġiġkom biex terġgħu turuh imħabbitkom.+  Għax għalhekk ukoll qed niktbilkom, biex inkun ċert jekk intomx ubbidjenti f’kollox.+ 10  Kulma taħfru b’qalb tajba lil xi ħadd, jien naħfirhulu wkoll.+ Fil-​fatt, ngħid għalija, kulma ħfirt b’qalb tajba, jekk ħfirt xi ħaġa, kien minħabba fikom quddiem Kristu; 11  biex Satana ma jegħlibniex,+ għax il-​pjanijiet tiegħu nafuhom.+ 12  Issa meta wasalt Troas+ biex inxandar l-​aħbar tajba dwar il-​Kristu, u nfetaħli bieb fil-​Mulej,+ 13  ma kellix serħan fl-​ispirtu tiegħi peress li ma sibtx lil ħija Titu,+ imma sellimtilhom u tlaqt il-​Maċedonja.+ 14  Imma ħajr lil Alla li dejjem imexxina+ f’parata trijonfali fi sħubija+ mal-​Kristu u jagħmel ir-​riħa taʼ l-​għarfien dwaru tinxtamm f’kull post permezz tagħna!+ 15  Għax għal Alla aħna riħa tfuħ+ taʼ Kristu fost dawk li qed jiġu salvati u fost dawk li qed jinqerdu;+ 16  għal dawn taʼ l-​aħħar riħa li tiġi mill-​mewt għall-​mewt,+ għal dawk taʼ l-​ewwel riħa li tiġi mill-​ħajja għall-​ħajja. U min hu kwalifikat biżżejjed għal dan?+ 17  Aħna; għax ma nagħmlux negozju mill-​kelma t’Alla+ bħalma jagħmlu ħafna,+ imma qed nitkellmu bis-​sinċerità, iva, bħala nies mibgħutin minn Alla, quddiem Alla, u fi sħubija maʼ Kristu.+

Noti taʼ taħt