2 Korintin 13:1-14

13  Din hi t-​tielet darba+ li ġej għandkom. “Kull ħaġa trid tiġi stabbilita minn fomm żewġ xhieda jew tlieta.”+  Għedt qabel u, bħallikieku kont preżenti magħkom it-​tieni darba iżda issa m’iniex, ngħid bil-​quddiem lil dawk li kienu dinbu u lill-​oħrajn kollha, li jekk xi darba nerġaʼ niġi m’iniex se neħlishielhom,+  ladarba qed tfittxu prova li Kristu qed jitkellem fija,+ Kristu, li mhux dgħajjef lejkom imma hu setgħan fostkom.  Tabilħaqq, veru li ġie msammar maʼ zokk+ minħabba d-​dgħjufija,+ imma issa hu ħaj minħabba l-​qawwa t’Alla.+ Ukoll, veru li aħna dgħajfin miegħu, imma se ngħixu miegħu+ minħabba l-​qawwa t’Alla+ lejkom.  Ibqgħu għarblu jekk intomx fil-​fidi, ibqgħu agħtu prova taʼ x’intom.+ Jew ma tirrikonoxxux li Ġesù Kristu hu f’unjoni magħkom?+ Sakemm m’intomx diżapprovati.  Jien nittama verament li ssiru tafu li m’aħniex diżapprovati.  Issa nitolbu+ lil Alla biex intom ma tagħmlu ebda ħażen, mhux biex nidhru li aħna approvati, imma biex tkunu qed tagħmlu t-​tajjeb, għalkemm aħna forsi nidhru diżapprovati.  Għax ma nistgħu nagħmlu xejn kontra l-​verità, imma biss favur il-​verità.+  Dejjem nifirħu, meta intom tkunu setgħanin,+ avolja fl-​istess ħin aħna nkunu dgħajfin; u għal dan qed nitolbu,+ li terġgħu tiġu aġġustati. 10  Huwa għalhekk li qed nikteb dan waqt li m’iniex magħkom, biex, meta nkun preżenti magħkom, ma nkunx aħrax+ bl-​awtorità li tani l-​Mulej, sabiex nibni+ u mhux inġarraf. 11  Fl-aħħarnett, ħuti, komplu thennew, aġġustaw ruħkom, tfarrġu,+ kunu ħsieb wieħed,+ għixu fil-​paċi;+ u l-​Alla taʼ l-​imħabba u tal-​paċi+ jkun magħkom. 12  Agħtu merħba lil xulxin b’bewsa qaddisa.+ 13  Il-qaddisin kollha jibagħtu jsellu għalikom. 14  Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej Ġesù Kristu u l-​imħabba t’Alla u s-​sehem fl-​ispirtu qaddis ikunu magħkom ilkoll.+

Noti taʼ taħt