2 Korintin 12:1-21

12  Ikolli niftaħar. M’huwiex taʼ benefiċċju; imma se ngħaddi għal viżjonijiet+ sopranaturali u rivelazzjonijiet tal-​Mulej.  Naf raġel f’unjoni maʼ Kristu li erbatax-il sena ilu—jekk hux fil-​ġisem jew barra mill-​ġisem ma nafx; Alla jaf—ittieħed f’daqqa waħda+ b’dan il-​mod lejn it-​tielet sema.  Iva, naf raġel bħal dan—jekk hux fil-​ġisem jew mingħajr il-​ġisem+ ma nafx, Alla jaf—  li ttieħed fil-​ġenna+ u semaʼ kliem li ma jitlissinx u li skond il-​liġi ebda bniedem ma jistaʼ jgħidu.  B’raġel bħal dan niftaħar, u mhux bija nnifsi, ħlief bid-​dgħjufijiet tiegħi.+  Għax jekk xi darba nkun irrid niftaħar,+ ma nkunx bniedem bla raġuni, għax inkun qed ngħid il-​verità. Imma nżomm lura, sabiex ħadd ma jagħtini kredtu għal xi ħaġa iktar milli jara fija jew jismaʼ mingħandi,  sempliċement minħabba l-​ħafna rivelazzjonijiet. Għalhekk, biex ma nitgħolliex iżżejjed,+ ngħatajt xewka fil-​laħam,+ anġlu taʼ Satana, biex tibqaʼ ssawwatni, sabiex ma nitgħolliex iżżejjed.  Minħabba f’hekk, tliet darbiet+ tlabt bil-​ħrara lill-​Mulej biex titbiegħed minni;  iżda hu fil-​fatt qalli: “Il-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħi hi biżżejjed+ għalik; għax il-​qawwa tiegħi tintgħamel perfetta fid-​dgħjufija.”+ Għalhekk, b’ferħ kbir, nippreferi niftaħar bid-​dgħjufijiet tiegħi+ biex il-​qawwa tal-​Kristu tibqaʼ fuqi bħal tinda. 10  Għaldaqstant nitgħaxxaq bid-​dgħjufijiet, bl-​insulti, bl-​għaks, bil-​persekuzzjonijiet u d-​diffikultajiet, għal Kristu. Għax meta nkun dgħajjef, inkun setgħan.+ 11  Jien sirt bniedem bla raġuni. Intom ġegħeltuni+ nsir hekk, għax imissni ġejt rikkmandat minnkom. Għax lanqas f’ħaġa waħda ma wrejt li jien inferjuri għall-​appostli raffinati żżejjed+ tagħkom, anki jekk ma jien xejn.+ 12  Tabilħaqq, is-​sinjali t’appostlu+ saru fostkom bis-​sabar kollu,+ u b’sinjali u għeġubijiet u għemejjel setgħanin.+ 13  Għax fiex sirtu inqas mill-​bqija tal-​kongregazzjonijiet, ħlief li jien ma sirtx taʼ piż għalikom?+ Kunu qalbkom tajba u aħfruli dan in-​nuqqas. 14  Ara! Din hi t-​tielet darba+ li lest li niġi għandkom, iżda m’iniex se nkun taʼ piż. Għax mhux qed niġri wara ġidkom,+ imma warajkom; għax it-​tfal+ m’għandhomx ifaddlu għall-​ġenituri, imma l-​ġenituri għal uliedhom.+ 15  Min-naħa tiegħi, b’ferħ kbir nonfoq u nintefaq għalkollox għal ruħkom.+ Jekk inħobbkom b’mod tant abbundanti, għandi nkun maħbub inqas? 16  Hu x’inhu l-​każ, ma kontx taʼ piż għalikom.+ Madankollu, intom tgħidu li jien kont “makakk” u qbadtkom “b’ingann.”+ 17  Rigward kull wieħed minn dawk li bgħattilkom, ma pprofittajtx ruħi minnkom permezz tiegħu, hux hekk? 18  Ħeġġiġt lil Titu u miegħu bgħatt lill-​ħu. Lanqas Titu ma pprofitta ruħu minnkom, hux hekk?+ Imxejna fl-​istess spirtu,+ hux hekk? Fl-​istess passi, hux hekk? 19  Dan il-​ħin kollu kontu qed taħsbu li aħna konna qed nagħmlu d-​difiża tagħna lilkom? Quddiem Alla qed nitkellmu f’unjoni maʼ Kristu. Imma, maħbubin, kollox isir biex jgħinkom tinbnew.+ 20  Għax nibżaʼ li b’xi mod, meta nasal,+ ma nsibkomx kif nixtieq u jien ma nkunx għalikom kif tixtiequ, imma, minflok, b’xi mod ikun hemm ġlied, għira,+ każi taʼ rabja, tilwim, tqasqis, tfesfis, każi taʼ kburija, diżordni.+ 21  Forsi, meta nerġaʼ niġi, Alla tiegħi jumiljani fostkom, u nitnikket minħabba ħafna li kienu dinbu+ u ma nidmux min-​nuqqas taʼ ndafa u ż-​żína+ u l-​kondotta laxka+ li pprattikaw.

Noti taʼ taħt