2 Korintin 11:1-33

11  Nixtieqkom tittollerawni għax se nkun ftit bla raġuni.+ Iva, fil-​fatt, qed tittollerawni!  Għax jien għajjur għalikom b’għira bħal dik t’Alla,+ għax jien stess wegħedtkom fiż-​żwieġ+ lil għarus wieħed+ biex nippreżentakom bħala verġni safja+ lill-​Kristu.+  Imma nibżaʼ li b’xi mod, bħalma s-​serp qarraq b’Eva+ bil-​makakkerija tiegħu, moħħkom isir korrott+ u jitbiegħed mis-​sinċerità u s-​safa li jistħoqqlu l-​Kristu.+  Għax, fil-​fatt, jekk jiġi xi ħadd jippriedka xi Ġesù ieħor minflok dak li ppridkajna aħna,+ jew tirċievu xi spirtu ieħor minflok dak li rċivejtu,+ jew xi aħbar tajba+ oħra minflok dik li aċċettajtu, intom faċilment tittollerawh.+  Għax inqis li f’xejn ma wrejt li jien inferjuri+ għall-​appostli raffinati żżejjed tagħkom.+  Imma anki jekk m’iniex kapaċi nitkellem,+ żgur li kapaċi fl-​għarfien;+ u dan urejnihulkom f’kollox u b’kull mod.+  Jew dnibt jien meta umiljajt ruħi+ biex intom titgħollew, għax xandartilkom bil-​ferħ l-​aħbar tajba t’Alla bla ħlas?+  Sraqt lil kongregazzjonijiet oħrajn billi aċċettajt proviżjonijiet biex naqdi lilkom;+  iżda meta kont preżenti magħkom u ġejt fil-​bżonn, ma kont taʼ piż għal ħadd,+ għax l-​aħwa li ġew mill-​Maċedonja+ pprovdew bl-​abbundanza dak li kien jonqosni. Iva, b’kull mod bqajt ma nkunx taʼ piż għalikom u hekk se nibqaʼ.+ 10  Bħalma l-​verità+ taʼ Kristu qiegħda fija, dan il-​ftaħir tiegħi+ fir-​reġjuni taʼ l-​Akaja mhux se jieqaf. 11  Dan għala? Għax ma nħobbkomx? Alla jaf li nħobbkom.+ 12  Issa li qed nagħmel nibqaʼ nagħmlu,+ biex ma nagħtix il-​wisaʼ għal xi skuża lil dawk li jridu skuża biex jitqiesu li huma daqsna fil-​kariga li jiftaħru biha. 13  Għax dawn l-​irġiel huma appostli foloz, ħaddiema qarriqin,+ li jinbidlu f’appostli taʼ Kristu.+ 14  U ma nistagħġibx, għax Satana nnifsu jibqaʼ jinbidel f’anġlu tad-​dawl.+ 15  Għalhekk, mhix ħaġa kbira li l-​ministri tiegħu+ wkoll jibqgħu jinbidlu f’ministri tal-​ġustizzja. Imma tmiemhom ikun skond għemilhom.+ 16  Nerġaʼ ngħid, Ħa ma jaħseb ebda bniedem li jien bla raġuni. Xorta waħda, jekk tassew taħsbu dan, aċċettawni anki jekk bħala bniedem bla raġuni, biex jien ukoll niftaħar xi ftit.+ 17  Dak li ngħid ma ngħidux fuq l-​eżempju tal-​Mulej, imma bħallikieku kont bniedem bla raġuni, b’din il-​prużunzjoni li hi karatteristika tal-​ftaħir.+ 18  Ladarba ħafna qed jiftaħru skond il-​laħam,+ jien ukoll se niftaħar. 19  Għax intom tittolleraw bil-​ferħ lil min hu bla raġuni, peress li intom raġunevoli. 20  Fil-fatt, intom tittolleraw lil kulmin ijassarkom,+ lil kulmin jiblaʼ dak li għandkom, lil kulmin jaħtaf dak li għandkom, lil kulmin jogħla fuqkom, lil kulmin jagħtikom bil-​ħarta.+ 21  Ngħid dan b’diżunur għalina, bħallikieku l-​pożizzjoni tagħna kienet dgħajfa. Imma f’dak li ħaddieħor jaġixxi bil-​qlubija—m’iniex nitkellem b’mod raġunevoli+—jien ukoll qed naġixxi bil-​qlubija. 22  Huma Ebrej? Jien ukoll.+ Huma Israelin? Jien ukoll. Huma nisel Abraham? Jien ukoll.+ 23  Huma ministri taʼ Kristu? Inwieġeb bħal wieħed miġnun, jien nispikka ferm iktar minnhom:+ fit-​taħbit ħafna iktar,+ fil-​ħabs ħafna iktar,+ fis-​swat wisq iżjed, f’ħalq il-​mewt taʼ spiss.+ 24  Mingħand il-​Lhud ħames darbiet qlajt erbgħin daqqa+ neqsin waħda, 25  tliet darbiet ġejt imsawwat bil-​bsaten,+ darba ġejt imħaġġar,+ tliet darbiet ġarrabt nawfraġju,+ ġurnata u lejl qattajt f’baħar fond; 26  fi vjaġġi spiss, f’perikli mix-​xmajjar, f’perikli mill-​ħallelin,+ f’perikli mir-​razza tiegħi stess,+ f’perikli mill-​ġnus,+ f’perikli fil-​belt,+ f’perikli fix-​xagħri, f’perikli fil-​baħar, f’perikli fost aħwa foloz, 27  f’taħbit u tbatija, fi ljieli bla rqad spiss,+ bil-​ġuħ u bil-​għatx,+ f’sawm+ bosta drabi, f’kesħa u għera. 28  Minbarra dawn l-​affarijiet esterni, hemm dak li nħabbat wiċċi miegħu minn jum għal jum, l-​ansjetà għall-​kongregazzjonijiet kollha.+ 29  Min hu dgħajjef,+ u ma nkunx dgħajjef jien ukoll? Min jiġi mfixkel, u jien ma nitbaqbaqx? 30  Jekk għandu jkun hemm il-​ftaħir, niftaħar+ b’dak li għandu x’jaqsam mad-​dgħjufija tiegħi. 31  Alla u Missier il-​Mulej Ġesù, Dak li għandu jiġi mfaħħar għal dejjem, jaf li m’iniex nigdeb. 32  F’Damasku, il-​gvernatur, taħt is-​sultan Areta, kien qed jgħasses il-​belt tad-​Damaxxeni biex jaqbadni,+ 33  imma niżżluni f’qoffa+ minn tieqa fis-​sur u ħrabt minn taħt idejh.

Noti taʼ taħt