2 Korintin 10:1-18

10  Issa jien, Pawlu, nitlobkom bil-​ħrara minħabba l-​ħlewwa+ u l-​qalb tajba+ tal-​Kristu, għalkemm jien umli f’persunti fostkom,+ imma meta ma nkunx preżenti nkun qalbieni lejkom.+  Tabilħaqq, nitlobkom bil-​ħniena biex meta nkun preżenti ma jkollix għalfejn nuża l-​qlubija b’dik il-​fiduċja li qed niddependi minnha biex nieħu azzjoni qalbiena+ kontra xi wħud li jqisuna bħallikieku konna qed nimxu skond dak li aħna fil-​laħam.  Għax għalkemm nimxu f’ġisem tal-​laħam,+ ma niggwerrawx skond dak li aħna fil-​laħam.+  Għax l-​armi li niggwerraw bihom m’humiex tal-​laħam,+ imma huma qawwijin permezz t’Alla+ biex inwaqqgħu affarijiet li jkunu stabbiliti fis-​sod.  Għax qed inwaqqgħu r-​raġunamenti u kull kburija li tqum kontra l-​għarfien dwar Alla;+ u qed injassru kull ħsieb biex nagħmluh ubbidjenti lejn il-​Kristu;  u qed inżommu ruħna għal-​lest biex nikkastigaw kull diżubbidjenza,+ malli l-​ubbidjenza tagħkom tkun intweriet għalkollox.+  Intom tħarsu lejn l-​affarijiet skond kif jidhru minn barra.+ Jekk xi ħadd hu fiduċjuż fih innifsu li hu taʼ Kristu, ħa jerġaʼ jqis dan il-​fatt li, bħalma hu taʼ Kristu, hekk ukoll aħna taʼ Kristu.+  Għax anki jekk niftaħar+ xi naqra żżejjed dwar l-​awtorità li tana l-​Mulej biex nibnukom u mhux biex inġarrfukom,+ ma niġix imġiegħel nistħi,  sabiex ma nidhirx li rrid inwerwirkom bl-​ittri tiegħi. 10  Għax jgħidu: “L-​ittri tiegħu huma serji u qawwijin, imma l-​preżenza tiegħu meta jkun fostna hi dgħajfa+ u kliemu taʼ min jistmerru.”+ 11  Min jgħid hekk ħa jqis dan, li skond m’aħna fi kliemna bl-​ittri tagħna meta ma nkunux hemmhekk, hekk ukoll se nkunu fl-​azzjoni meta nkunu preżenti magħkom.+ 12  Għax ma nissograwx nikklassifikaw jew inqabblu ruħna maʼ xi wħud li jirrikkmandaw lilhom infushom.+ Ċertament li meta jkejlu lilhom infushom bihom infushom u jqabblu ruħhom magħhom infushom ma jkunu fehmu xejn.+ 13  Min-naħa tagħna ma niftaħrux barra l-​limiti tat-​territorju li ngħatajna,+ imma skond il-​qjies tat-​territorju li qassmilna Alla, li għamlu jwassal safejn qegħdin intom.+ 14  Tassew m’aħniex qed naqbżu l-​limiti bħallikieku m’intomx fit-​territorju tagħna, għax aħna konna l-​ewwel li wasalna safejn qegħdin intom biex inxandru l-​aħbar tajba dwar il-​Kristu.+ 15  Le, m’aħniex qed niftaħru barra l-​limiti tat-​territorju li ngħatajna, bit-​taħbit taʼ ħaddieħor,+ imma għandna t-​tama li, bħalma qed tikber il-​fidi tagħkom,+ aħna nikbru fostkom fit-​territorju tagħna.+ Imbagħad noktru iktar u iktar, 16  biex inxandru l-​aħbar tajba lill-​pajjiżi lil hinn minnkom,+ sabiex ma niftaħrux bit-​territorju taʼ ħaddieħor fejn l-​affarijiet tħejjew diġà. 17  “Imma min jiftaħar, ħa jiftaħar b’Ġeħova.”+ 18  Għax mhux min jirrikkmanda lilu nnifsu hu approvat,+ imma min jirrikkmandah+ Ġeħova.+

Noti taʼ taħt