1 Timotju 6:1-21

6  Dawk kollha li huma lsiera taħt madmad ħa jkomplu jqisu lis-​sidien tagħhom bħala li jistħoqqilhom kull unur,+ sabiex l-​isem t’Alla u t-​tagħlim qatt ma jiġu mżebilħin.+  Iktar minn hekk, dawk li għandhom sidien li jemmnu+ ħa ma jmaqdruhomx,+ għax huma aħwa.+ Għall-​kuntrarju, ħa jkunu iktar u iktar lesti li jaqdu taʼ lsiera, għax dawk li qed jirċievu l-​benefiċċju tas-​servizz tajjeb tagħhom huma wħud li jemmnu u maħbubin. Ibqaʼ għallem dawn l-​affarijiet+ u agħti dan it-​twiddib.  Jekk xi bniedem jgħallem duttrina oħra+ u ma jaċċettax il-​kliem mimli saħħa,+ dak tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, u t-​tagħlim li hu fi qbil mad-​devozzjoni lejn Alla,+  ikun minfuħ bih innifsu,+ ma jifhem xejn,+ u jkun marid mentalment+ fuq kwistjonijiet u dibattiti dwar kliem.+ Minn dawn l-​affarijiet jinbtu l-​għira,+ il-​ġlied, it-​tgħajjir,+ is-​suspetti ħżiena,  l-argumenti vjolenti dwar ħmerijiet minn bnedmin li għandhom moħħhom korrott+ u li huma neqsin għalkollox mill-​verità,+ u dawn jaħsbu li d-​devozzjoni lejn Alla hi mezz taʼ qligħ.+  Tabilħaqq, hi mezz taʼ qligħ kbir+ din id-​devozzjoni lejn Alla+ flimkien maʼ li wieħed ikun kuntent b’dak li għandu.+  Għax ma ġibna xejn magħna fid-​dinja, u ma nistgħu nieħdu xejn.+  Għalhekk, la għandna x’nieklu u biex nitgħattew, għandna nkunu kuntenti b’dawn l-​affarijiet.+  Madankollu, dawk li huma determinati li jsiru għonja jaqgħu f’tentazzjoni+ u f’nassa u f’ħafna xewqat bla sens li jwasslu għall-​ħsara+ u li jixħtu lill-​bnedmin f’qerda u f’rovina.+ 10  Għax l-​imħabba+ għall-​flus hi l-​għerq+ taʼ kull tip taʼ ħsara+ u, billi rawmu din l-​imħabba, xi wħud ġew żvijati mill-​fidi u ferew lilhom infushom b’ħafna weġgħat.+ 11  Iżda, int, O bniedem t’Alla, aħrab minn dawn l-​affarijiet.+ Imma iġri wara s-​sewwa, id-​devozzjoni lejn Alla, il-​fidi, l-​imħabba, is-​sabar, it-​temperament ġwejjed.+ 12  Iġġieled il-​ġlieda t-​tajba tal-​fidi,+ aqbad qabda soda mal-​ħajja taʼ dejjem li għaliha kont imsejjaħ u li dwarha għamilt l-​istqarrija pubblika+ eċċellenti quddiem ħafna xhieda. 13  Quddiem Alla, li jżomm kollox ħaj, u Kristu Ġesù, li bħala xhud+ għamel l-​istqarrija pubblika+ eċċellenti quddiem Ponzju Pilatu,+ nordnalek+ 14  li tosserva l-​kmandament bi mġiba bla tebgħa li ma ssibx xi tgħid fiha sal-​manifestazzjoni+ tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu. 15  Din il-​manifestazzjoni, is-​Setgħan+ hieni u uniku se juriha fiż-​żminijiet stabbiliti tagħha,+ hu s-​Sultan+ tas-​slaten u s-​Sid+ tas-​sidien, 16  l-uniku wieħed li għandu l-​immortalità,+ li jgħammar f’dawl li ma tistax tersaq lejh,+ li ebda bniedem ma ra jew jistaʼ jara.+ Lilu l-​unur+ u s-​setgħa għal dejjem. Amen. 17  Ordna lill-​għonja+ f’din is-​sistema biex ma jitkabbrux,+ u ma jqegħdux it-​tama tagħhom f’rikkezzi li ma tistax torbot fuqhom+ imma f’Alla, li jagħtina kollox b’mod għani għat-​tgawdija tagħna;+ 18  biex jagħmlu l-​ġid,+ ikunu għonja f’għemejjel tajbin,+ ikunu idhom miftuħa, lesti biex jaqsmu m’oħrajn+ u, 19  bħala t-​teżor tagħhom,+ iqiegħdu fis-​sigurtà għalihom infushom pedament tajjeb+ għall-​futur, sabiex jaqbdu qabda soda mal-​ħajja vera.+ 20  O Timotju, għasses dak li ġejt fdat bih+ u tbiegħed mid-​diskors vojt li jipprofana dak li hu qaddis u mill-​kontradizzjonijiet taʼ dak li b’mod falz jissejjaħ “għarfien.”+ 21  Minħabba li għamlu wirja b’dan l-​għarfien xi wħud tbiegħdu mill-​fidi.+ Jalla l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tkun magħkom.

Noti taʼ taħt