1 Timotju 5:1-25

5  Tikkritikax bl-​aħrax lil raġel xiħ.+ Għall-​kuntrarju, wissih bħala missier, irġiel żgħażagħ bħala aħwa,  nisa xjuħ+ bħala ommijiet, nisa żgħażagħ bħala aħwa+ bis-​safa kollu.  Onora lir-​romol li huma romol tassew.+  Imma jekk xi armla għandha t-​tfal jew it-​tfal tat-​tfal, dawn l-​ewwel ħa jitgħallmu jipprattikaw id-​devozzjoni lejn Alla f’darhom stess+ u jibqgħu jagħtu kumpens xieraq lill-​ġenituri+ u lin-​nanniet tagħhom, għax dan hu aċċettabbli quddiem Alla.+  Issa l-​mara li hi armla tassew u hi fil-​bżonn+ poġġiet it-​tama tagħha f’Alla+ u tippersisti f’suppliki* u talb lejl u nhar.+  Imma dik li tagħti ruħha għall-​pjaċiri senswali+ hi mejta+ għalkemm hi ħajja.  Għalhekk, ibqaʼ agħti dawn l-​ordnijiet+ biex ħadd ma jsib xi jgħid fihom.+  Ċertament li jekk xi ħadd ma jipprovdix għal tiegħu,+ u speċjalment għall-​membri taʼ daru,+ ikun ċaħad+ il-​fidi+ u jkun agħar minn bniedem mingħajr fidi.  Ħa titqiegħed fil-​lista armla li m’għandhiex inqas minn sittin sena, mara taʼ raġel wieħed,+ 10  li tingħatalha xiehda li għamlet għemejjel tajbin,+ jekk rabbietx it-​tfal tajjeb,+ jekk laqgħetx lill-​istranġieri,+ jekk ħaslitx saqajn il-​qaddisin,+ jekk għenitx lil dawk li għaddew minn xi tribulazzjoni,+ jekk ħabirkitx f’kull għemil tajjeb.+ 11  Mill-banda l-​oħra, irrifjuta lir-​romol żgħażagħ, għax meta t-​tqanqil sesswali tagħhom jiġi bejnhom u bejn il-​Kristu,+ ikunu jridu jiżżewġu, 12  u jkollhom ġudizzju għax ma żammewx l-​ewwel espressjoni tal-​fidi tagħhom.+ 13  Fl-istess ħin ukoll jitgħallmu jitgħażżnu, jiġġerrew minn dar għall-​oħra; iva, mhux biss jitgħażżnu, imma wkoll iseksku u jindaħlu fi ħwejjeġ ħaddieħor,+ billi jitkellmu dwar affarijiet li m’għandhomx jitkellmu dwarhom. 14  Għaldaqstant nixtieq li r-​romol żgħażagħ jiżżewġu,+ ikollhom it-​tfal,+ u jmexxu darhom tajjeb, biex lil min jopponi ma jagħtuhx raġuni biex iżeblaħna.+ 15  Fil-fatt, xi wħud diġà ġew żvijati biex imorru wara Satana. 16  Jekk mara li temmen għandha xi romol jiġu minnha, ħa tgħinhom hi+ u ma tħallix lill-​kongregazzjoni titgħabba bil-​piż. Imbagħad din tkun tistaʼ tgħin lil dawk li huma romol tassew.+ 17  L-anzjani li jippresiedu+ bl-​aħjar mod ħa jitqiesu li huma denji t’unur doppju,+ speċjalment dawk li jaħdmu iebes biex jitkellmu u jgħallmu l-​kelma t’Alla.+ 18  Għax l-​iskrittura tgħid: “Tagħmilx sarima maʼ ħalq il-​barri meta jidres il-​qamħ”;+ ukoll: “Il-​ħaddiem jistħoqqlu ħlasu.”+ 19  Taċċettax akkuża kontra anzjan, ħlief fuq l-​evidenza taʼ żewġ xhieda jew tlieta.+ 20  Widdeb+ quddiem kulħadd lil dawk li jipprattikaw id-​dnub,+ biex l-​oħrajn jibżgħu wkoll.+ 21  Nordnalek solennement quddiem Alla u Kristu Ġesù+ u l-​anġli magħżulin li tosserva dawn l-​affarijiet mingħajr preġudizzju u ma tagħmel xejn bil-​preferenzi.+ 22  Qatt tgħaġġel biex tqiegħed idejk+ fuq xi raġel biex taħtru;+ tiħux sehem fid-​dnubiet t’oħrajn;+ żomm ruħek safi.+ 23  Tibqax tixrob ilma, imma ħu naqra nbid+ minħabba l-​istonku tiegħek u l-​mard li timrad sikwit. 24  Id-dnubiet taʼ xi bnedmin jidhru pubblikament+ u malajr iwasslu għall-​ġudizzju, imma d-​dnubiet taʼ bnedmin oħrajn ukoll isiru jidhru iktar tard.+ 25  Hekk ukoll l-​għemejjel tajbin jidhru pubblikament+ u dawk li ma jidhrux ma jistgħux jinżammu moħbijin.+

Noti taʼ taħt

Jew, “talb bil-​ħerqa.”