1 Timotju 3:1-16

3  Din l-​istqarrija hi minnha.+ Jekk raġel qed jirsisti għal kariga taʼ indokratur,+ ikun jixtieq xogħol tajjeb.  Għalhekk, l-​indokratur għandu jkun bniedem li ma ssibx xi tgħid fih,+ raġel taʼ mara waħda, moderat+ fi drawwietu, għandu moħħu f’loku,+ jimxi bl-​ordni,+ juri l-​ospitalità,+ ikun kwalifikat biex jgħallem,+  ma jiskirx u jaqlaʼ l-​inkwiet,*+ ma jsawwatx,+ imma jkun raġunevoli,+ mhux ġellied,+ mhux wieħed li jħobb il-​flus,+  raġel li jippresiedi fuq dawk taʼ daru bl-​aħjar mod+ u li għandu wliedu sottomessi bis-​serjetà kollha;+  (għax jekk raġel ma jafx jippresiedi fuq dawk taʼ daru stess, kif se jieħu ħsieb il-​kongregazzjoni t’Alla?)  mhux raġel li għadu kif ikkonverta,+ li ma jmurx jitkabbar+ u jaqaʼ fl-​istess ġudizzju li ngħata lix-​Xitan.+  Iktar minn hekk, għandu jkollu wkoll xiehda tajba min-​nies taʼ barra,+ sabiex ma jaqax fl-​għajb u fin-​nassa+ tax-​Xitan.  Bl-istess mod, il-​qaddejja ministerjali+ għandhom ikunu serji, ma jilagħbux bid-​diskors, mhux mogħtijin għal ħafna nbid, mhux rgħiba għal qligħ diżonest,+  waqt li b’kuxjenza nadifa+ jżommu s-​sigriet sagru+ tal-​fidi. 10  U dawn, l-​ewwel, ħa jgħaddu minn prova+ jekk jistħoqqilhomx, imbagħad jaqdu bħala ministri, għax ma jkollhomx fuqiex jiġu akkużati.+ 11  Bl-istess mod, in-​nisa għandhom ikunu serji, ma jimmalafamawx,+ moderati+ fi drawwiethom, juru fedeltà f’kollox.+ 12  Il-qaddejja ministerjali għandhom ikunu rġiel taʼ mara waħda,+ u jippresiedu bl-​aħjar mod fuq uliedhom u fuq dawk taʼ darhom.+ 13  Għax l-​irġiel li jaqdu bl-​aħjar mod qed jiksbu għalihom infushom reputazzjoni tajba+ u libertà kbira tal-​kelma+ fil-​fidi fi Kristu Ġesù. 14  Qed niktiblek dan, għalkemm nittama li niġi għandek dalwaqt,+ 15  imma fil-​każ li nittardja, tkun taf kif għandek iġġib ruħek fid-​dar t’Alla,+ il-​kongregazzjoni taʼ l-​Alla l-​ħaj, li hi pilastru u appoġġ+ tal-​verità. 16  Tabilħaqq, is-​sigriet sagru+ taʼ din id-​devozzjoni lejn Alla ċertament li hu kbir: ‘Intwera fil-​ġisem tal-​laħam,+ ġie dikjarat ġust fl-​ispirtu,+ deher lill-​anġli,+ ġie pridkat fost il-​ġnus,+ ġie emmnut fid-​dinja,+ intlaqaʼ fis-​sema bil-​glorja.’+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “mhux mogħti għall-​inbid.”