1 Timotju 2:1-15

2  Għalhekk, inħeġġeġ biex l-​ewwelnett isiru suppliki,* talb,+ interċessjonijiet, u radd il-​ħajr għall-​bnedmin taʼ kull xorta,+  għas-slaten+ u għal kulmin għandu pożizzjoni għolja;+ sabiex inkomplu ngħaddu ħajja kalma u kwieta bid-​devozzjoni sħiħa lejn Alla u bis-​serjetà kollha.+  Dan hu tajjeb u aċċettabbli+ quddiem Alla, is-​Salvatur tagħna,+  li jrid li bnedmin taʼ kull xorta+ jiġu salvati+ u jaslu għall-​għarfien eżatt+ dwar il-​verità.+  Għax hemm Alla wieħed,+ u medjatur wieħed+ bejn Alla+ u l-​bnedmin,+ Kristu Ġesù,+ bniedem  li ta lilu nnifsu għal kulħadd bħala fidwa ekwivalenti+—dwar dan trid tingħata xiehda fi żmienha.  Għal din ix-​xiehda+ nħtart predikatur u appostlu+—qed ngħid il-​verità,+ m’iniex nigdeb—għalliem tal-​ġnus+ fejn jidħlu l-​fidi+ u l-​verità.  Għaldaqstant nixtieq li f’kull post l-​irġiel ikomplu jitolbu, u jerfgħu idejn leali,+ mingħajr korla+ u dibattiti.+  Bl-istess mod nixtieq li n-​nisa jiżżejnu bi lbies adattat, bil-​modestja+ u b’moħħ f’loku, mhux bi stili taʼ xagħar immaljat u deheb jew perli jew ħwejjeġ li jiswew ħafna flus,+ 10  imma bil-​mod li jixraq lil nisa li jgħidu li jqimu lil Alla,+ jiġifieri, b’għemejjel tajbin.+ 11  Il-mara ħa toqgħod siekta waqt li titgħallem b’sottomissjoni sħiħa.+ 12  Ma nippermettix li mara tgħallem,+ jew li teżerċita awtorità fuq raġel,+ imma li toqgħod siekta. 13  Għax Adam intgħamel l-​ewwel, imbagħad Eva.+ 14  Ukoll, Adam ma ġiex imqarraq,+ imma l-​mara ġiet imqarrqa għalkollox+ u saret ħatja taʼ ksur tal-​liġi.+ 15  Madankollu, hi tinżamm salva billi tiled it-​tfal,+ dment li jibqgħu fil-​fidi u l-​imħabba u l-​qdusija kif ukoll iżommu moħħ f’loku.+

Noti taʼ taħt

Jew, “talb bil-​ħerqa.”