1 Timotju 1:1-20

1  Pawlu, appostlu+ taʼ Kristu Ġesù bil-​kmand t’Alla,+ is-​Salvatur tagħna,+ u taʼ Kristu Ġesù, it-​tama tagħna,+  lil Timotju,*+ iben ġenwin+ fil-​fidi: Qalb tajba mhix mistħoqqa, ħniena, u paċi mingħand Alla l-​Missier u Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna.+  Bħalma inkuraġġejtek biex tibqaʼ Efesu meta jien kont wasalt biex immur il-​Maċedonja,*+ hekk ukoll nagħmel issa, sabiex tordna+ lil ċerti wħud biex ma jgħallmux duttrina differenti,+  u ma jagħtux kas l-​istejjer foloz+ u l-​ġenealoġiji li ma jwasslu mkien+ u li jqajmu mistoqsijiet għal riċerka minflok ma jwasslu biex titqassam xi ħaġa mingħand Alla li ssaħħaħ il-​fidi.  Tassew, l-​għan taʼ din l-​ordni hu l-​imħabba+ li tiġi minn qalb nadifa+ u minn kuxjenza tajba+ u minn fidi mingħajr ipokrisija.+  Ċerti wħud warrbu dawn l-​affarijiet u daru+ lejn it-​tpaċpiċ fil-​vojt,+  għax iridu jkunu għalliema+ tal-​liġi,+ filwaqt li la qed jifhmu dak li qed jgħidu u lanqas dak li qed jisħqu bil-​qawwa dwaru.  Issa aħna nafu li l-​Liġi hi tajba+ dment li wieħed jinqeda biha skond il-​liġi+  billi jkun jaf dan: li l-​liġi ma ssirx għal min hu sewwa, imma għal nies bla liġi+ u ribellużi,+ bla devozzjoni lejn Alla u midinbin, neqsin mill-​qalb tajba bl-​imħabba,+ u jkasbru dak li hu qaddis, qattilin taʼ missirijiet u qattilin t’ommijiet, qattilin taʼ nies oħrajn, 10  żienja,+ irġiel li jimteddu maʼ rġiel, ħattafin taʼ persuni, giddibin, nies li jaħilfu falz,+ u kull ħaġa oħra li hi kontra+ t-​tagħlim mimli saħħa+ 11  skond l-​aħbar tajba u glorjuża taʼ l-​Alla l-​hieni,+ li biha kont fdat.+ 12  Jien grat lejn Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna, li tani l-​qawwa, għax qiesni bħala wieħed leali+ billi tani ministeru,+ 13  għalkemm qabel kont midgħi u persekutur+ u raġel insolenti.+ Minkejja dan, intwerejt ħniena,+ għax kont fl-​injoranza+ u aġixxejt b’nuqqas taʼ fidi. 14  Imma l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej tagħna kotrot bla qjies+ flimkien mal-​fidi u l-​imħabba li hi fi Kristu Ġesù.+ 15  Stqarrija+ li hi minnha u taʼ min jaċċettaha bis-​sħiħ hi li Kristu Ġesù ġie fid-​dinja biex isalva lill-​midinbin,+ li fosthom jien l-​iktar li nispikka.+ 16  Minkejja dan, ir-​raġuni għala ntwerejt ħniena+ kienet li permezz tiegħi, bħala l-​iktar midneb li jispikka, Kristu Ġesù juri l-​paċenzja kollha tiegħu bħala mudell għal dawk li se jqiegħdu l-​fidi tagħhom+ fih għall-​ħajja taʼ dejjem.+ 17  Issa lis-​Sultan taʼ l-​eternità,+ li ma jitħassarx,+ li hu inviżibbli,+ l-​uniku Alla,+ ikunu l-​unur u l-​glorja għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen. 18  Din l-​ordni+ nerħiha f’idejk, ibni, Timotju, fi qbil mat-​tbassir+ li kien immirat direttament għalik, biex b’dan tkompli titqabad fil-​gwerra t-​tajba;+ 19  u żżomm il-​fidi u kuxjenza tajba,+ li xi wħud warrbu,+ u b’hekk ġarrbu nawfraġju fil-​fidi tagħhom.+ 20  Imeni+ u Alessandru+ huma minn dawn, u jien għaddejthom lil Satana+ biex bid-​dixxiplina jitgħallmu ma jidgħux.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Wieħed li Jonora lil Alla.”
Ara At 16:9, in-​nota taʼ taħt.