1 Tessalonikin 5:1-28

5  Issa rigward iż-​żminijiet u l-​istaġuni,+ aħwa, m’għandkom bżonn li niktbulkom xejn.  Għax intom stess tafu tajjeb li jum+ Ġeħova ġej eżattament bħal ħalliel bil-​lejl.+  Meta jkunu+ qed jgħidu: “Paċi+ u sigurtà!” imbagħad tiġi fuqhom minnufih qerda+ f’daqqa bħall-​weġgħa tal-​ħlas fuq mara tqila;+ u żgur ma jeħilsuhiex.+  Imma intom, aħwa, m’intomx fid-​dlam,+ biex dak il-​jum jiġi fuqkom bħalma jagħmel lill-​ħallelin,+  għax intom ilkoll ulied id-​dawl+ u wlied il-​jum.+ Aħna la aħna tal-​lejl u lanqas tad-​dlam.+  Għalhekk, mela, ħa ma nibqgħux reqdin+ bħalma jagħmlu l-​oħrajn,+ imma ħa nibqgħu mqajmin+ u f’sensina.+  Għax min jorqod+ imdorri jorqod bil-​lejl,+ u min jisker is-​soltu jisker bil-​lejl.  Imma aħna li aħna tal-​jum, ħa nibqgħu f’sensina u nilbsu l-​kurazza+ tal-​fidi+ u l-​imħabba u bħala elmu+ t-​tama tas-​salvazzjoni;+  għax Alla m’għażilniex għall-​għadab,+ imma biex niksbu s-​salvazzjoni+ permezz tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 10  Hu miet għalina,+ biex, sew jekk nibqgħu mqajmin u sew jekk inkunu reqdin, ngħixu flimkien miegħu.+ 11  Għalhekk, ibqgħu farrġu lil xulxin u ibnu lil xulxin,+ bħalma fil-​fatt qed tagħmlu.+ 12  Issa nitolbukom, aħwa, biex tistmaw lil dawk li qegħdin jaħdmu iebes fostkom u jippresiedu+ fuqkom fil-​Mulej u jwissukom; 13  u turuhom konsiderazzjoni kbira bl-​imħabba għax-​xogħol tagħhom.+ Żommu l-​paċi bejnietkom.+ 14  Mill-banda l-​oħra, inħeġġukom, aħwa, wissu lil min ma jimxix bl-​ordni,+ ikkonslaw lid-​dipressi,+ wieżnu lid-​dgħajfin, uru sabar fit-​tul+ lejn kulħadd. 15  Araw li ħadd ma jrodd ħsara bi ħsara lil ħaddieħor,+ imma dejjem fittxu l-​ġid taʼ xulxin u taʼ kulħadd.+ 16  Thennew dejjem.+ 17  Itolbu bla waqfien.+ 18  Roddu ħajr f’kollox.+ Għax din hi r-​rieda t’Alla f’unjoni maʼ Kristu Ġesù għalikom. 19  Titfux in-​nar taʼ l-​ispirtu.+ 20  Tiddisprezzawx l-​ipprofetizzar.+ 21  Aċċertaw ruħkom minn kollox;+ żommu sod mat-​tajjeb.+ 22  Tbiegħdu minn kull xorta taʼ ħażen.+ 23  L-Alla tal-​paċi+ nnifsu jqaddiskom kompletament.+ Jalla l-​ispirtu u r-​ruħ u l-​ġisem tagħkom, aħwa, ikunu sħaħ f’kull aspett u jinżammu bla ħtija għall-​preżenza tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 24  Dak li qed isejħilkom hu leali, u wkoll se jagħmel dan. 25  Aħwa, komplu itolbu għalina.+ 26  Agħtu merħba lill-​aħwa kollha b’bewsa qaddisa.+ 27  Qed nobbligakom solennement bil-​Mulej biex din l-​ittra tinqara lill-​aħwa kollha.+ 28  Il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu tkun magħkom.

Noti taʼ taħt