1 Tessalonikin 4:1-18

4  Fl-aħħar, aħwa, nitolbukom u nħeġġukom permezz tal-​Mulej Ġesù li, bħalma rċivejtu l-​istruzzjoni mingħandna dwar kif għandkom timxu+ u togħġbu lil Alla, u bħalma fil-​fatt qed timxu, tkomplu tagħmlu dan iktar bis-​sħiħ.+  Għax tafu x’ordnijiet+ tajniekom permezz tal-​Mulej Ġesù.  Għax dan hu li jrid Alla, li titqaddsu,+ li titbiegħdu miż-​żína;+  li kull wieħed minnkom ikun jaf kif jikkontrolla ġismu+ bil-​qdusija+ u bl-​unur,  mhux b’aptit sesswali mimli xenqa+ bħalma għandhom ukoll dawk il-​ġnus+ li ma jafux lil Alla;+  li ħadd ma jasal sal-​punt li jagħmel il-​ħsara lil ħuh u jmur kontra d-​drittijiet tiegħu f’din il-​ħaġa,+ għax Ġeħova jagħti l-​kastig għal dan kollu,+ bħalma għednielkom minn qabel u tajniekom ukoll xiehda bir-​reqqa.+  Għax Alla ma sejħilniex biex iħallina fin-​nuqqas taʼ ndafa, imma biex inkunu mqaddsin.+  Għalhekk, mela, min juri indifferenza,+ ma jkunx qed juri indifferenza lejn il-​bniedem, imma lejn Alla,+ li jpoġġi l-​ispirtu qaddis tiegħu+ fikom.  Iżda, dwar l-​imħabba lejn l-​aħwa,+ m’hemmx bżonn niktbulkom aħna, għax intom mgħallmin minn Alla+ biex tħobbu lil xulxin;+ 10  u, fil-​fatt, dan qed tagħmluh maʼ l-​aħwa kollha fil-​Maċedonja kollha. Imma, aħwa, inħeġġukom biex tibqgħu tagħmlu dan iktar bis-​sħiħ, 11  u tagħmluha l-​mira tagħkom li tgħixu bil-​kwiet+ u ma tindaħlux fl-​affarijiet taʼ ħaddieħor+ u taħdmu b’idejkom,+ bħalma ordnajnielkom; 12  sabiex timxu b’mod deċenti+ f’għajnejn in-​nies taʼ barra+ u ma jkun jonqoskom xejn.+ 13  Iktar minn hekk, aħwa, ma rridukomx ma tkunux tafu dwar dawk li huma reqdin+ fil-​mewt; biex ma ssewdux qalbkom bħall-​oħrajn li m’għandhomx tama.+ 14  Għax jekk il-​fidi tagħna hi li Ġesù miet u reġaʼ qam,+ hekk ukoll dawk li raqdu fil-​mewt f’unjoni maʼ Ġesù, Alla se jġibhom miegħu.+ 15  Għax dan ngħidulkom bil-​kelma taʼ Ġeħova,+ li aħna l-​ħajjin li nibqgħu sal-​preżenza tal-​Mulej+ żgur li m’aħniex se niġu qabel dawk li raqdu fil-​mewt; 16  għax il-​Mulej stess jinżel mis-​sema+ b’sejħa taʼ kmand, b’leħen t’arkanġlu+ u bit-​trumbetta t’Alla,+ u l-​mejtin f’unjoni maʼ Kristu jqumu l-​ewwel.+ 17  Wara dan, aħna l-​ħajjin li nkunu għadna hawnhekk nittieħdu+ fis-​sħab+ magħhom+ biex niltaqgħu+ mal-​Mulej fl-​ajru; u b’hekk inkunu dejjem mal-​Mulej.+ 18  Għaldaqstant ibqgħu farrġu lil xulxin b’dan il-​kliem.

Noti taʼ taħt