1 Tessalonikin 3:1-13

3  Għalhekk, meta ma flaħniex iktar, rajna li jkun tajjeb li nibqgħu waħedna Ateni;+  u bgħatna lil Timotju,+ ħuna u ministru t’Alla fl-​aħbar tajba+ dwar il-​Kristu, sabiex jissodakom u jfarraġkom għall-​ġid tal-​fidi tagħkom,  biex ħadd ma jitħarrek minħabba dawn it-​tribulazzjonijiet.+ Għax intom stess tafu li aħna maħturin għal dan.+  Fil-fatt, ukoll, meta konna magħkom, konna ngħidulkom minn qabel+ li kellna nsofru t-​tribulazzjoni,+ bħalma ġara tassew u bħalma tafu.+  Tabilħaqq, kien għalhekk li, meta ma flaħtx iktar, bgħattu biex inkun naf dwar il-​fedeltà tagħkom,+ għax forsi t-​Tentatur+ ittantakom b’xi mod, u l-​ħidma tagħna sfat fix-​xejn.+  Imma Timotju għadu kif ġie għandna mingħandkom+ u tana l-​aħbar tajba dwar il-​fedeltà u l-​imħabba tagħkom,+ u li għadkom dejjem tiftakruna fit-​tajjeb, u tixtiequ tarawna bl-​istess mod bħalma aħna wkoll nixtiequ naraw lilkom.+  Aħwa, għalhekk tfarraġna+ bikom fil-​bżonn u t-​tribulazzjoni kollha tagħna minħabba l-​fedeltà li turu,+  għax issa ngħixu jekk iżżommu sod fil-​Mulej.+  Għax liema radd il-​ħajr nistgħu nagħtu lil Alla dwarkom biex inpattulu għall-​ferħ kollu li għandna+ minħabba fikom quddiem Alla tagħna, 10  waqt li lejl u nhar nitolbu b’ħerqa+ ferm akbar mis-​soltu biex naraw wiċċkom u nagħmlu tajjeb għal dak li hu nieqes fil-​fidi tagħkom?+ 11  Issa jalla Missierna u Alla tagħna u l-​Mulej tagħna Ġesù+ jidderiġuna b’suċċess fi triqitna lejkom. 12  Iktar minn hekk, jalla l-​Mulej iġegħelkom tiżdiedu,+ iva, iġegħelkom toktru, fl-​imħabba+ lejn xulxin u lejn kulħadd, saħansitra bħalma aħna nħobbu lilkom; 13  bl-għan li jagħmel lil qlubkom sodi u bla ħtija+ fil-​qdusija quddiem Alla tagħna u Missierna fil-​preżenza+ tal-​Mulej tagħna Ġesù mal-​qaddisin kollha tiegħu.+

Noti taʼ taħt