1 Tessalonikin 2:1-20

2  Żgur li intom stess tafu, aħwa, li ż-​żjara tagħna+ għandkom ma kinitx bla frott,+  imma wara li sofrejna+ u konna mżebilħin+ f’Filippi,+ bħalma tafu, għamilna l-​qalb permezz t’Alla tagħna biex ngħidulkom+ l-​aħbar tajba t’Alla b’taħbit kbir.  Għax it-​twiddiba li nagħtukom mhix ġejja minn xi żball jew xi nuqqas taʼ ndafa+ jew mogħtija bil-​qerq,  imma, bħalma ġejna misjubin xierqa minn Alla biex niġu fdati+ bl-​aħbar tajba, hekk nitkellmu, mhux biex nogħġbu+ lill-​bnedmin imma lil Alla, li jgħarbel lil qlubna.+  Fil-fatt, bħalma tafu, qatt ma ġejna bi kliem melliesi+ jew bi skuża+ għar-​regħba,*+ hemm Alla xhud!  Lanqas ma fittixna l-​glorja mingħand il-​bnedmin,+ le, la mingħandkom u lanqas mingħand oħrajn, għalkemm stajna nkunu taʼ piż finanzjarju+ bħala appostli taʼ Kristu.  Għall-kuntrarju, ġibna ruħna b’mod ġentili fostkom, bħal kif omm li treddaʼ tgħożż+ lil uliedha.  Għalhekk, peress li għandna affezzjoni tenera lejkom,+ konna kuntenti ħafna li mhux biss nagħtukom l-​aħbar tajba t’Alla, imma wkoll ruħna stess,+ għax sirtu għeżież+ għalina.  Aħwa, intom żgur li żżommu f’moħħkom it-​taħbit u t-​tbatija tagħna. Ħdimna+ lejl u nhar, biex ma nkunux taʼ piż finanzjarju għal xi ħadd minnkom,+ waqt li ppridkajnielkom l-​aħbar tajba t’Alla. 10  Intom xhieda, bħalma hu Alla, taʼ kemm urejna li aħna leali u ġusti u bla ħtija+ magħkom li temmnu. 11  Fi qbil maʼ dan, intom tafu tajjeb li, bħalma jagħmel missier+ maʼ wliedu, aħna bqajna nwiddbu+ lil kull wieħed minnkom, u nfarrġukom u nħeġġukom, 12  bl-għan li tibqgħu mexjin+ kif jixraq quddiem Alla li qed isejħilkom+ għas-​saltna+ u l-​glorja tiegħu. 13  Tabilħaqq, huwa għalhekk ukoll li rroddu ħajr lil Alla bla heda,+ għax meta rċivejtu l-​kelma t’Alla,+ li smajtu mingħandna, ma lqajtuhiex bħala l-​kelma tal-​bnedmin,+ imma bħalma hi tassew, bħala l-​kelma t’Alla, li qed taħdem ukoll fikom li temmnu.+ 14  Għax aħwa, intom imitajtu lill-​kongregazzjonijiet t’Alla li hemm fil-​Lhudija f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, għax intom ukoll bdejtu ssofru+ min-​nies taʼ pajjiżkom l-​istess affarijiet li qed isofru huma mil-​Lhud, 15  li qatlu saħansitra lill-​Mulej Ġesù+ u lill-​profeti+ u ppersegwitaw lilna.+ Iktar minn hekk, mhux qed jogħġbu lil Alla, imma huma kontra l-​interessi tal-​bnedmin kollha, 16  għax jipprovaw ifixkluna+ milli nkellmu lin-​nies tal-​ġnus biex dawn ikunu jistgħu jiġu salvati,+ u b’hekk dejjem jimlew il-​kejl+ taʼ dnubiethom. Imma l-​korla tiegħu sa fl-​aħħar ġiet fuqhom.+ 17  Min-naħa tagħna, aħwa, meta għal żmien qasir konna mifrudin minnkom, fil-​persuna, mhux fil-​qalb, stinkajna ferm iktar mis-​soltu b’xewqa kbira biex naraw wiċċkom.+ 18  Għal din ir-​raġuni ridna niġu għandkom, iva, jien Pawlu, għal darba darbtejn, imma Satana għalqilna t-​triq. 19  Għax x’inhi t-​tama jew il-​ferħ jew il-​kuruna+ taʼ l-​hena tagħna—ara, mhux fil-​fatt intom?—quddiem il-​Mulej tagħna Ġesù fil-​preżenza tiegħu?+ 20  Żgur li intom il-​glorja u l-​ferħ tagħna.

Noti taʼ taħt

Jew, “għax-​xenqa b’għira.”