1 Tessalonikin 1:1-10

1  Pawlu u Silvanu*+ u Timotju+ lill-​kongregazzjoni tat-​Tessalonikin f’unjoni+ m’Alla l-​Missier u l-​Mulej Ġesù Kristu: Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom.+  Aħna dejjem irroddu ħajr lil Alla meta nsemmukom ilkoll fit-​talb tagħna,+  għax bla waqfien inżommu f’moħħna l-​għemil tagħkom li ġej mill-​fidi+ u t-​taħbit tagħkom bl-​imħabba u s-​sabar tagħkom minħabba t-​tama tagħkom+ fil-​Mulej tagħna Ġesù Kristu quddiem Alla u Missierna.  Għax nafu, aħwa maħbubin minn Alla, li ġejtu magħżulin minnu,+  għax l-​aħbar tajba li nippridkaw ma ġietx fostkom bil-​kliem biss imma wkoll bil-​qawwa+ u bl-​ispirtu qaddis u b’konvinzjoni sħiħa,+ bħalma tafu kif ġibna ruħna magħkom għall-​ġid tagħkom;+  u bdejtu timitaw+ lilna u lill-​Mulej,+ peress li aċċettajtu l-​kelma bil-​ferħ taʼ l-​ispirtu qaddis+ minkejja ħafna tribulazzjoni,+  u b’hekk sirtu eżempju għal dawk kollha fil-​Maċedonja* u l-​Akaja* li jemmnu.  Il-fatt hu li mhux biss fil-​Maċedonja u fl-​Akaja l-​kelma taʼ Ġeħova+ nstemgħet mingħandkom, imma l-​fidi tagħkom+ f’Alla xterdet f’kull post,+ tant li m’għandna għalfejn ngħidu xejn.  Għax huma stess għadhom jgħidu dwar kif dħalna fostkom l-​ewwel darba u kif dortu lejn Alla mill-​idoli tagħkom+ biex titjassru għal Alla ħaj+ u veru,+ 10  u tistennew+ lil Ibnu mis-​smewwiet,+ li qajmu mill-​imwiet,+ jiġifieri, lil Ġesù, li jeħlisna mill-​korla li ġejja.+

Noti taʼ taħt

Jew, “Sila.”
Ara At 16:9, in-​nota taʼ taħt.
Ara At 18:12, in-​nota taʼ taħt.