1 Slaten 9:1-28

9  U ġara li malli Salamun lesta mill-​bini tad-​dar+ taʼ Ġeħova u tad-​dar tas-​sultan+ u taʼ kull ħaġa sabiħa li Salamun għoġbu jagħmel,+  Ġeħova deher lil Salamun għat-​tieni darba, bħalma kien deherlu f’Gibegħon.+  U Ġeħova qallu: “Smajt it-​talba tiegħek+ u s-​supplika* tiegħek li biha tlabt quddiemi għall-​ħniena. Jien qaddist+ din id-​dar li bnejt int billi qegħedt ismi+ hemmhekk għal żmien indefinit; u għajnejja+ u qalbi se jkunu hemmhekk dejjem.+  U int, jekk timxi+ quddiemi, bħalma mexa David+ missierek, bl-​integrità+ tal-​qalb u b’mod rett+ billi tagħmel skond kulma kkmandajtek,+ u tħares ir-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+  jien ukoll nistabbilixxi t-​tron taʼ saltnatek fuq Israel għal żmien indefinit, bħalma wegħedt lil David missierek, meta għedt, ‘Ma jonqosx li jkun hemm raġel minn nislek li joqgħod fuq it-​tron taʼ Israel.’+  Jekk intom u wliedkom idduru lura għalkollox milli timxu warajja+ u ma tħarsux il-​kmandamenti u l-​istatuti li tajtkom, u tmorru taqdu lil allat oħrajn+ u tmilu quddiemhom,  jien ukoll neqred lil Israel minn fuq wiċċ l-​art li tajtu;+ u d-​dar li qaddist għal ismi narmiha minn quddiemi,+ u Israel isir bħal qawl+ u oġġett taʼ tgħajjir fost il-​popli kollha.  U din id-​dar issir ħerba sħiħa.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejha jibqaʼ ċċassat,+ isaffar bi stagħġib, u jgħid, ‘Ġeħova għalfejn għamlilhom hekk lil din l-​art u din id-​dar?’+  U jkollhom jgħidu, ‘Kien għaliex telqu lil Ġeħova Alla tagħhom li kien ħareġ lil missirijiethom mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ u qabdu m’allat oħrajn+ u mielu quddiemhom u qdewhom. Huwa għalhekk li Ġeħova ġab fuqhom dan il-​gwaj kollu.’”+ 10  U ġara wara għoxrin sena, li fihom Salamun bena ż-​żewġt idjar, id-​dar taʼ Ġeħova+ u d-​dar tas-​sultan,+ 11  (Ħiram+ is-​sultan taʼ Tir kien għen lil Salamun+ billi tah injam tas-​siġar taċ-​ċedru u injam tas-​siġar tal-​ġnibru u deheb kemm għoġbu,)+ li dak iż-​żmien is-​Sultan Salamun ta lil Ħiram għoxrin belt fl-​art tal-​Galilija.+ 12  Għaldaqstant, Ħiram ħareġ minn Tir biex jara l-​bliet li tah Salamun, u ma kinux xierqa f’għajnejh.+ 13  Għalhekk qallu: “Dawn xi bliet tajtni, ħija?” U baqgħu jissejħu l-​Art taʼ Kabul* sal-​ġurnata taʼ llum. 14  Sadanittant, Ħiram bagħat lis-​sultan mija u għoxrin talent deheb.+ 15  Issa dan hu r-​rakkont taʼ dawk miktubin għal xogħol forzat+ li s-​Sultan Salamun sejjaħ biex jibnu d-​dar taʼ Ġeħova+ u daru stess u l-​Għolja*+ u l-​ħajt+ taʼ Ġerusalemm u Ħasor+ u Megiddo+ u Geżer.+ 16  (Il-Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu, kien telaʼ u qabad lil Geżer u ħaraqha bin-​nar, u qatel lill-​Kangħanin+ li kienu jgħammru fil-​belt. Għalhekk, hu taha lil bintu,+ mart Salamun, bħala għotja tat-​tluq.) 17  U Salamun bena Geżer u Bet-ħoron t’Isfel,+ 18  u Bagħalat+ u Tamar* fix-​xagħri, fil-​pajjiż, 19  u l-​bliet kollha għall-​imħażen+ li saru taʼ Salamun, il-​bliet għall-​karrijiet,+ il-​bliet għar-​rikkieba taż-​żwiemel, u l-​affarijiet sbieħ+ li Salamun xtaq jibni f’Ġerusalemm u fil-​Libanu u fl-​art kollha taħt id-​dominju tiegħu. 20  U n-​nies kollha li kien fadal mill-​Amurrin,+ mill-​Ħittin,+ mill-​Pereżin,+ mill-​Ħiwwin,+ u mill-​Ġebusin,+ li ma kinux parti minn ulied Israel,+ 21  lil uliedhom li tħallew warajhom fl-​art u li wlied Israel ma setgħux jeqirduhom,*+ Salamun baqaʼ jobbligahom jagħmlu xogħol forzat bħala lsiera sal-​ġurnata taʼ llum.+ 22  U Salamun m’għamel lil ħadd ilsir minn ulied Israel;+ għax huma kienu l-​gwerriera, il-​qaddejja, il-​prinċpijiet, l-​ajjutanti, u l-​kapijiet tas-​sewwieqa tal-​karrijiet tiegħu u tar-​rikkieba taż-​żwiemel tiegħu.+ 23  Kien hemm ħames mija u ħamsin kap tad-​deputati. Dawn kienu jieħdu ħsieb ix-​xogħol taʼ Salamun u kienu l-​imgħallmin fuq in-​nies attivi fix-​xogħol.+ 24  U bint il-​Fargħun+ ħarġet mill-​Belt taʼ David+ u telgħet lejn id-​dar li kien bnielha. Kien wara dan li hu bena l-​Għolja.+ 25  U Salamun baqaʼ joffri tliet+ darbiet fis-​sena sagrifiċċji tal-​ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija fuq l-​artal li kien bena għal Ġeħova,+ u kien jiġi offrut id-​duħħan tas-​sagrifiċċji fuq l-​artal,+ li kien quddiem Ġeħova; u lesta d-​dar.+ 26  U s-​Sultan Salamun għamel flotta taʼ bastimenti f’Għesjon-geber,+ li qiegħed ħdejn Elot,+ max-​xatt tal-​Baħar l-​Aħmar fl-​art t’Edom.+ 27  U flimkien mal-​qaddejja taʼ Salamun, Ħiram kien jibgħat fil-​flotta tal-​bastimenti lill-​qaddejja tiegħu stess,+ baħrin, għax dawn kellhom għarfien tal-​baħar. 28  U marru Ofir+ u ħadu minn hemm erbaʼ mija u għoxrin talent deheb+ u ġabuh lis-​Sultan Salamun.

Noti taʼ taħt

Jew, “it-​talba bil-​ħerqa.”
Jew, “l-​Art li M’Hi Tajba għal Xejn”; forsi, “l-​Art fil-​Qjud.”
Ara t-​2Sa 5:9, in-​nota taʼ taħt.
“Tadmor,” Test Masoretiku Ebrajk (marġni), Pexitta Sirjaka (ara t-​2Kr 8:4); Vulgata Latina, “Palmira.”
Jew, “jiddedikawhom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.