1 Slaten 7:1-51

7  U Salamun dam jibni daru tlettax-il sena,+ u hekk lesta daru minn kollox.+  U bena d-​Dar tal-​Foresta tal-​Libanu+ b’tul taʼ mitt kubitu, wisaʼ taʼ ħamsin kubitu, u għoli taʼ tletin kubitu, fuq erbaʼ ringieli kolonni taʼ l-​injam taċ-​ċedru; u fuq il-​kolonni kien hemm travi+ taċ-​ċedru.  U l-​parti taʼ fuq tad-​dar kienet miksija bl-​injam taċ-​ċedru+ u kienet tistrieħ fuq it-​travi li kienu fuq il-​ħamsa u erbgħin kolonna. Kien hemm ħmistax f’ringiela.  U kellha tliet ringieli twieqi bil-​gwarniċ, fetħa għad-​dawl+ faċċata taʼ fetħa oħra għad-​dawl fi tliet saffi.  U d-​daħliet kollha u l-​koxox tal-​bibien kellhom gwarniċ kwadru,+ kif kellha wkoll in-​naħa taʼ quddiem taʼ fetħa għad-​dawl faċċata taʼ fetħa għad-​dawl fi tliet saffi.  U l-​Loġġa tal-​Kolonni għamilha twila ħamsin kubitu u wiesgħa tletin kubitu; u quddiemhom kien hemm loġġa oħra bil-​kolonni u msaqqfa.  U għamel il-​loġġa tal-​ġudizzju fejn kien jiġġudika,+ il-​Loġġa tat-​Tron;+ u ksewha bl-​injam taċ-​ċedru mill-​art sat-​travi tas-​saqaf.+  U d-​dar tiegħu fejn kellu jgħammar, fil-​bitħa l-​oħra,+ kienet lil hinn mid-​dar tal-​Loġġa. Kienet maħduma bħalha. U Salamun bena dar bħal din il-​Loġġa għal bint il-​Fargħun,+ li hu kien ħadha b’martu.  Dawn kollha kienu minn ġebel jiswa ħafna flus+ maqtugħ skond il-​qisien, minġur, u maqtugħ bis-​serrieq tal-​ġebel, minn ġewwa u minn barra, u mill-​pedament sal-​gwarniċun, u minn barra sal-​bitħa l-​kbira.+ 10  U l-​ġebel jiswa ħafna flus imqiegħed bħala pedament kien ġebel kbir, ġebel t’għaxar kubiti u ġebel taʼ tmien kubiti. 11  U fuqu kien hemm ġebel jiswa ħafna flus maqtugħ skond il-​qisien, minġur, u wkoll injam taċ-​ċedru. 12  U l-​bitħa l-​kbira kellha ħajt dawramejt bi tliet filati+ ġebel minġur u filata travi taċ-​ċedru; u hekk ukoll kienu l-​bitħa taʼ ġewwa+ tad-​dar+ taʼ Ġeħova, u l-​loġġa+ tad-​dar. 13  U s-​Sultan Salamun bagħat għal Ħiram+ biex jiġi minn Tir. 14  Dan kien bin armla mit-​tribù taʼ Naftali, u missieru kien raġel minn Tir,+ ħaddiem fir-​ram aħmar.+ Kien mimli għerf dwar kull xorta taʼ xogħol fir-​ram aħmar u kien jifhem fih+ u jaf ħafna dwaru. Għaldaqstant, hu ġie għand is-​Sultan Salamun u beda jagħmel ix-​xogħol kollu li kellu. 15  U fforma ż-​żewġ kolonni mir-​ram aħmar imdewweb,+ kull kolonna twila tmintax-il kubitu, u l-​qjies tad-​dawra taʼ kull waħda miż-​żewġ kolonni kien taʼ tnax-il kubitu.*+ 16  U għamel żewġ kaptelli għal fuq il-​kolonni, magħmulin minn ram aħmar imdewweb.+ L-​għoli taʼ kaptell minnhom kien ħames kubiti, u l-​għoli tal-​kaptell l-​ieħor kien ħames kubiti. 17  Kien hemm xbieki, u ktajjen immaljati bħala ornamenti,+ għall-​kaptelli li kienu fuq il-​kolonni;+ sebgħa għal kaptell minnhom, u sebgħa għall-​kaptell l-​ieħor. 18  U għamel żewġ ringieli rummien dawramejt fuq kull parti maħduma xibka biex jiksi l-​kaptelli li kienu fuq il-​kolonni; u l-​istess għamel għall-​kaptell l-​ieħor.+ 19  U l-​kaptelli li kienu fuq il-​kolonni ħdejn il-​loġġa kellhom għamla taʼ ġilju+ għoli erbaʼ kubiti. 20  U l-​kaptelli kienu fuq iż-​żewġ kolonni u eżatt fuq iż-​żaqq li kienet imdawra bil-​parti maħduma xibka; u kien hemm mitejn rummiena+ f’ringieli dawramejt maʼ kull kaptell. 21  U waqqaf il-​kolonni+ tal-​loġġa+ tat-​tempju. Waqqaf il-​kolonna tal-​lemin u sejħilha Ġakin,* u mbagħad waqqaf il-​kolonna tax-​xellug u sejħilha Bogħaż.* 22  U fuq ras il-​kolonni kien hemm għamla taʼ ġilju. U bil-​mod il-​mod ix-​xogħol tal-​kolonni tlesta. 23  U għamel il-​baħar* minn metall imdewweb+ għaxar kubiti minn xifer sa xifer, u kien tond; u l-​għoli tiegħu kien ħames kubiti, u kien jeħtieġ ħabel taʼ tletin kubitu biex idur miegħu dawramejt.+ 24  U kien hemm ornamenti+ għamla taʼ qargħa*+ taħt ix-​xifer tiegħu dawramejt, għaxra f’kubitu wieħed, madwar il-​baħar kollu,+ b’żewġ ringieli t’ornamenti għamla taʼ qargħa mdewbin miegħu fl-​istess forma. 25  Kien wieqaf fuq tnax-il barri,+ tlieta jħarsu lejn it-​tramuntana, tlieta jħarsu lejn il-​punent, tlieta jħarsu lejn in-​nofsinhar, u tlieta jħarsu lejn il-​lvant; u l-​baħar kien fuqhom, u l-​warrani tagħhom kien lejn in-​nofs.+ 26  U l-​ħxuna tiegħu kienet wisaʼ taʼ id;+ u x-​xifer tiegħu kien maħdum bħax-​xifer taʼ kies, bħal warda tal-​ġilju.+ U kien ikun fih+ elfejn bat+ ilma. 27  U mbagħad għamel għaxar karrijiet+ tar-​ram aħmar, kull karru twil erbaʼ kubiti, wiesaʼ erbaʼ kubiti, u għoli tliet kubiti. 28  U l-​karrijiet kienu maħdumin hekk: kellhom panewijiet fil-​ġnub, u l-​panewijiet tal-​ġnub kienu bejn it-​traversi. 29  U fuq il-​panewijiet tal-​ġnub li kienu bejn it-​traversi kien hemm iljuni,+ barrin,+ u kerubini,+ kif ukoll fuq it-​traversi. Fuq u taħt l-​iljuni u l-​barrin kien hemm girlandi+ mdendlin. 30  U kull karru kellu erbaʼ roti tar-​ram aħmar, b’fusien tar-​ram aħmar; u l-​erbaʼ partijiet tal-​kantunieri kienu jservu taʼ riffidiet għalihom. Ir-​riffidiet, li kienu fformati bil-​girlandi għaddejjin minn riffieda għal oħra, kienu taħt il-​vaska. 31  U l-​qjies tal-​fetħa tagħha, minn ġewwanett sar-​riffidiet u ’l fuq, kien taʼ [?] kubiti;* u l-​fetħa tal-​karru kienet tonda, f’għamla taʼ pedestall għoli kubitu u nofs, u fuq il-​fetħa tiegħu kien hemm affarijiet minquxin. U l-​panewijiet tal-​ġnub kienu kwadri, mhux tondi. 32  U l-​erbaʼ roti kienu taħt il-​panewijiet tal-​ġnub, u r-​roti kellhom riffidiet li kienu taħt il-​ġnub tal-​karru; u kull rota kienet għolja kubitu u nofs. 33  U r-​roti kienu maħdumin bħar-​roti taʼ mirkeb.+ Ir-​riffidiet tagħhom u ċ-​ċrieki tagħhom u l-​imgħażel tagħhom u l-​buttun tagħhom kienu kollha magħmulin mill-​metall imdewweb. 34  U kien hemm erbaʼ riffidiet maʼ l-​erbaʼ kantunieri taʼ kull karru; ir-​riffidiet kienu biċċa waħda mal-​karru. 35  U fin-​naħa taʼ fuq tal-​karru kien hemm pedestall għoli kubitu u nofs, bid-​dawra tonda; u l-​ġnub u l-​panewijiet tal-​ġnub fin-​naħa taʼ fuq tal-​karru kienu biċċa waħda miegħu. 36  Iżjed minn hekk, hu naqqax+ fuq il-​pjanċi taʼ ġnubu u fuq il-​panewijiet tiegħu tal-​ġnub kerubini, iljuni u siġar tal-​palm skond l-​ispazju tagħhom, u girlandi dawramejt.+ 37  Hekk għamilhom l-​għaxar karrijiet;+ kollha fformati bl-​istess mod,+ bl-​istess qjies, bl-​istess għamla. 38  U għamel għaxar vaski+ tar-​ram aħmar. Kull vaska kienet tesaʼ erbgħin bat. Kull vaska kienet erbaʼ kubiti. Kien hemm vaska waħda fuq kull wieħed mill-​għaxar karrijiet. 39  Imbagħad qiegħed ħames karrijiet fuq in-​naħa tal-​lemin tad-​dar, u ħamsa fuq ix-​xellug tad-​dar;+ u l-​baħar qiegħdu fuq in-​naħa tal-​lemin tad-​dar fil-​lvant, lejn in-​nofsinhar.+ 40  U Ħiram+ għamel il-​vaski+ u l-​pali+ u l-​iskutelli.+ U fl-​aħħar Ħiram temm+ ix-​xogħol kollu li għamel lis-​Sultan Salamun għad-​dar taʼ Ġeħova: 41  Iż-żewġ kolonni+ u l-​kaptelli forma taʼ skutelli+ li kienu fuq iż-​żewġ kolonni, u ż-​żewġ partijiet maħdumin xibka+ biex jiksu ż-​żewġ kaptelli tondi taʼ fuq il-​kolonni, 42  u l-​erbaʼ mitt rummiena+ għaż-​żewġ partijiet maħdumin xibka, żewġ ringieli rummien fuq kull parti maħduma xibka, biex jiksu ż-​żewġ kaptelli forma taʼ skutelli li kienu fuq iż-​żewġ kolonni; 43  u l-​għaxar karrijiet+ u l-​għaxar vaski+ fuq il-​karrijiet, 44  u l-​baħar+ u t-​tnax-il barri taħt il-​baħar;+ 45  u r-​reċipjenti għall-​irmied u l-​pali u l-​iskutelli u l-​għodod kollha,+ li Ħiram għamel mir-​ram aħmar illostrat lis-​Sultan Salamun għad-​dar taʼ Ġeħova. 46  Kien fid-​Distrett tal-​Ġordan,+ bejn Sukkot+ u Saretan,+ li s-​sultan għamilhom minn metall imdewweb f’forom tat-​tafal. 47  U Salamun ma wiżen l-​ebda għodda+ għax il-​kwantità tagħhom kienet kbira b’mod straordinarju.+ Il-​piż tar-​ram aħmar baqaʼ mhux magħruf.+ 48  U l-​għodod kollha li kellhom x’jaqsmu mad-​dar taʼ Ġeħova, l-​artal+ tad-​deheb u l-​mejda+ li fuqha kien hemm il-​ħobż tal-​preżenza, Salamun għamilhom tad-​deheb, 49  u l-​gandlieri,+ ħamsa fuq il-​lemin u ħamsa fuq ix-​xellug quddiem il-​kamra taʼ ġewwanett, tad-​deheb pur,+ u l-​ward+ u l-​imsiebaħ+ u l-​imqassijiet li jżommu l-​ftila,+ kollha tad-​deheb, 50  u l-​bwieqi u l-​imqassijiet li jitfu l-​ftila+ u l-​iskutelli+ u l-​kwies+ u r-​reċipjenti għall-​ġamar,+ kollha tad-​deheb pur, u l-​bażijiet taʼ fuq u t’isfel għall-​pernijiet tal-​bibien+ tad-​dar taʼ ġewwa, jiġifieri, taʼ l-​Iktar Qaddis, u għall-​bibien+ tad-​dar tat-​tempju,+ kollha tad-​deheb. 51  Fl-aħħar, ix-​xogħol kollu li kellu jagħmel is-​Sultan Salamun fejn tidħol id-​dar taʼ Ġeħova tlesta;+ u Salamun beda jdaħħal l-​affarijiet li tqaddsu minn David missieru;+ il-​fidda u d-​deheb u l-​oġġetti poġġiehom fit-​teżori tad-​dar taʼ Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “u ħajta taʼ tnax-il kubitu kienet tkejjel id-​dawra taʼ kull waħda miż-​żewġ kolonni.”
Ifisser “Hu Se Jwaqqaf fis-​Sod.”
X’aktarx ifisser “Fis-​Saħħa,” u jrid jinqara wara isem il-​kolonna l-​oħra, “Ġakin.”
Dan kien reċipjent kbir tar-​ram aħmar li kien ikun fih l-​ilma.
Ara l-​1Sl 6:18, in-​nota taʼ taħt.
In-numru hu nieqes fit-​test oriġinali Ebrajk.