1 Slaten 5:1-18

5  U Ħiram+ is-​sultan taʼ Tir+ bagħat lill-​qaddejja tiegħu+ għand Salamun, għax kien semaʼ li kienu dilku lilu sultan minflok missieru; għax Ħiram dejjem ħabbu lil David.+  Min-naħa tiegħu, Salamun bagħat jgħid lil Ħiram:+  “Int taf tajjeb li David missieri ma setax jibni dar għal isem Ġeħova Alla tiegħu minħabba l-​gwerer+ li dawruh bihom l-​għedewwa, sakemm Ġeħova qegħedhom taħt qiegħ saqajh.  U issa Ġeħova Alla tiegħi tani l-​mistrieħ minn kullimkien.+ M’hemm ħadd jopponini, u m’hu qed jiġri xejn ħażin.+  U qed naħseb li nibni dar għal isem Ġeħova Alla tiegħi,+ bħalma Ġeħova wiegħed lil David missieri meta qallu, ‘Ibnek li jien se nqiegħed fuq it-​tron tiegħek minflokok, hu jkun il-​wieħed li jibni d-​dar għal ismi.’+  U issa ordna li jaqtgħuli ċedri mil-​Libanu;+ u l-​qaddejja tiegħi jkunu mal-​qaddejja tiegħek, u l-​pagi tal-​qaddejja tiegħek nagħtihomlok skond kulma tgħidli, għax int taf tajjeb li fostna m’hemm ħadd li jaf jaqtaʼ s-​siġar bħas-​Sidonin.”+  U ġara li malli Ħiram+ semaʼ kliem Salamun, beda jifraħ ferm, u qal: “Ikun imbierek+ Ġeħova llum talli ta lil David iben għaref+ fuq dan il-​poplu kotran!”+  Għaldaqstant, Ħiram bagħat jgħid lil Salamun: “Smajt x’bgħatt tgħidli. Jien se nagħmel kulma jogħġbok rigward l-​injam tas-​siġar taċ-​ċedru u l-​injam tas-​siġar tal-​ġnibru.+  Il-qaddejja tiegħi stess iniżżluhom mil-​Libanu+ sal-​baħar; u jien, min-​naħa tiegħi, nagħmilhom f’ċattri taʼ l-​injam biex imorru bil-​baħar eżatt safejn tavżani int;+ u jien nara li jinqasmu hemmhekk, u mbagħad int ġorrhom; u int, min-​naħa tiegħek, tagħmilli pjaċir jekk tipprovdi l-​ikel għal taʼ dari.”+ 10  Għalhekk, Ħiram ta l-​injam tas-​siġar taċ-​ċedru u l-​injam tas-​siġar tal-​ġnibru lil Salamun skond kemm għoġbu. 11  U Salamun ta lil Ħiram għoxrin elf kor+ qamħ bħala provvisti taʼ l-​ikel għal taʼ daru u għoxrin kor żejt minn żebbuġ misħuq.+ Hekk baqaʼ jagħtih Salamun lil Ħiram sena wara l-​oħra.+ 12  U Ġeħova, min-​naħa tiegħu, ta l-​għerf lil Salamun bħalma kien wiegħdu;+ u kien hemm il-​paċi bejn Ħiram u Salamun, u t-​tnejn li huma għamlu patt. 13  U s-​Sultan Salamun baqaʼ jġib lil dawk miktubin għal xogħol forzat minn Israel kollu; u dawk miktubin għal xogħol forzat+ kienu tletin elf raġel. 14  U kien jibgħathom il-​Libanu fi gruppi t’għaxart elef kull xahar. Kienu jagħmlu xahar il-​Libanu, u xahrejn id-​dar;+ u Adoniram+ kien fuq dawk miktubin+ għal xogħol forzat.+ 15  U Salamun kellu+ sebgħin elf raġel li jġorru t-​tagħbija+ u tmenin elf li jaqtgħu l-​ġebel+ mill-​muntanja,+ 16  minbarra d-​deputati+ li Salamun kellu biex jieħdu ħsieb ix-​xogħol: tlett elef u tliet mitt mgħallem+ fuq in-​nies li kienu attivi fix-​xogħol. 17  Għalhekk, is-​sultan ordna li jaqtgħu ġebel kbir, ġebel jiswa ħafna flus,+ biex jitqiegħed il-​pedament+ tad-​dar b’ġebel minġur.+ 18  U l-​bennejja taʼ Salamun u l-​bennejja taʼ Ħiram u l-​Gebalin+ qatgħu l-​ġebel, u ppreparaw l-​injam u l-​ġebel biex jibnu d-​dar.

Noti taʼ taħt