1 Slaten 4:1-34

4  U s-​Sultan Salamun kompla jsaltan fuq Israel kollu.+  U dawn huma l-​prinċpijiet+ li kellu: Għażarija bin Sadok,+ il-​qassis;  Eliħoref u Aħija, ulied Sisa, is-​segretarji;+ Ġeħosafat+ bin Aħilud, ir-​reġistratur;  u Benaja+ bin Ġeħojada kien fuq l-​armata,+ u Sadok u Abjatar+ kienu qassisin;  u Għażarija bin Natan+ kien fuq id-​deputati, u Żabud bin Natan kien qassis, il-​ħabib+ tas-​sultan;  u Aħisar kien fuq id-​dar, u Adoniram+ bin Għabda, fuq dawk miktubin għal xogħol forzat.+  U Salamun kellu tnax-il deputat fuq Israel kollu, u dawn ipprovdew l-​ikel lis-​sultan u lil taʼ daru. Lil kull wieħed minnhom kien imissu d-​dmir li jipprovdi l-​ikel xahar fis-​sena.+  U dawn kienu l-​ismijiet tagħhom: Bin Ħur, fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm;+  bin Deker, f’Makas u f’Sagħlbim+ u Bet-xemex+ u Elon-bet-ħanan; 10  bin Ħesed, f’Arubbot (dan kellu Sokoh u l-​art kollha taʼ Ħefer);+ 11  bin Abinadab, l-​għoljiet kollha taʼ Dor+ (Tafat, bint Salamun, saret martu); 12  Bagħna bin Aħilud, f’Tagħnak+ u Megiddo+ u Bet-segħan kollu,+ li jinsab ħdejn Saretan+ taħt Ġeżragħel,+ minn Bet-segħan s’Abel-meħola+ sar-​reġjun tal-​Ġokmegħam;+ 13  bin Geber, f’Ramot-gilegħad+ (hu kellu l-​irħula tat-​tined taʼ Ġajir+ bin Manasse, f’Gilegħad;+ u kellu r-​reġjun taʼ l-​Argob,+ fil-​Basan:+ sittin belt kbira bis-​swar u l-​istaneg tar-​ram aħmar); 14  Aħinadab bin Iddo, f’Maħanajm;+ 15  Aħimgħas, f’Naftali+ (dan ukoll ħa lil bint Salamun, Basemat, bħala martu);+ 16  Bagħna bin Ħusaj, f’Aser+ u Begħalot; 17  Ġeħosafat bin Paruħa, f’Issakar;+ 18  Simgħi+ bin Ela, f’Benjamin;+ 19  Geber bin Uri, fl-​art taʼ Gilegħad,+ l-​art taʼ Siħon+ is-​sultan taʼ l-​Amurrin,+ u t’Għog+ is-​sultan tal-​Basan,+ u kien hemm deputat wieħed fuq id-​deputati l-​oħrajn kollha tal-​pajjiż. 20  Ġuda u Israel kienu ħafna, bħar-​ramel taʼ ħdejn il-​baħar daqskemm kienu kotrana,+ u kienu jieklu u jixorbu u jifirħu.+ 21  U Salamun ħakem fuq is-​saltniet kollha mix-​Xmara*+ sa l-​art tal-​Filistin u sal-​fruntiera taʼ l-​Eġittu. Dawn kienu jġibu r-​rigali u jaqdu lil Salamun il-​jiem kollha taʼ ħajtu.+ 22  U b’mod regulari l-​ikel taʼ kuljum għal Salamun kien tletin kor+ dqiq fin u sittin kor dqiq, 23  għaxar baqriet smien u għoxrin baqra tal-​mergħa u mitt nagħġa, minbarra xi ċriev+ u għażżiel*+ u ċerti ċriev żgħar u daqquq imsemmen. 24  Għax hu kellu sottomess lejh kulma kien hemm fuq din in-​naħa tax-​Xmara,+ minn Tifsa sa Gaża,+ u wkoll is-​slaten kollha fuq din in-​naħa tax-​Xmara;+ u kellu l-​paċi+ fir-​reġjuni tiegħu kollha, kullimkien. 25  U Ġuda+ u Israel baqgħu jgħammru fis-​sigurtà,+ kulħadd taħt id-​dielja tiegħu u taħt it-​tina tiegħu,+ minn Dan sa Bir-​xeba,+ il-​jiem kollha taʼ Salamun. 26  U Salamun kellu erbgħin elf stalla għaż-​żwiemel+ tal-​karrijiet tiegħu+ u tnax-il elf rikkieb. 27  U dawn id-​deputati+ pprovdew l-​ikel lis-​Sultan Salamun u lil kulmin kien jersaq mal-​mejda tas-​Sultan Salamun, kull wieħed fix-​xahar tiegħu. Huma kienu jaraw li ma jkun hemm xejn nieqes. 28  U kienu jġibu x-​xgħir u t-​tiben għaż-​żwiemel u għall-​gruppi taż-​żwiemel+ kulfejn kien hemm bżonn, kull wieħed skond fejn kien jiġi mqabbad.+ 29  U Alla baqaʼ jagħti lil Salamun ħafna għerf+ u abbiltà li jifhem+ u qalb+ mimlija dehen, bħar-​ramel f’xatt il-​baħar.+ 30  U l-​għerf taʼ Salamun kien iktar vast+ mill-​għerf tan-​nies kollha taʼ l-​Orjent+ u mill-​għerf kollu taʼ l-​Eġittu.+ 31  U kien iktar għaref minn kwalunkwe bniedem ieħor, minn Etan+ l-​Eżraħi u Ħeman+ u Kalkol+ u Darda wlied Maħol; u l-​fama tiegħu laħqet il-​ġnus kollha taʼ madwar.+ 32  U kien jaf jitkellem tlett elef proverbju,+ u l-​għanjiet tiegħu+ kienu elf u ħamsa. 33  U kien jitkellem dwar is-​siġar, miċ-​ċedru tal-​Libanu+ saż-​żuf+ li jikber fil-​ħajt; u kien jitkellem dwar il-​bhejjem+ u t-​tjur+ u l-​ħlejjaq li jitħarrku+ u l-​ħut.+ 34  U kienu jiġu mill-​popli kollha biex jisimgħu l-​għerf taʼ Salamun,+ u anki mis-​slaten kollha taʼ l-​art li semgħu b’għerfu.+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, l-​Ewfrat.
Jew, “ċriev ħfief.”