1 Slaten 3:1-28

3  U Salamun tħallat b’rabta taż-​żwieġ+ mal-​Fargħun is-​sultan taʼ l-​Eġittu, u ħa lil bint il-​Fargħun+ u ġabha fil-​Belt taʼ David,+ sakemm spiċċa jibni daru+ u d-​dar taʼ Ġeħova+ u l-​ħajt taʼ Ġerusalemm dawramejt.+  U n-​nies kienu qed joffru sagrifiċċji f’ċerti postijiet għall-​qima,*+ għax sa dakinhar kienet għadha ma nbnietx dar għal isem Ġeħova.+  U Salamun baqaʼ jħobb+ lil Ġeħova billi jimxi maʼ l-​istatuti taʼ David missieru.+ U hu kien joffri regolarment is-​sagrifiċċji u d-​duħħan taʼ dawk l-​offerti f’postijiet għall-​qima.+  Għaldaqstant, is-​sultan mar Gibegħon+ biex joffri sagrifiċċji hemmhekk, għax dak kien il-​post ewlieni għall-​qima.+ Elf sagrifiċċju tal-​ħruq offra Salamun fuq dak l-​artal.+  Waqt li kien Gibegħon, Ġeħova deher+ lil Salamun f’ħolma+ bil-​lejl; u Alla qallu: “Itlobni xi tridni nagħtik.”+  Għal dan, Salamun qal: “Int urejt qalb tajba bl-​imħabba kbira+ mal-​qaddej tiegħek David missieri skond kif mexa quddiemek bil-​verità u bis-​sewwa+ u b’qalb retta miegħek; u int bqajt turih din il-​qalb tajba bl-​imħabba tant kbira, u għalhekk tajtu iben biex joqgħod fuq it-​tron tiegħu kif inhu llum.+  U issa, Ġeħova Alla tiegħi, int stess għamilt lill-​qaddej tiegħek sultan minflok David missieri, u jien m’iniex ħlief naqra taʼ tifel.+ Ma nafx kif noħroġ u kif nidħol.+  U l-​qaddej tiegħek qiegħed f’nofs il-​poplu tiegħek li int għażilt,+ poplu kotran li ma jistax jingħadd jew jitqies tant kemm hu kotran.+  Għalhekk, agħti lill-​qaddej tiegħek qalb ubbidjenti biex jiġġudika+ lill-​poplu tiegħek, biex jagħraf bejn it-​tajjeb u l-​ħażin;+ għax min kapaċi jiġġudika+ lil dan il-​poplu tiegħek tant diffiċli?”+ 10  U din kienet ħaġa sabiħa f’għajnejn Ġeħova, li Salamun kien talab hekk.+ 11  U Alla kompla jgħidlu: “Talli tlabt din il-​ħaġa u ma tlabtx li jkollok għomor twil jew rikkezzi+ jew li nagħtik il-​ħajja taʼ l-​għedewwa tiegħek, u tlabt li jkollok l-​abbiltà li tifhem biex tismaʼ l-​każi ġudizzjarji,+ 12  se nagħmel skond kliemek.+ Ara! Se nagħtik qalb għarfa u li tifhem,+ u b’hekk ma jkun eżista ħadd bħalek qablek, u lanqas warajk ma jqum xi ħadd bħalek.+ 13  Barra minn hekk, tul jiemek kollha nagħtik dak li ma tlabtx,+ kemm rikkezzi+ u kemm glorja, u b’hekk jiġri li fost is-​slaten qatt ma jkun eżista wieħed bħalek.+ 14  U jekk timxi fi triqati billi żżomm mar-​regolamenti+ u l-​kmandamenti tiegħi, bħalma mexa David missierek,+ jien intawwallek jiemek ukoll.”+ 15  Meta Salamun qam,+ hu ntebaħ li kellu ħolma. Imbagħad mar Ġerusalemm u waqaf quddiem l-​arka+ tal-​patt taʼ Ġeħova u offra sagrifiċċji tal-​ħruq u offerti taʼ sħubija*+ u għamel ikla+ għall-​qaddejja tiegħu kollha.+ 16  Dak iż-​żmien daħlu għand is-​sultan żewġ nisa, prostituti,+ u waqfu quddiemu.+ 17  Imbagħad waħda minnhom qalet: “Skużani, sidi,+ jien u din il-​mara ngħixu f’dar waħda, u jien kelli tarbija ħdejha fid-​dar. 18  U ġara li fit-​tielet jum li kelli t-​tarbija, din il-​mara wkoll kellha tarbija. U konna flimkien. Ma kien hemm ħadd stranġier magħna fid-​dar, ħadd ħliefna t-​tnejn fid-​dar kollha. 19  Iktar tard it-​tifel taʼ din il-​mara miet bil-​lejl, għax hi mteddet fuqu. 20  Għalhekk, f’nofs taʼ lejl hi qamet u ħadet lil ibni minn ħdejja waqt li l-​ilsira tiegħek kienet rieqda u medditu fi ħdanha, u lil binha l-​mejjet medditu fi ħdani. 21  Meta qomt fil-​għodu biex irredda’+ lil ibni, hu kien mejjet. Għalhekk, flejtu sew, u rajt li dan ma kienx ibni li kont ulidt.” 22  Iżda l-​mara l-​oħra qalet: “Le, imma ibni hu l-​ħaj u ibnek hu l-​mejjet!” Sadanittant, il-​mara kienet qed tgħid: “Le, imma ibnek hu l-​mejjet u ibni hu l-​ħaj.” U baqgħu sejrin hekk quddiem is-​sultan.+ 23  Fl-aħħar, is-​sultan qal: “Din qed tgħid, ‘Dan hu ibni, il-​ħaj, u ibnek hu l-​mejjet!’ u l-​oħra qed tgħid, ‘Le, imma ibnek hu l-​mejjet u ibni hu l-​ħaj!’” 24  U s-​sultan kompla jgħid:+ “Irġiel, ġibuli sejf.” Għaldaqstant ġabu sejf quddiem is-​sultan. 25  U qal is-​sultan: “Aqsmu t-​tifel il-​ħaj fi tnejn u agħtu nofs lil waħda u nofs lill-​oħra.” 26  Minnufih, il-​mara li binha kien il-​ħaj qalet lis-​sultan (għax l-​emozzjonijiet ġewwinin tagħha+ tqanqlu għal binha,+ u għalhekk qalet): “Skużani,+ sidi! Agħtuha t-​tifel il-​ħaj. Bl-​ebda mod m’għandkom toqtluh.” Sadanittant, il-​mara l-​oħra bdiet tgħid: “La jkun tiegħi u lanqas tiegħek. Aqsmuh!”+ 27  Għal dan, is-​sultan wieġeb u qal: “Agħtuha t-​tifel il-​ħaj, u bl-​ebda mod m’għandkom toqtluh. Hi ommu.” 28  U Israel kollu semaʼ bid-​deċiżjoni ġudizzjarja+ li ħa s-​sultan; u mtlew bil-​biżaʼ minħabba s-​sultan,+ għax raw li l-​għerf+ t’Alla kien fih biex iwettaq il-​ġustizzja.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.”
Jew, “offerti taʼ sliem.” Offerti li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.