1 Slaten 21:1-29

21  U ġara wara dawn l-​affarijiet li kien hemm għalqa tad-​dwieli li kienet taʼ Nabot il-​Ġeżragħeli, u din kienet f’Ġeżragħel,+ ħdejn il-​palazz t’Aħab is-​sultan tas-​Samarija.  Għalhekk, Aħab kellem lil Nabot, u qallu: “Agħtini+ l-​għalqa tad-​dwieli tiegħek,+ sabiex nagħmilha ġnien+ tal-​ħxejjex+ għalija, għax qiegħda viċin id-​dar tiegħi; u minflokha nagħtik għalqa tad-​dwieli aħjar minnha. Jew jekk jidhirlek li hu tajjeb f’għajnejk,+ nagħtik flus kemm tiswa.”  Imma Nabot qal lil Aħab: “Ma jgħaddilix minn moħħi,+ mill-​ħarsa taʼ Ġeħova,+ li nagħtik wirt missirijieti.”+  Għalhekk, Aħab mar id-​dar, bin-​nervi u mdejjaq minħabba kliem Nabot il-​Ġeżragħeli, meta qallu: “M’iniex se nagħtik wirt missirijieti.” Imbagħad imtedd fuq soddtu u dawwar wiċċu+ u ma kielx.  U martu Ġeżabel+ daħlet ħdejh u qaltlu: “Għala għandek spirtu mnikket+ u m’intix tiekol?”  Għal dan wiġibha: “Għax kellimt lil Nabot il-​Ġeżragħeli u għedtlu, ‘Agħtini l-​għalqa tad-​dwieli bil-​flus. Jew, jekk tippreferi, nagħtik għalqa tad-​dwieli oħra minflokha.’ Imma hu qalli, ‘M’iniex se nagħtik l-​għalqa tad-​dwieli tiegħi.’”+  Imbagħad martu Ġeżabel qaltlu: “Hekk int issaltan fuq Israel?+ Qum, kul u ħalli qalbek tifraħ. Jien stess nagħtik l-​għalqa tad-​dwieli taʼ Nabot il-​Ġeżragħeli.”+  Għaldaqstant kitbet xi ittri+ f’isem Aħab u mmarkathom bis-​siġill tiegħu,+ u bagħtet l-​ittri lix-​xjuħ+ u lin-​nobbli li kienu jgħammru maʼ Nabot fil-​belt tiegħu.  Imma fl-​ittri li kitbet qalet:+ “Iddikjaraw sawma u araw li Nabot joqgħod bil-​qiegħda f’ras il-​poplu. 10  U qabbdu lil żewġt irġiel,+ tnejn m’huma tajbin għal xejn,+ biex joqogħdu bil-​qiegħda quddiemu, u jixhdu kontrih+ u jgħidu, ‘Int sħitt ’l Alla u lis-​sultan!’+ U oħorġuh u ħaġġruh sa ma jmut.”+ 11  Għalhekk, l-​irġiel taʼ beltu, ix-​xjuħ u n-​nobbli li kienu jgħammru fil-​belt tiegħu, għamlu bħalma bagħtet tgħidilhom Ġeżabel, bħalma kien hemm miktub fl-​ittri li kienet bagħtitilhom.+ 12  U ddikjaraw sawma+ u raw li Nabot joqgħod bil-​qiegħda f’ras il-​poplu. 13  Imbagħad tnejn mill-​irġiel, m’huma tajbin għal xejn, daħlu u poġġew quddiemu; u dawn l-​irġiel bdew jixhdu kontrih, jiġifieri, kontra Nabot, quddiem il-​poplu, u qalu: “Nabot seħet lil Alla u lis-​sultan!”+ Wara dan ħarġuh barra l-​belt u ħaġġruh u miet.+ 14  Imbagħad bagħtu jgħidu lil Ġeżabel: “Nabot ġie mħaġġar u miet.”+ 15  U ġara li malli Ġeżabel semgħet li Nabot ġie mħaġġar u miet, Ġeżabel qalet lil Aħab: “Qum, ħu l-​għalqa tad-​dwieli taʼ Nabot il-​Ġeżragħeli,+ li ma riedx jagħtihielek bil-​flus; għax Nabot m’għadux ħaj, imma miet.” 16  U hekk kif Aħab semaʼ li Nabot kien miet, hu mill-​ewwel qam biex jinżel sa l-​għalqa tad-​dwieli taʼ Nabot il-​Ġeżragħeli ħalli jiħodha.+ 17  U l-​kelma taʼ Ġeħova+ ġiet għand Elija+ t-​Tisbi, tgħid: 18  “Qum, inżel iltaqaʼ m’Aħab is-​sultan taʼ Israel, li qiegħed fis-​Samarija.+ Hu jinsab fl-​għalqa tad-​dwieli taʼ Nabot, li niżel fiha biex jiħodha. 19  U għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Wara li qtilt,+ se tieħu l-​wirt ukoll?”’+ U għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Fil-​post+ fejn il-​klieb lagħqu d-​demm taʼ Nabot, il-​klieb se jilagħqu d-​demm tiegħek, iva, tiegħek.”’”+ 20  U Aħab qal lil Elija: “Sibtni, ja għadu tiegħi?”+ Qallu: “Sibtek. ‘Talli begħt lilek innifsek biex tagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ 21  ara, se nġib gwaj fuqek;+ u niknes kollox warajk+ u neqred minn dar Aħab lill-​irġiel u lis-​subien kollha,+ sa l-​iktar wieħed baxx f’Israel. 22  U nagħmel lil darek bħal dar Ġerobogħam+ bin Nebat u bħal dar Bagħsa+ bin Aħija, minħabba l-​offiża li offendejtni biha int u mbagħad ġegħelt lil Israel jidneb ukoll.’+ 23  Iktar minn hekk, Ġeħova tkellem dwar Ġeżabel u qal, ‘Il-​klieb stess se jieklu lil Ġeżabel fil-​biċċa art f’Ġeżragħel.+ 24  Kulmin imut fil-​belt minn dar Aħab jikluh il-​klieb; u kulmin imut fl-​għalqa jikluh it-​tjur tas-​smewwiet.+ 25  Ma kien hemm assolutament ħadd bħal Aħab,+ li biegħ lilu nnifsu biex jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, imħeġġeġ+ minn martu Ġeżabel.+ 26  U aġixxa b’mod mistkerrah ferm billi mar wara l-​idoli moqżieża daqs id-​demel,+ bħalma kienu għamlu l-​Amurrin kollha, li Ġeħova kien keċċiehom minn quddiem ulied Israel.’”+ 27  U malli semaʼ dan il-​kliem, Aħab ċarrat ħwejġu u libes ilbies taʼ l-​ixkora+ fuq il-​laħam; u beda jsum u baqaʼ jimtedd fuq l-​ixkejjer u jimxi b’qalbu maqtugħa.+ 28  U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Elija t-​Tisbi, tgħid: 29  “Rajt kif Aħab umilja ruħu minħabba fija?+ Talli umilja ruħu minħabba fija, ma nġibx il-​gwaj fi żmienu.+ Fi żmien ibnu nġib il-​gwaj fuq daru.”+

Noti taʼ taħt