Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

1 Slaten 20:1-43

20  U Ben-ħadad+ is-sultan tas-Sirja ġemaʼ flimkien il-qawwiet militari kollha tiegħu kif ukoll tnejn u tletin sultan miegħu+ u żwiemel+ u karrijiet,+ u telaʼ u assedja+ l-belt tas-Samarija+ u ġġieled kontriha.  Imbagħad bagħat messaġġiera+ fil-belt għand Aħab is-sultan taʼ Israel. U qallu: “Hekk qal Ben-ħadad,  ‘Il-fidda u d-deheb tiegħek huma tiegħi, u n-nisa u wliedek, l-isbaħ fosthom, huma tiegħi.’”+  Għalhekk, is-sultan taʼ Israel wieġeb u qal: “Kif tgħid int, sidi s-sultan; jien tiegħek flimkien maʼ dak kollu li għandi.”+  Iktar tard il-messaġġiera ġew lura u qalu: “Hekk qal Ben-ħadad, ‘Jien bgħatt ngħidlek: “Agħtini l-fidda u d-deheb tiegħek u n-nisa tiegħek u wliedek.  Imma għada madwar dan il-ħin jien nibgħatlek il-qaddejja tiegħi, u jfittxu sew fid-dar tiegħek u fid-djar tal-qaddejja tiegħek; u kulma hu sabiħ+ f’għajnejk jaqbduh f’idejhom u jiħduh.”’”  Għalhekk, is-sultan taʼ Israel sejjaħ lix-xjuħ kollha tal-pajjiż+ u qalilhom: “Kunu afu, jekk jogħġobkom, u araw li dan gwaj qed ifittex;+ għax hu bagħat jitlobni n-nisa tiegħi u wliedi u l-fidda u d-deheb tiegħi, u jien ma ċħadthomlux.”  Imbagħad ix-xjuħ kollha u l-poplu kollu qalulu: “Tobdihx, u taċċettax.”  Għalhekk, lill-messaġġiera taʼ Ben-ħadad qalilhom: “Għidu lil sidi s-sultan, ‘Dak kollu li bgħatt tgħid lill-qaddej tiegħek l-ewwel darba se nagħmlu; imma din il-ħaġa ma nistax nagħmilha.’” U l-messaġġiera marru u wasslulu r-risposta. 10  Issa Ben-ħadad bagħat jgħidlu: “Jalla jagħmluli hekk l-allat,+ u iktar minn hekk,+ jekk it-trab tas-Samarija jkun biżżejjed biex kull wieħed min-nies li għandi warajja jimla idu!”+ 11  Min-naħa tiegħu, is-sultan taʼ Israel wieġeb u qal: “Għidulu, ‘Ħalli dak li qed jitħażżem għall-gwerra+ ma joqgħodx jiftaħar bħal dak li jħoll ħżiemu wara l-gwerra.’”+ 12  U malli semaʼ dan il-kliem, waqt li hu u s-slaten kienu qed jixorbu+ fl-għerejjex, hu qal lill-qaddejja tiegħu: “Ħudu postkom!” U dawk bdew jieħdu posthom kontra l-belt. 13  U ċertu profeta resaq fuq Aħab is-sultan taʼ Israel+ u qallu: “Hekk qal Ġeħova,+ ‘Rajtha din il-folla kbira? Arani, illum nagħtiha f’idejk, u int tkun taf li jien Ġeħova.’”+ 14  Imbagħad Aħab qal: “Permezz taʼ min?” U wieġbu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Permezz taż-żgħażagħ taʼ mal-prinċpijiet tal-provinċji.’” Fl-aħħar qal: “U min se jibda l-battalja?” U wieġbu: “Int!” 15  U għadd iż-żgħażagħ taʼ mal-prinċpijiet tal-provinċji, u kienu mitejn u tnejn u tletin;+ u wara għadd in-nies kollha taʼ l-armata, ulied Israel kollha, u kienu sebat elef. 16  U bdew ħerġin f’nofsinhar meta Ben-ħadad kien qed jixrob u jisker+ fl-għerejjex, hu u s-slaten, it-tnejn u tletin sultan li kienu qed jgħinuh. 17  Meta ż-żgħażagħ+ taʼ mal-prinċpijiet tal-provinċji ħarġu l-ewwel, Ben-ħadad fil-pront bagħat lil xi wħud minn tiegħu; u ġew jgħidulu: “Ħarġu xi rġiel mis-Samarija.” 18  U qalilhom: “Jekk ħarġu għall-paċi, aqbduhom ħajjin; jekk ħarġu għall-battalja, aqbduhom ħajjin ukoll.”+ 19  U dawn huma li ħarġu mill-belt, iż-żgħażagħ taʼ mal-prinċpijiet tal-provinċji u l-qawwiet militari li kienu warajhom. 20  U kull wieħed beda joqtol lil dak li kien ġej kontrih; u s-Sirjani+ bdew jaħarbu,+ u l-Israelin marru għal warajhom, imma Ben-ħadad is-sultan tas-Sirja rnexxielu jaħrab fuq żiemel flimkien mar-rikkieba taż-żwiemel. 21  Iżda s-sultan taʼ Israel ħareġ u baqaʼ jaħbat għaż-żwiemel u l-karrijiet,+ u ħabat għas-Sirjani u l-qatla kienet kbira. 22  Iktar tard, il-profeta+ resaq fuq is-sultan taʼ Israel u qallu: “Mur, issaħħaħ,+ u kun af u ara x’għandek tagħmel;+ għax la tasal sena oħra s-sultan tas-Sirja jerġaʼ jitlaʼ kontrik.”+ 23  U l-qaddejja tas-sultan tas-Sirja qalulu: “Alla tagħhom hu Alla tal-muntanji.+ Għalhekk kienu iktar b’saħħithom minna. Madankollu, ejja niġġildulhom fuq art wâtja u naraw jekk inkunux iktar b’saħħitna minnhom. 24  U min-naħa tiegħek agħmel hekk: Neħħi s-slaten+ minn posthom u qiegħed gvernaturi minflokhom.+ 25  U int ifforma qawwa militari għalik innifsek daqs il-qawwa militari li waqgħet minn miegħek, żiemel b’żiemel u karru b’karru; u ħa niġġildulhom fuq art wâtja u naraw jekk inkunux iktar b’saħħitna minnhom.”+ Għaldaqstant semaʼ minn kliemhom u għamel hekk. 26  U meta waslet sena oħra, Ben-ħadad ġabar is-Sirjani+ u telaʼ Afek+ jitqabad kontra Israel. 27  U wlied Israel inġabru u ħadu biżżejjed provvisti+ u ħarġu jiltaqgħu magħhom; u wlied Israel ikkampjaw quddiemhom bħal żewġ imrieħel żgħar tal-mogħoż, waqt li s-Sirjani, min-naħa tagħhom, kienu jimlew l-art.+ 28  Imbagħad il-bniedem taʼ l-Alla l-veru+ resaq lejn is-sultan taʼ Israel u kompla jgħidlu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Talli s-Sirjani qalu: “Ġeħova hu Alla tal-muntanji, u m’huwiex Alla tal-pjanuri l-baxxi,” se jkolli nagħti din il-folla kbira kollha f’idejk,+ u intom tkunu tafu li jien Ġeħova.’”+ 29  U baqgħu kkampjati sebat ijiem, dawn quddiem dawk.+ U fis-sebaʼ jum bdiet il-battalja; u wlied Israel bdew joqtlu lis-Sirjani, mitt elf raġel bil-mixi f’jum wieħed. 30  U dawk li kien baqaʼ ħarbu lejn Afek,+ lejn il-belt; u waqaʼ s-sur fuq is-sebgħa u għoxrin elf raġel li kien baqaʼ.+ U Ben-ħadad ħarab+ u fl-aħħar wasal fil-belt u daħal fil-kamra taʼ ġewwanett.+ 31  Għalhekk, il-qaddejja tiegħu qalulu: “Ara, issa, aħna smajna li s-slaten taʼ dar Israel huma slaten taʼ qalb tajba bl-imħabba.+ Jekk jogħġbok, ħallina nagħmlu lbies taʼ l-ixkora+ madwar ġenbejna+ u ħbula maʼ rasna, u mmorru għand is-sultan taʼ Israel. Forsi jħallilek ruħek ħajja.”+ 32  Għalhekk, ħażżmu ġenbejhom bl-ilbies taʼ l-ixkora, u għamlu l-ħbula maʼ rashom, u daħlu għand is-sultan taʼ Israel u qalulu: “Il-qaddej tiegħek Ben-ħadad qal, ‘Jekk jogħġbok, ħallili ruħi ħajja.’” Għal dan qalilhom: “Għadu ħaj? Dak ħija.” 33  Għaldaqstant, l-irġiel+ ħadu dan bħala sinjal tajjeb u malajr fehmu li hu kien ħa din id-deċiżjoni minn jeddu, u qalulu: “Ben-ħadad huwa ħuk.” U qalilhom: “Isa, ġibuh hawn.” Imbagħad Ben-ħadad ħareġ u mar għandu; u minnufih tellgħu fuq il-karru.+ 34  Imbagħad Ben-ħadad qallu: “Il-bliet+ li ħa missieri mingħand missierek nerġaʼ nagħtihomlok; u agħżel it-toroq li trid f’Damasku bħalma għażel missieri fis-Samarija.” U Aħab qallu: “U jien se nibagħtek b’dan il-patt.”+ Għaldaqstant għamel patt miegħu u bagħtu. 35  U ċertu raġel minn ulied il-profeti*+ qal lill-ħabib tiegħu skond il-kelma+ taʼ Ġeħova: “Sawwatni, jekk jogħġbok.” Imma r-raġel ma riedx isawtu. 36  Għalhekk, hu qallu: “Talli ma smajtx minn leħen Ġeħova, ara, meta titlaq minn ħdejja se joqtlok iljun.” Wara dan, hu telaq minn ħdejh, u sabu ljun+ u qatlu.+ 37  U mar isib raġel ieħor u qallu: “Sawwatni, jekk jogħġbok.” Għalhekk, ir-raġel sawtu; sawtu u ferieh. 38  Imbagħad il-profeta telaq u qagħad wieqaf jistenna lis-sultan fit-triq, u għamel faxxa fuq għajnejh biex ma jintgħarafx.+ 39  U ġara li malli s-sultan kien għaddej minn hemmhekk, hu għajjat lis-sultan u qallu:+ “Il-qaddej tiegħek ħareġ fl-eqqel tal-battalja; u wieħed mill-irġiel warrab minn postu u ġabli raġel u qalli, ‘Oqgħod għassa taʼ dan ir-raġel. Jekk b’xi mod jirnexxilu jaħrab, ruħek+ ikollha tieħu post ruħu,+ jew inkella jkollok tħallas talent fidda.’+ 40  U meta l-qaddej tiegħek kien imħabbat ’l hemm u ’l hawn, dak għosfor.” Għal dan, is-sultan taʼ Israel qallu: “Hekk hu l-ġudizzju tiegħek. Int stess iddeċidejt.”+ 41  Malli qal hekk, hu malajr malajr neħħa l-faxxa minn fuq għajnejh, u s-sultan taʼ Israel għarfu li kien mill-profeti.+ 42  U mbagħad qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Talli tlaqt minn idejk ir-raġel li jien iddeċidejt li għandu jinqered,*+ ruħek tieħu post ruħu,+ u l-poplu tiegħek post il-poplu tiegħu.’”+ 43  Imbagħad is-sultan taʼ Israel telaq lejn daru, bin-nervi u mdejjaq,+ u wasal is-Samarija.+

Noti taʼ taħt

“Ulied il-profeti” x’aktarx tirreferi għal skola taʼ tagħlim għall-profeti jew għal grupp taʼ profeti.
Jew, “iddedikajt għall-qerda.” Ara Eżo 22:20, in-nota taʼ taħt.