1 Slaten 2:1-46

2  U lil David beda joqroblu jum mewtu;+ u lil ibnu Salamun tah dan il-​kmand:  “Jien sejjer fit-​triq li jgħaddu minnha n-​nies kollha taʼ l-​art,+ u int agħmel il-​ħila+ u kun raġel.+  U żomm l-​obbligu lejn Ġeħova Alla tiegħek billi timxi fi triqatu,+ billi tħares l-​istatuti, il-​kmandamenti, id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ u t-​testimonjanzi* tiegħu, skond dak li hu miktub fil-​liġi taʼ Mosè,+ sabiex taġixxi bil-​prudenza f’kulma tagħmel u kulfejn iddur;  u b’hekk Ġeħova jwettaq il-​kelma tiegħu li qal dwari,+ ‘Jekk uliedek+ joqogħdu attenti għal triqithom billi jimxu+ quddiemi bil-​verità+ b’qalbhom kollha+ u b’ruħhom kollha, ma jonqosx li jkun hemm raġel minn nislek li joqgħod fuq it-​tron taʼ Israel.’+  “U int stess taf x’għamilli Ġowab bin Seruja+ b’dak li għamel lil żewġ kapijiet taʼ l-​armati taʼ Israel, lil Abner+ bin Ner u lil Għamasa+ bin Ġeter,+ meta qatilhom u ġab id-​demm+ tal-​gwerra fi żmien il-​paċi u ċappas bid-​demm tal-​gwerra ċ-​ċinturin li kien madwar ġenbejh u s-​sandli li kien f’saqajh.  Aġixxi skond l-​għerf li għandek,+ u tħallix xjuħitu tinżel bis-​sliem+ fil-​Qabar.*+  “U għandek turi qalb tajba bl-​imħabba maʼ wlied Barżillaj+ il-​Gilegħadi, u huma jkunu fost dawk li jieklu mal-​mejda tiegħek;+ għax b’dan il-​mod resqu+ lejja meta ħrabt minn quddiem ħuk Absalom.+  “U miegħek hemm Simgħi+ bin Gera l-​Benjamini minn Baħurim,+ u kien hu li seħitni b’saħta li tweġġaʼ+ dakinhar li kont sejjer Maħanajm;+ u kien hu li niżel jiltaqaʼ miegħi ħdejn il-​Ġordan,+ u b’hekk jien ħliftlu b’Ġeħova, u għedtlu, ‘Ma nagħtikx il-​mewt bis-​sejf.’+  U issa tħallihx bla kastig,+ għax int raġel għaref+ u taf tajjeb x’għandek tagħmillu, u trid tniżżillu xjuħitu+ fil-​Qabar bid-​demm.”+ 10  Imbagħad David imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen fil-​Belt taʼ David.+ 11  U ż-​żmien li David dam isaltan fuq Israel kien erbgħin sena.+ F’Ħebron+ saltan sebaʼ snin,+ u f’Ġerusalemm saltan tlieta u tletin sena.+ 12  U Salamun qagħad fuq it-​tron taʼ David missieru;+ u saltnatu ssaħħet ħafna.+ 13  Maż-żmien, Adonija bin Ħaggit ġie għand Bat-seba,+ omm Salamun, u hi qaltlu: “Bil-​paċi ġejt?”+ u qalilha: “Bil-​paċi.” 14  U kompla jgħid: “Għandi xi ħaġa x’ngħidlek.” Għalhekk, qaltlu: “Tkellem.”+ 15  U hu kompla: “Int taf tajjeb li s-​saltna suppost saret tiegħi, u li Israel kollu kien qed jistenna li* jien insir sultan;+ imma s-​saltna daret u saret taʼ ħija, għax kien minn Ġeħova li saret tiegħu.+ 16  U issa ħaġa waħda nitlob mingħandek. Iċċaħħadnix minnha.”+ Għaldaqstant qaltlu: “Tkellem.” 17  U qalilha: “Jekk jogħġbok, għid lil Salamun, is-​sultan, (għax hu ma jċaħħdekx minnha) biex jagħtini lil Abisag+ is-​Sunamija+ bħala marti.” 18  Għal dan, Bat-seba qalet: “Tajjeb! Jien stess inkellimlek lis-​sultan.” 19  Għalhekk, Bat-seba daħlet għand is-​Sultan Salamun biex tkellmu għal Adonija.+ Is-​sultan qam mill-​ewwel+ biex jiltaqaʼ magħha u miel quddiemha.+ Imbagħad qagħad fuq it-​tron tiegħu u ġab tron għal omm is-​sultan, sabiex toqgħod bil-​qiegħda fuq lemintu.+ 20  U hi qaltlu: “Hemm ħaġa żgħira li nixtieq mingħandek. Iċċaħħadnix minnha.” Għalhekk, is-​sultan qalilha: “Għidli, ommi; mhux se nċaħħdek minnha.” 21  U hi kompliet: “Ħa tingħata Abisag is-​Sunamija lil ħuk Adonija bħala martu.” 22  U s-​Sultan Salamun wieġeb lil ommu: “U għala qed titlobni lil Abisag is-​Sunamija għal Adonija? Itlobni wkoll is-​saltna għalih+ (għax hu ħija akbar minni),+ iva, għalih u għal Abjatar+ il-​qassis u għal Ġowab+ bin Seruja.”+ 23  Għalhekk, is-​Sultan Salamun ħalef b’Ġeħova, u qal: “Jalla jagħmilli hekk Alla, u iktar minn hekk,+ jekk ma kienx kontra ruħu stess li Adonija qal din il-​ħaġa.+ 24  U issa, daqskemm hu ħaj Ġeħova+ li waqqafni fis-​sod+ u qed iżommni fuq it-​tron taʼ David missieri+ u li għamilli dar+ bħalma qal,+ illum Adonija jingħata l-​mewt.”+ 25  Immedjatament, is-​Sultan Salamun bagħat l-​ordni permezz taʼ Benaja+ bin Ġeħojada; u dan ħabat għalih u hu miet.+ 26  U s-​sultan qal lil Abjatar+ il-​qassis: “Mur Għanatot+ lejn l-​għelieqi tiegħek! Għax int jistħoqqlok il-​mewt;+ imma llum ma nagħtikx il-​mewt, għax ġarrejt l-​arka tal-​Mulej Sovran Ġeħova+ quddiem David missieri,+ u għax sofrejt tul iż-​żmien kollu li sofra missieri.”+ 27  Għalhekk, Salamun keċċa lil Abjatar milli jaqdi bħala qassis taʼ Ġeħova, biex iwettaq il-​kelma li Ġeħova kien tkellem kontra dar Għeli+ f’Silo.+ 28  U r-​rapport wasal għand Ġowab+—għax Ġowab kien lest li jsegwi lil Adonija,+ għalkemm ma kienx lest li jsegwi lil Absalom+—u Ġowab ħarab lejn it-​tinda+ taʼ Ġeħova u beda jżomm sod mal-​qrun taʼ l-​artal.+ 29  Imbagħad lis-​Sultan Salamun qalulu: “Ġowab ħarab lejn it-​tinda taʼ Ġeħova, u qiegħed hemmhekk ħdejn l-​artal.” Għalhekk, Salamun bagħat lil Benaja bin Ġeħojada u qal: “Mur, aħbat għalih!”+ 30  U Benaja wasal sat-​tinda taʼ Ġeħova u qallu: “Hekk qal is-​sultan, ‘Oħroġ minn hemm!’” Imma hu qal: “Le! Għax hawn+ immut.” Għalhekk, Benaja wassal ir-​risposta lis-​sultan, u qallu: “Hekk qal Ġowab, u hekk wiġibni.” 31  Imbagħad is-​sultan qallu: “Agħmel kif qal u aħbat għalih; u idfnu u neħħi minn fuqi u minn fuq dar missieri d-​demm+ li xerred Ġowab bla ma kien mistħoqq.+ 32  U Ġeħova jġib lura demmu fuq rasu,+ għax hu ħabat għal żewġt irġiel li kienu aħjar u iktar ġusti minnu,+ u qatilhom bis-​sejf, meta missieri David ma kien jaf b’xejn,+ jiġifieri, lil Abner+ bin Ner il-​kap taʼ l-​armata taʼ Israel+ u lil Għamasa+ bin Ġeter il-​kap taʼ l-​armata taʼ Ġuda.+ 33  U demmhom jiġi lura fuq ras Ġowab u fuq ras nislu u jibqaʼ għal żmien indefinit;*+ imma għal David+ u għal nislu u għal daru u għat-​tron tiegħu jkun hemm il-​paċi għal żmien indefinit minn Ġeħova.”+ 34  U Benaja bin Ġeħojada telaʼ+ u ħabat għalih u qatlu;+ u difnu f’daru stess fix-​xagħri. 35  Wara dan, is-​sultan qiegħed lil Benaja+ bin Ġeħojada minfloku fuq l-​armata;+ u lil Sadok il-​qassis, is-​sultan qiegħdu minflok Abjatar.+ 36  Fl-aħħar, is-​sultan bagħat għal Simgħi+ u qallu: “Ibni dar f’Ġerusalemm, u għix hemmhekk u toħroġx minn hemm biex tmur ’l hemm u ’l hawn. 37  U kun af bla dubju li dakinhar li toħroġ u taqsam il-​wied* taʼ Kidron+ int tmut żgur.+ Il-​ħtija taʼ demmek tkun fuq rasek stess.”+ 38  Għal dan, Simgħi qal lis-​sultan: “Il-​kelma hi tajba. Bħalma qal sidi s-​sultan hekk jagħmel il-​qaddej tiegħek.” U Simgħi baqaʼ jgħix f’Ġerusalemm għal ħafna jiem. 39  U ġara wara tliet snin li tnejn mill-​ilsiera+ taʼ Simgħi ħarbu għal għand Akis+ bin Magħka s-​sultan taʼ Gat;+ u n-​nies ġew jgħidu lil Simgħi, u qalulu: “Ara! L-​ilsiera tiegħek qegħdin Gat.” 40  Minnufih, Simgħi qam, xedd sarġ lill-​ħmar tiegħu, u mar Gat għand Akis ifittex lill-​ilsiera tiegħu; b’hekk Simgħi mar u ġab lill-​ilsiera tiegħu minn Gat. 41  Imbagħad lil Salamun qalulu: “Simgħi ħareġ minn Ġerusalemm lejn Gat u issa ġie lura.” 42  Għal dan, is-​sultan bagħat isejjaħ+ lil Simgħi u qallu: “Ma ġegħeltekx jien taħlef b’Ġeħova sabiex inwissik,+ billi għedtlek, ‘Kun af bla dubju li dakinhar li toħroġ u tmur ’l hemm u ’l hawn int tmut żgur,’ u m’għedtlix int, ‘Tajba l-​kelma li smajt’?+ 43  Allura, għala ma żammejtx il-​ħalfa li għamilt quddiem Ġeħova+ u l-​kmand li tajtek bl-​akbar serjetà?”+ 44  U s-​sultan kompla jgħid lil Simgħi: “Int taf bil-​ħsara kollha li għamilt lil David missieri,+ u f’qalbek dan tafu tajjeb; u Ġeħova se jġib lura fuq rasek stess il-​ħsara li għamilt.+ 45  Imma s-​Sultan Salamun ikun imbierek,+ u t-​tron taʼ David ikun stabbilit fis-​sod quddiem Ġeħova għal dejjem.”*+ 46  Għalhekk, is-​sultan ta l-​kmand lil Benaja bin Ġeħojada, li mbagħad ħareġ u ħabat għalih u qatlu.+ U s-​saltna ssaħħet f’idejn Salamun.+

Noti taʼ taħt

Jew, “it-​tfakkiriet.”
Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 9 wkoll. Ara Appendiċi 4.
Letteralment, “dawwar wiċċu lejja biex.”
Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “żmien indefinit.”