1 Slaten 17:1-24

17  U Elija+ t-​Tisbi, wieħed mill-​abitanti taʼ Gilegħad,+ qal lil Aħab: “Daqskemm hu ħaj+ Ġeħova l-​Alla taʼ Israel li ninsab wieqaf quddiemu,*+ matul dawn is-​snin la jkun hawn nida u lanqas xita,+ ħlief bl-​ordni taʼ kelmti!”+  Issa l-​kelma+ taʼ Ġeħova ġiet għandu, tgħid:  “Itlaq minn hawn, u dur lejn il-​lvant u nħeba+ fil-​wied* taʼ Kerit li qiegħed fil-​lvant tal-​Ġordan.  U ixrob mill-​wied,+ u jien nordna ċ-​ċawluni+ jipprovdulek l-​ikel hemmhekk.”+  U immedjatament, hu telaq u għamel skond il-​kelma taʼ Ġeħova,+ u għalhekk mar u beda jgħammar ħdejn il-​wied taʼ Kerit fil-​lvant tal-​Ġordan.  U ċ-​ċawluni bdew iġibulu l-​ħobż u l-​laħam fil-​għodu u l-​ħobż u l-​laħam fil-​għaxija, u kien jixrob mill-​wied.+  Imma ġara wara ftit jiem li l-​wied ixxotta,+ għax ma kinitx niżlet xita fl-​art.  Issa l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandu, tgħid:+  “Qum, mur Sarefat,+ li hi taʼ Sidon, u għammar hemmhekk. Ara! Jien se nikkmanda lil waħda mara, armla, biex tipprovdilek l-​ikel.” 10  Għaldaqstant qam u mar Sarefat u wasal fid-​daħla tal-​belt; u kien hemm waħda mara, armla, tiġbor il-​ħatab. Għalhekk, sejħilha u qalilha: “Jekk jogħġbok, ġibli boqqa ilma f’reċipjent biex nixrob.”+ 11  Hi u sejra ġġibhulu, hu sejħilha u qalilha: “Jekk jogħġbok, ġibli wkoll biċċa ħobż+ miegħek.” 12  Għal dan, qaltlu: “Daqskemm Ġeħova Alla tiegħek hu ħaj,+ m’għandix ftajjar,+ imma għandi ponn+ dqiq fil-​ġarra l-​kbira u ftit żejt+ fil-​ġarra ż-​żgħira; u, ara, qed niġbor ftit ħatab, u mbagħad irrid nidħol u nagħmel xi ħaġa għalija u għal ibni, u nikluha u mmutu.”+ 13  Imbagħad Elija qalilha: “Tibżax.+ Idħol u agħmel kif għedt. Biss l-​ewwel agħmel ftira żgħira għalija minn dak li hemm,+ u ġibhieli hawn barra, u mbagħad wara tistaʼ tagħmel xi ħaġa għalik u għal ibnek. 14  Għax hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ Israel, ‘Il-​ġarra l-​kbira tad-​dqiq ma tinħeliex, u l-​ġarra ż-​żgħira taż-​żejt ma tispiċċax sal-​jum li fih Ġeħova jibgħat ix-​xita fuq wiċċ l-​art.’”+ 15  Għalhekk, marret u għamlet kif qalilha Elija; u baqgħet tiekol, hi flimkien miegħu u taʼ darha, għal bosta jiem.+ 16  U l-​ġarra l-​kbira tad-​dqiq ma nħlietx, u l-​ġarra ż-​żgħira taż-​żejt ma spiċċatx,+ skond il-​kelma li Ġeħova qal permezz t’Elija. 17  U wara dawn l-​affarijiet, bin il-​mara, sidt id-​dar, marad, u l-​marda tiegħu tant iggravat li ma kienx baqagħlu iżjed nifs fih.+ 18  Għal dan, hi qalet lil Elija: “X’għandi x’naqsam miegħek,+ O bniedem taʼ l-​Alla l-​veru? Int ġejt għandi biex tfakkarni fl-​iżball tiegħi+ u toqtolli lil ibni.” 19  Imma hu qalilha: “Agħtini lil ibnek.” U ħadu minn ħdanha u ġarru fl-​għorfa,+ fejn kien qed joqgħod, u meddu fuq soddtu stess.+ 20  U beda jsejjaħ lil Ġeħova u jgħid: “O Ġeħova Alla tiegħi,+ se ġġib il-​ħsara wkoll fuq l-​armla li qed ngħix magħha bħala barrani billi toqtlilha lil binha?” 21  U mtedd fuq it-​tifel+ tliet darbiet u sejjaħ lil Ġeħova u qal: “O Ġeħova Alla tiegħi, jekk jogħġbok, ħalli ruħ+ it-​tifel terġaʼ lura fih.” 22  Fl-aħħar, Ġeħova semaʼ leħen Elija,+ u ruħ it-​tifel reġgħet lura fih u hu ħa l-​ħajja.+ 23  Elija mbagħad ħa t-​tifel, niżżlu mill-​għorfa, u daħħlu d-​dar u tah lil ommu; u Elija qalilha: “Ara, ibnek ħaj.”+ 24  Għal dan, il-​mara qalet lil Elija: “Issa naf tassew li int bniedem t’Alla+ u li l-​kelma taʼ Ġeħova li tinsab fuq fommok hija vera.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “li lilu naqdi.”
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt. F’vers 4 wkoll.