1 Slaten 16:1-34

16  Il-kelma taʼ Ġeħova issa ġiet għand Ġeħu+ bin Ħanani+ kontra Bagħsa, tgħid:  “Minħabba li għollejtek mit-​trab+ sabiex nagħmlek il-​mexxej tal-​poplu tiegħi Israel,+ imma int imxejt fit-​triq taʼ Ġerobogħam+ u ġegħelt lill-​poplu tiegħi Israel jidneb billi joffendini bid-​dnubiet tiegħu,+  arani, se niknes lil Bagħsa u lil daru, u nagħmel lil daru bħal dar Ġerobogħam bin Nebat.+  Kulmin imut fil-​belt minn dar Bagħsa jikluh il-​klieb; u kulmin imut fl-​għalqa minn daru jikluh it-​tjur tas-​smewwiet.”+  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Bagħsa u dak li għamel u l-​atti setgħanin tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Israel?  Fl-aħħar, Bagħsa mtedd maʼ missirijietu u ndifen f’Tirsa;+ u ibnu Elah beda jsaltan minfloku.  Barra minn hekk, permezz tal-​profeta Ġeħu, bin Ħanani, il-​kelma taʼ Ġeħova kienet ġiet kontra Bagħsa u daru,+ kemm minħabba l-​ħażen kollu li għamel f’għajnejn Ġeħova billi offendieh+ b’għemil idejh,+ u b’hekk issir bħad-​dar Ġerobogħam, u kemm minħabba li qatel lil Nadab.+  Fis-sena sitta u għoxrin t’Asa s-​sultan taʼ Ġuda, Elah bin Bagħsa sar sultan fuq Israel f’Tirsa u dam isaltan sentejn.  U l-​qaddej tiegħu Żimri,+ il-​kap taʼ nofs il-​karrijiet, beda jikkonfoffa kontrih, waqt li dan kien Tirsa jixrob+ u jisker fid-​dar t’Arsa, li kien jieħu ħsieb id-​dar+ f’Tirsa. 10  U Żimri ħebb għalih u qatlu+ fis-​sena sebgħa u għoxrin t’Asa s-​sultan taʼ Ġuda, u beda jsaltan minfloku. 11  U ġara li meta beda jsaltan, malli qagħad fuq it-​tron, hu qatel lid-​dar kollha taʼ Bagħsa. Ma ħallielu ħaj lill-​ebda raġel jew tifel u la lil xi ħadd bid-​dritt+ li jivvendika ruħu għal demmu+ u lanqas lil xi ħabib. 12  Hekk Żimri ġab fix-​xejn id-​dar kollha taʼ Bagħsa,+ skond il-​kelma li Ġeħova+ kien qal kontra Bagħsa permezz tal-​profeta Ġeħu,+ 13  minħabba d-​dnubiet kollha taʼ Bagħsa u d-​dnubiet taʼ ibnu Elah+ li bihom dinbu huma u ġiegħlu lil Israel jidneb ukoll billi joffendi lil Ġeħova l-​Alla taʼ Israel bl-​idoli fiergħa tiegħu.+ 14  U l-​bqija tal-​ġrajjiet t’Elah u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Israel? 15  Fis-sena sebgħa u għoxrin t’Asa s-​sultan taʼ Ġuda, Żimri sar sultan għal sebat ijiem+ f’Tirsa, waqt li n-​nies kienu kkampjati biex jattakkaw lil Gibbeton,+ li kienet tal-​Filistin. 16  U n-​nies li kienu kkampjati hemmhekk semgħu l-​aħbar: “Żimri kkonfoffa u qatel lis-​sultan.” Għalhekk, Israel kollu għamel lil Għomri,+ il-​kap taʼ l-​armata, sultan fuq Israel dakinhar fil-​kamp. 17  Imbagħad Għomri u Israel kollu miegħu telgħu minn Gibbeton u assedjaw+ lil Tirsa. 18  U ġara li malli Żimri ra li l-​belt kienet inqabdet, mar fit-​torri taʼ dar is-​sultan u ħaraq id-​dar tas-​sultan bih b’kollox u miet bin-​nar,+ 19  għad-dnubiet li dineb bihom billi għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova+ għax mexa fit-​triq taʼ Ġerobogħam u fid-​dnub tiegħu li bih ġiegħel lil Israel jidneb ukoll.+ 20  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Żimri u l-​konfoffa tiegħu li kkonfoffa biha, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Israel? 21  Kien imbagħad li l-​poplu taʼ Israel inqasam f’żewġ naħat.+ In-​nies taʼ naħa waħda bdew isegwu lil Tibni bin Ginat biex jagħmluh sultan, u l-​oħrajn segwew lil Għomri. 22  Fl-aħħar, in-​nies li kienu wara Għomri għelbu lin-​nies taʼ wara Tibni bin Ginat; u Tibni nqatel, u beda jsaltan Għomri. 23  Fis-sena wieħed u tletin t’Asa s-​sultan taʼ Ġuda, Għomri sar sultan fuq Israel u dam isaltan tnax-il sena. F’Tirsa saltan sitt snin. 24  U xtara l-​muntanja tas-​Samarija minn Semer għal żewġ talenti fidda, u beda jibni fuq il-​muntanja u semma l-​belt li bena Samarija, għal Semer sid il-​muntanja.+ 25  U Għomri baqaʼ jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova u għamel agħar minn dawk kollha taʼ qablu.+ 26  U baqaʼ jimxi fit-​triq kollha taʼ Ġerobogħam bin Nebat+ u fid-​dnub tiegħu li bih ġiegħel lil Israel jidneb u joffendi lil Ġeħova l-​Alla taʼ Israel bl-​idoli fiergħa tiegħu.+ 27  U l-​bqija tal-​ġrajjiet t’Għomri, dak li għamel u l-​atti setgħanin tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Israel? 28  Fl-aħħar, Għomri mtedd maʼ missirijietu u ndifen fis-​Samarija; u ibnu Aħab+ beda jsaltan minfloku. 29  U Aħab bin Għomri sar sultan fuq Israel fis-​sena tmienja u tletin t’Asa s-​sultan taʼ Ġuda; u Aħab bin Għomri kompla jsaltan fuq Israel fis-​Samarija+ tnejn u għoxrin sena. 30  U f’għajnejn Ġeħova, Aħab bin Għomri għamel agħar minn dawk kollha taʼ qablu.+ 31  U ġara, bħallikieku kienet ħaġa żgħira+ li jimxi fid-​dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li hu ħa b’martu+ lil Ġeżabel+ bint Etbagħal, is-​sultan tas-​Sidonin,+ u beda jmur u jaqdi lil Bagħal+ u jmil quddiemu. 32  Iktar minn hekk, waqqaf artal lil Bagħal fid-​dar+ li bena lil Bagħal fis-​Samarija. 33  U Aħab għamel arblu sagru;+ u Aħab għamel ferm iktar affarijiet biex joffendi+ lil Ġeħova l-​Alla taʼ Israel mis-​slaten kollha taʼ Israel li ġew qablu. 34  Fi żmienu, Ħijel il-​Beteli bena Ġeriko. Meta qiegħed il-​pedament tagħha sofra t-​telfa t’Abiram, l-​ewwel imwieled tiegħu, u meta waqqaf il-​bibien tagħha sofra t-​telfa taʼ Segub, l-​iżgħar wieħed minn uliedu, skond il-​kelma li Ġeħova kien qal permezz taʼ Ġożwè bin Nun.+

Noti taʼ taħt