1 Slaten 14:1-31

14  F’dak iż-​żmien partikulari, Abija bin Ġerobogħam marad.+  Għalhekk, Ġerobogħam qal lil martu: “Qum, jekk jogħġbok, u ilbes ilbies ieħor+ sabiex ma jagħrfux li int mart Ġerobogħam, u mur Silo. Ara! Hemmhekk jinsab il-​profeta Aħija,+ dak li qal li jien kont se nsir sultan fuq dan il-​poplu.+  Ħu f’idejk għaxar ħobżiet+ u xi ftajjar u flixkun+ għasel, u mur għandu.+ U hu jgħidlek x’se jiġri mit-​tifel.”+  U mart Ġerobogħam għamlet hekk. Għaldaqstant qamet u marret Silo+ u waslet id-​dar t’Aħija. Issa Aħija ma setax jara, għax għajnejh kienu tgħammxu bix-​xjuħija.+  U Ġeħova kien qal lil Aħija: “Ara, ġejja l-​mara taʼ Ġerobogħam biex titolbok tgħidilha dwar binha, għax hu marid. Hekk u hekk għandek tgħidilha. U jiġri li malli tiġi, hi tipprova taħbi min hi.”+  U ġara li malli Aħija semaʼ l-​passi tagħha hi u dieħla, qalilha: “Idħol mart Ġerobogħam.+ Għalfejn qed tipprova taħbi min int meta jien mibgħut għandek b’messaġġ iebes?  Mur, għid lil Ġerobogħam, ‘Hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ Israel: “Talli għollejtek minn fost il-​poplu tiegħek, sabiex nagħmlek mexxej tal-​poplu tiegħi Israel,+  u ċarratt+ is-​saltna minn fuq id-​dar taʼ David u tajtha lilek, u int ma sirtx bħal David il-​qaddej tiegħi, li ħares il-​kmandamenti tiegħi u mexa warajja b’qalbu kollha billi għamel biss dak li hu sewwa f’għajnejja,+  imma aġixxejt agħar minn taʼ qablek, u mort tagħmel alla ieħor+ u xbihat minn metall imdewweb+ biex toffendini,+ u lili tfajtni wara dahrek;+ 10  minħabba dan, se nġib gwaj fuq dar Ġerobogħam, u se neqred minn dar Ġerobogħam lill-​irġiel u lis-​subien kollha,+ sa l-​iktar wieħed baxx f’Israel;+ u niknes lil dar Ġerobogħam,+ bħalma wieħed jeħles mill-​ħmieġ sakemm jarmih.+ 11  Dak li jmut fil-​belt minn dar Ġerobogħam jikluh il-​klieb;+ u dak li jmut fl-​għalqa jikluh it-​tjur tas-​smewwiet,+ għax Ġeħova nnifsu qal dan.”’ 12  “U int qum u mur id-​dar. Meta saqajk jidħlu fil-​belt, it-​tifel imut. 13  U Israel kollu jibkih+ u jidfnu, għax dan biss mid-​dar taʼ Ġerobogħam se jidħol fil-​qabar; għax Ġeħova l-​Alla taʼ Israel sab xi ħaġa tajba fih fid-​dar taʼ Ġerobogħam.+ 14  U Ġeħova jqajjem sultan+ fuq Israel li jeqred lil dar Ġerobogħam fil-​ġurnata msemmija, u xi ngħidu jekk dan jiġri issa stess?+ 15  U Ġeħova se jidrob lil Israel, u dan isir bħal qasba li tixxejjer fl-​ilma;+ u jaqlaʼ+ lil Israel minn din l-​art tajba+ li ta lil missirijiethom, u jxerridhom+ lil hinn mix-​Xmara,*+ talli għamlu l-​arbli sagri,+ u b’hekk offendew+ lil Ġeħova. 16  U jitlaq lil Israel+ minħabba d-​dnubiet taʼ Ġerobogħam li bihom dineb hu u ġiegħel lil Israel jidneb ukoll.”+ 17  Imbagħad mart Ġerobogħam qamet u telqet u waslet Tirsa.+ Hekk kif rifset l-​għatba tad-​dar, it-​tifel miet. 18  U difnuh, u Israel kollu bkieh, skond il-​kelma li Ġeħova qal permezz tal-​qaddej tiegħu Aħija l-​profeta. 19  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Ġerobogħam, kif iġġieled+ u kif saltan, huma miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Israel. 20  U ż-​żmien li Ġerobogħam dam isaltan kien tnejn u għoxrin sena, u wara mtedd maʼ missirijietu;+ u ibnu Nadab+ beda jsaltan minfloku. 21  U Reħobogħam+ bin Salamun kien sar sultan f’Ġuda. Wieħed u erbgħin sena kellu Reħobogħam meta beda jsaltan, u dam isaltan sbatax-il sena f’Ġerusalemm, il-​belt+ li Ġeħova kien għażel mit-​tribujiet kollha+ taʼ Israel biex iqiegħed ismu hemmhekk.+ U ommu kien jisimha Nagħma l-​Għammonija.+ 22  U n-​nies taʼ Ġuda għamlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ u għalhekk qanqluh+ għall-​għira* iktar milli kienu għamlu missirijiethom bid-​dnubiet li dinbu bihom.+ 23  U huma wkoll baqgħu jibnu postijiet għall-​qima*+ u pilastri sagri+ u arbli sagri+ fuq kull għolja kbira+ u taħt kull siġra tħaddar.+ 24  U fil-​pajjiż kien hemm ukoll irġiel prostituti tat-​tempju.+ Huma għamlu skond l-​affarijiet mistkerrhin tal-​ġnus li Ġeħova kien keċċa minn quddiem ulied Israel.+ 25  U fil-​ħames sena tas-​Sultan Reħobogħam ġara li Sisak+ is-​sultan taʼ l-​Eġittu telaʼ kontra Ġerusalemm. 26  U ħa t-​teżori tad-​dar taʼ Ġeħova u t-​teżori tad-​dar tas-​sultan;+ kollox ħa.+ U ħa t-​tarki kollha tad-​deheb li kien għamel Salamun.+ 27  Għaldaqstant, is-​Sultan Reħobogħam għamel minflokhom tarki tar-​ram aħmar, u ħalliehom f’idejn il-​kapijiet tal-​ġerrejja,+ l-​għassiesa mal-​bieb taʼ dar is-​sultan.+ 28  U kulmeta s-​sultan kien imur lejn id-​dar taʼ Ġeħova, il-​ġerrejja kienu jġorruhom, u mbagħad jiħduhom lura fil-​kamra tal-​ġerrejja.+ 29  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Reħobogħam u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taż-​żminijiet tas-​slaten taʼ Ġuda? 30  U l-​gwerer bejn Reħobogħam u Ġerobogħam ma waqfux.+ 31  Fl-aħħar, Reħobogħam imtedd maʼ missirijietu u ndifen maʼ missirijietu fil-​Belt taʼ David.+ U ommu kien jisimha Nagħma l-​Għammonija.+ U ibnu Abijam+ beda jsaltan minfloku.

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, l-​Ewfrat.
Qabbel Eżo 34:14, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.