1 Slaten 13:1-34

13  U kien hemm bniedem+ t’Alla li ħareġ minn Ġuda u mar Betel skond il-​kelma+ taʼ Ġeħova, waqt li Ġerobogħam kien wieqaf ħdejn l-​artal+ biex joffri d-​duħħan tas-​sagrifiċċji.+  Imbagħad għajjat kontra l-​artal skond il-​kelma taʼ Ġeħova u qal: “O artal, artal, hekk qal Ġeħova, ‘Ara! Għad jitwieled iben fid-​dar taʼ David, li jkun jismu Ġosija!+ Dan jissagrifika fuqek lill-​qassisin tal-​postijiet għall-​qima* li qed joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji fuqek, u jaħraq fuqek l-​għadam tan-​nies.’”+  U dakinhar ta sinjal+ taʼ l-​għaġeb, u qal: “Dan hu s-​sinjal taʼ l-​għaġeb li Ġeħova tkellem dwaru: Ara! L-​artal jinqasam, u l-​irmied bix-​xaħam* jixxerred minn fuqu.”  U ġara, malli s-​sultan semaʼ l-​kelma mgħajta minn dan il-​bniedem t’Alla kontra l-​artal f’Betel, li Ġerobogħam mill-​ewwel ħareġ idu minn fuq l-​artal, u qal: “Aqbduh!”+ Minnufih l-​id li ħareġ kontrih nixfitlu, u ma setax jiġbidha lura lejh.+  U l-​artal inqasam min-​nofs u l-​irmied bix-​xaħam ixxerred minn fuq l-​artal, skond is-​sinjal taʼ l-​għaġeb li dan il-​bniedem t’Alla kien ta bil-​kelma taʼ Ġeħova.+  Is-sultan issa qal lil dan il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru: “Taffi l-​korla taʼ Ġeħova Alla tiegħek, jekk jogħġbok, u itlob għalija sabiex tingħatali idi lura.”+ Għal dan, il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru taffa+ l-​korla taʼ Ġeħova, u id is-​sultan ngħatatlu lura u ġiet għal li kienet.+  U s-​sultan issokta jgħid lill-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru: “Ejja miegħi d-​dar u kul xi ħaġa,+ u ħallini nagħtik rigal.”+  Imma l-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru qal lis-​sultan: “Lanqas kieku kellek tagħtini nofs darek+ ma niġi miegħek+ u niekol il-​ħobż u nixrob l-​ilma f’dan il-​post.  Għax hekk ġejt kmandat permezz tal-​kelma taʼ Ġeħova, ‘La tikolx ħobż+ jew tixrob ilma, u terġax lura mit-​triq li għaddejt minnha.’” 10  U għadda minn triq oħra, u ma reġax lura mit-​triq li għadda minnha biex jiġi Betel. 11  U ċertu profeta xiħ+ kien joqgħod Betel, u wliedu marru għandu u rrakkontawlu kulma għamel dakinhar il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru f’Betel u l-​kliem li kien qal lis-​sultan, u qalu b’dan lil missierhom. 12  Imbagħad missierhom qalilhom: “Mela ’l fejn mar?” U wliedu wrewh it-​triq li qabad il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru li kien ġie minn Ġuda. 13  U qal lil uliedu: “Xidduli l-​ħmar bis-​sarġ.” B’hekk huma xeddewlu l-​ħmar,+ u hu rikbu u telaq. 14  U mar għal wara l-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru u sabu bil-​qiegħda taħt is-​siġra l-​kbira.+ Imbagħad qallu: “Int dak il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru li ġie minn Ġuda?”+ u l-​ieħor qallu: “Jien hu.” 15  U kompla jgħidlu: “Ejja miegħi d-​dar u kul il-​ħobż.” 16  Imma hu qal: “Ma nistax niġi lura miegħek jew niġi għandek, u ma nistax niekol ħobż jew nixrob ilma miegħek f’dan il-​post.+ 17  Għax intqalli permezz tal-​kelma taʼ Ġeħova,+ ‘La tikolx ħobż jew tixrob ilma hemmhekk. Terġax lura mit-​triq li għaddejt minnha.’”+ 18  Għal dan qallu: “Jien ukoll profeta bħalek, u anġlu+ kellimni skond il-​kelma taʼ Ġeħova u qalli, ‘Għidlu jiġi lura miegħek id-​dar sabiex jiekol il-​ħobż u jixrob l-​ilma.’” (Hu qarraq bih.)+ 19  Għalhekk, mar lura miegħu sabiex jiekol il-​ħobż għandu u jixrob l-​ilma.+ 20  U ġara, waqt li kienu bil-​qiegħda mal-​mejda, li l-​kelma+ taʼ Ġeħova ġiet għand il-​profeta li kien ġabu lura; 21  u beda jsejjaħ lill-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru li kien ġie minn Ġuda u jgħidlu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Talli rribellajt+ kontra l-​ordni taʼ Ġeħova u ma ħaristx il-​kmandament li tak Ġeħova Alla tiegħek,+ 22  imma mort lura sabiex tiekol il-​ħobż u tixrob l-​ilma fil-​post li dwaru għedtlek: “La tikolx ħobż jew tixrob ilma,” ġismek mejjet ma jidħolx fil-​post fejn indifnu missirijietek.’”+ 23  U wara li kiel il-​ħobż u xorob, hu mill-​ewwel xeddlu l-​ħmar bis-​sarġ, jiġifieri, lill-​profeta li kien ġab lura miegħu. 24  U dan telaq. Iktar tard, sabu ljun+ fit-​triq u qatlu,+ u l-​ġisem mejjet tiegħu kien mitfugħ fit-​triq. U l-​ħmar kien ħdejh, u l-​iljun kien ħdejn il-​ġisem mejjet. 25  U għaddew xi rġiel, u raw il-​ġisem mejjet mitfugħ fit-​triq u l-​iljun wieqaf ħdejn il-​ġisem mejjet. Imbagħad daħlu u bdew jitkellmu dwar dan fil-​belt fejn kien jgħix il-​profeta x-​xiħ. 26  Meta l-​profeta li kien ġabu lura mit-​triq semaʼ dwar dan, hu mill-​ewwel qal: “Dak huwa l-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru li rribella kontra l-​ordni taʼ Ġeħova;+ u għalhekk Ġeħova tah lill-​iljun, sabiex iqattgħu u joqtlu, skond il-​kelma li qallu Ġeħova.”+ 27  U qal lil uliedu: “Xidduli l-​ħmar bis-​sarġ.” U xeddewhulu.+ 28  U telaq u sab il-​ġisem mejjet mitfugħ fit-​triq bil-​ħmar u l-​iljun weqfin ħdejn il-​ġisem mejjet. L-​iljun ma kienx kielu l-​ġisem, lanqas ma kien qattaʼ l-​ħmar.+ 29  U l-​profeta refaʼ l-​ġisem mejjet tal-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru, qiegħdu fuq il-​ħmar, u ġabu lura. U l-​profeta x-​xiħ daħal f’beltu biex jibkih u jidfnu. 30  Għalhekk, qiegħed il-​ġisem mejjet fil-​qabar tiegħu stess; u qagħdu jibkuh+ u jgħidu: “Jaħasra, ħija!” 31  U wara li difnu qal lil uliedu: “Meta mmut idfnuni fl-​istess post fejn hu midfun il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru. Għadmi qegħduh ħdejn għadmu.+ 32  Għax dak li għajjat skond il-​kelma taʼ Ġeħova kontra l-​artal+ li hemm f’Betel u kontra s-​santwarji kollha fil-​postijiet għall-​qima+ li qegħdin fil-​bliet tas-​Samarija+ se jseħħ żgur.”+ 33  Wara din il-​ġrajja, Ġerobogħam ma darx lura minn triqtu l-​ħażina, imma reġaʼ ħatar qassisin għall-​postijiet għall-​qima minn fost il-​poplu kollu.+ U kulmin kien jixtieq, hu kien jagħtih is-​setgħa f’idu,+ u jgħidlu: “Ħa jsir wieħed mill-​qassisin tal-​postijiet għall-​qima.” 34  U din il-​ħaġa saret id-​dnub taʼ dar Ġerobogħam,+ id-​dnub li wassalha biex titqaċċat u tinqered għalkollox minn fuq wiċċ l-​art.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
Ara Eżo 27:3, in-​nota taʼ taħt.