1 Slaten 11:1-43

11  U s-​Sultan Salamun ħabb ħafna nisa barranin+ flimkien maʼ bint il-​Fargħun,+ nisa Mowabin,+ Għammonin,+ Edomin,+ Sidonin,+ u Ħittin,+  mill-ġnus li għalihom Ġeħova kien qal lil ulied Israel: “M’għandkomx tidħlu fosthom,+ u huma m’għandhomx jidħlu fostkom; għax żgur idawrulkom qalbkom biex tmorru wara l-​allat tagħhom.”+ Maʼ dawn intrabat Salamun+ biex iħobbhom.  U kellu sebaʼ mitt mara, kollha prinċipessi, u tliet mitt konkubina; u n-​nisa tiegħu bil-​mod il-​mod+ dawrulu qalbu.  U ġara li meta Salamun xjaħ,+ in-​nisa tiegħu dawrulu+ qalbu biex imur wara allat oħrajn;+ u qalbu ma baqgħetx sħiħa+ maʼ Ġeħova Alla tiegħu bħalma kienet qalb David missieru.  U Salamun beda jmur wara Għastoret,+ l-​alla mara tas-​Sidonin, u wara Milkom,+ il-​ħaġa moqżieża taʼ l-​Għammonin.  U Salamun beda jagħmel dak li hu ħażin+ f’għajnejn Ġeħova, u ma mexiex għalkollox wara Ġeħova bħal David missieru.+  Kien imbagħad li Salamun bena post għall-​qima*+ lil Kemos,+ il-​ħaġa moqżieża+ taʼ Mowab, fuq il-​muntanja+ taʼ quddiem+ Ġerusalemm, u lil Molek, il-​ħaġa moqżieża taʼ wlied Għammon.  Hekk għamel għan-​nisa barranin kollha tiegħu+ li kienu qed joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji u jagħmlu sagrifiċċji lill-​allat tagħhom.+  U Ġeħova għadab+ għal Salamun, għax qalbu kienet daret minn Ġeħova l-​Alla taʼ Israel,+ dak li deherlu darbtejn.+ 10  U kkmandah dwar din il-​ħaġa, biex b’hekk ma jmurx wara allat oħrajn;+ imma ma ħarisx dak li kkmandah Ġeħova. 11  U Ġeħova qal lil Salamun: “Talli għamilt hekk u ma żammejtx il-​patt tiegħi u l-​istatuti tiegħi li tajtek bi kmand, jien żgur inċarrat is-​saltna minn fuqek, u nagħtiha lill-​qaddej tiegħek.+ 12  Madankollu, ma nagħmilx dan fi żmienek,+ minħabba David missierek.+ Inċarratha minn id ibnek.+ 13  Biss ma nċarratx is-​saltna kollha.+ Tribù wieħed nagħtih lil ibnek, minħabba David il-​qaddej tiegħi+ u minħabba Ġerusalemm li jien għażilt.”+ 14  U Ġeħova beda jqajjem wieħed li jopponi+ lil Salamun,+ jiġifieri, lil Ħadad l-​Edomi minn nisel is-​sultan. Dan kien f’Edom.+ 15  Kien ġara li meta David ħabat għal Edom,+ u Ġowab il-​kap taʼ l-​armata telaʼ jidfen lill-​maqtulin, hu pprova joqtol lil kull raġel u tifel f’Edom.+ 16  (Għax Ġowab u Israel kollu baqgħu jgħixu hemmhekk sitt xhur sakemm qatlu lil kull raġel u tifel f’Edom.) 17  U Ħadad ħarab, hu flimkien maʼ xi rġiel Edomin mill-​qaddejja taʼ missieru, u mar l-​Eġittu, meta Ħadad kien għadu żgħir. 18  Għalhekk, ħarġu minn Midjan+ u daħlu f’Faran u ħadu xi rġiel magħhom minn Faran+ u marru l-​Eġittu għand il-​Fargħun is-​sultan taʼ l-​Eġittu, li mbagħad tah dar. Ħasiblu wkoll għall-​ħobż, u tah biċċa art. 19  U Ħadad baqaʼ jingħoġob iktar u iktar+ f’għajnejn il-​Fargħun, tant li tah mara,+ oħt il-​mara tiegħu stess, oħt Taħfenes is-​sultana.* 20  Maż-żmien, oħt Taħfenes wilditlu lil ibnu Genubat, u Taħfenes ħadet ħsieb li jaqtgħulu l-​ħalib+ fid-​dar tal-​Fargħun; u Genubat baqaʼ f’dar il-​Fargħun fost ulied il-​Fargħun. 21  U Ħadad semaʼ fl-​Eġittu li David kien imtedd maʼ missirijietu+ u li Ġowab il-​kap taʼ l-​armata kien miet ukoll.+ Għalhekk, Ħadad qal lill-​Fargħun: “Ibgħatni,+ ħa mmur f’pajjiżi.” 22  Imma l-​Fargħun staqsieh: “X’jonqsok hawn miegħi biex issa trid tmur f’pajjiżek?” Għal dan qallu: “Xejn; imma qis li tibgħatni.” 23  U Alla qajjimlu opponent ieħor,+ jiġifieri, lil Reżon bin Eljada, li kien ħarab minn sidu Ħadadgħeżer+ is-​sultan taʼ Soba.+ 24  Hu kien ġabar xi rġiel miegħu u sar il-​kap taʼ qatgħa ħallelin, meta David qatel lin-​nies taʼ Soba.+ Imbagħad, marru Damasku+ u għammru hemmhekk u bdew isaltnu f’Damasku. 25  U baqaʼ jopponi lil Israel il-​jiem kollha taʼ Salamun,+ u dan minbarra l-​ħsara li għamel Ħadad; waqt li kien isaltan fuq is-​Sirja, hu baqaʼ jistmerr+ lil Israel. 26  U kien hemm Ġerobogħam+ bin Nebat, Efrajmi minn Sereda, qaddej taʼ Salamun,+ u ommu kienet armla jisimha Serugħa. Idu wkoll bdiet tintrefaʼ kontra s-​sultan.+ 27  U din hi r-​raġuni għala idu ntrefgħet kontra s-​sultan: Salamun kien bena l-​Għolja.*+ U kien għalaq il-​fetħa fil-​ħajt tal-​Belt taʼ David missieru.+ 28  Issa Ġerobogħam kien raġel setgħan u qalbieni.+ Meta Salamun ra li ż-​żagħżugħ kien jaħdem iebes,+ hu qabbdu jindokra+ lil dawk kollha taʼ dar Ġużeppi+ li kellhom jagħtu servizz obbligatorju.+ 29  U ġara f’dak iż-​żmien partikulari li Ġerobogħam ħareġ minn Ġerusalemm, u fit-​triq sabu l-​profeta Aħija+ s-​Siloni,+ u Aħija kellu fuqu libsa ġdida; u kienu huma t-​tnejn biss fir-​rabaʼ. 30  Aħija mbagħad qabad il-​libsa l-​ġdida li kienet fuqu u ċarratha+ fi tnax-il biċċa.+ 31  U qal lil Ġerobogħam: “Ħu għaxar biċċiet għalik; għax hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ Israel, ‘Ara, jien se nċarrat is-​saltna minn id Salamun, u lilek nagħtik għaxar tribujiet.+ 32  U hu jibqagħlu tribù wieħed+ minħabba l-​qaddej tiegħi David+ u minħabba Ġerusalemm,+ il-​belt li jien għażilt mit-​tribujiet kollha taʼ Israel. 33  Dan għax huma telquni+ u bdew imilu quddiem Għastoret,+ l-​alla mara tas-​Sidonin, quddiem Kemos,+ l-​alla taʼ Mowab, u quddiem Milkom,+ l-​alla taʼ wlied Għammon; u ma mxewx fi triqati billi għamlu s-​sewwa f’għajnejja, u ma ħarsux l-​istatuti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi bħalma għamel David missieru. 34  Imma m’iniex se nieħu s-​saltna kollha minn idejh, għax nagħmlu kap ewlieni tul ħajtu kollha, minħabba David il-​qaddej tiegħi li jien għażilt,+ għax hu ħares il-​kmandamenti u l-​istatuti tiegħi. 35  Imma nieħu s-​saltna minn idejn ibnu u nagħtiha lilek, iva, għaxar tribujiet.+ 36  U lil ibnu nagħtih tribù, sabiex David il-​qaddej tiegħi jibqaʼ jkollu musbieħ li jkun dejjem quddiemi f’Ġerusalemm,+ il-​belt li jien għażilt għalija biex inqiegħed ismi hemmhekk.+ 37  U lilek nieħdok, u int issaltan fuq kulma tixxennaq għalih ruħek,+ u ssir sultan fuq Israel. 38  U jiġri li, jekk tobdi kulma nikkmandak, u timxi fi triqati u tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejja billi tħares l-​istatuti u l-​kmandamenti tiegħi, bħalma għamel David il-​qaddej tiegħi,+ jien inkun miegħek+ u nibnilek dar dejjiema, bħalma bnejt għal David,+ u nagħtik lil Israel. 39  U jien numilja lil nisel David minħabba dan,+ imma mhux għal dejjem.’”+ 40  U Salamun beda jipprova joqtol lil Ġerobogħam.+ Għalhekk, Ġerobogħam qam u ħarab+ lejn l-​Eġittu għand Sisak+ is-​sultan taʼ l-​Eġittu, u baqaʼ l-​Eġittu sa ma miet Salamun. 41  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Salamun u kulma għamel u l-​għerf kollu tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb il-​ġrajjiet taʼ Salamun? 42  U ż-​żmien li Salamun dam isaltan f’Ġerusalemm fuq Israel kollu kien erbgħin sena.+ 43  Imbagħad Salamun imtedd maʼ missirijietu,+ u ndifen fil-​Belt taʼ David+ missieru; u ibnu Reħobogħam+ beda jsaltan minfloku.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “post fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “is-​sinjura.”
Ara t-​2Sa 5:9, in-​nota taʼ taħt.