Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

1 Samwel 8:1-22

8  U ġara li, malli Samwel kien xjaħ, hu ħatar+ lil uliedu bħala mħallfin għal Israel.  Issa l-ewwel iben imwieled tiegħu kien jismu Ġoel,+ u t-tieni kien jismu Abija;+ dawn kienu jiġġudikaw f’Bir-xeba.  U wliedu ma mxewx fi triqatu,+ imma kienu inklinati li jfittxu l-qligħ inġust+ u kienu jaċċettaw it-tixħim+ u jgħawġu l-ħaqq.+  Maż-żmien, ix-xjuħ kollha taʼ Israel+ inġemgħu flimkien u marru għand Samwel f’Rama  u qalulu: “Ara! Int xjaħt, imma wliedek ma mxewx fi triqatek. Issa aħtrilna sultan+ biex jiġġudikana bħall-ġnus kollha.”  Imma din il-ħaġa kienet ħażina f’għajnejn Samwel għaliex huma kienu qalu: “Agħtina sultan biex jiġġudikana,” u Samwel talab lil Ġeħova.+  Imbagħad Ġeħova qal lil Samwel:+ “Ismaʼ minn leħen in-nies f’kulma jgħidulek;+ għax mhux lilek ċaħdu, imma lili ċaħdu milli nkun sultan+ fuqhom.  Bħalma aġixxew f’kulma għamlu minn dakinhar li tellajthom mill-Eġittu sa dan il-jum,+ billi baqgħu jitilquni+ u jaqdu lil allat oħrajn,+ hekk qed jagħmlulek lilek ukoll.  U issa ismaʼ minn leħinhom. Madankollu, għandek twissihom solennement, u trid tgħidilhom b’dak li bi dritt jitlob minnhom is-sultan li għad isaltan fuqhom.”+ 10  Għalhekk, Samwel qal il-kliem kollu taʼ Ġeħova lill-poplu li kien qed jitlob sultan mingħandu. 11  U qalilhom: “Dan ikun dak li bi dritt+ jitlob minnkom is-sultan li għad isaltan fuqkom: Lis-subien tagħkom jiħodhom+ u jqegħedhom qishom tiegħu fil-karrijiet tiegħu+ u fost ir-rikkieba taż-żwiemel tiegħu,+ u xi wħud ikollhom jiġru quddiem il-karrijiet tiegħu;+ 12  u jaħtar għalih kapijiet fuq l-eluf+ u kapijiet fuq il-ħamsinijiet,+ u xi wħud biex jaħartulu r-rabaʼ+ u biex jaħsdulu l-ħsad+ u biex jagħmlulu t-tagħmir tal-gwerra+ u t-tagħmir tal-karrijiet tiegħu.+ 13  U lill-bniet tagħkom jiħodhom biex iħalltu l-ingwent u biex ikunu koki u furnara.+ 14  U l-għelieqi tagħkom u l-oqsma tad-dwieli tagħkom+ u l-imsaġar taż-żebbuġ tagħkom,+ l-aqwa minnhom, jiħodhom u jagħtihom lill-qaddejja tiegħu. 15  U mill-għelieqi miżrugħin tagħkom u mill-oqsma tad-dwieli tagħkom jieħu wieħed minn kull għaxra,+ u jagħtih lill-uffiċjali tal-palazz tiegħu+ u lill-qaddejja tiegħu. 16  U jieħu l-qaddejja rġiel u l-qaddejja nisa tagħkom u l-aqwa mrieħel tagħkom u l-ħmir tagħkom, u jużahom għax-xogħol tiegħu.+ 17  Mill-imrieħel tagħkom+ jieħu waħda minn kull għaxra, u intom stess issiru l-qaddejja tiegħu. 18  U tgħajtu dakinhar minħabba s-sultan tagħkom,+ li għażiltu għalikom, imma dakinhar Ġeħova ma jwiġibkomx.”+ 19  Madankollu, il-poplu ma riedx jismaʼ minn leħen Samwel+ u qal: “Le, imma sultan ikun fuqna. 20  U nkunu, aħna wkoll, bħall-ġnus kollha,+ u s-sultan tagħna jiġġudikana u joħroġ quddiemna u jiġġieled il-battalji tagħna.” 21  U Samwel semaʼ l-kliem kollu tal-poplu; imbagħad tennieh f’widnejn Ġeħova.+ 22  U Ġeħova qal lil Samwel: “Ismaʼ minn kliemhom, u agħmel sultan isaltan fuqhom.”+ Għaldaqstant, Samwel qal lill-irġiel taʼ Israel: “Morru kull wieħed lejn beltu.”

Noti taʼ taħt