1 Samwel 7:1-17

7  Għaldaqstant, l-​irġiel taʼ Kirjat-ġegħarim+ ġew u tellgħu l-​arka taʼ Ġeħova u ħaduha fid-​dar t’Abinadab+ fuq l-​għolja, u lil ibnu Elegħażar qaddsuh biex jgħasses l-​arka taʼ Ġeħova.  U ġara li, minn dakinhar li l-​Arka qagħdet f’Kirjat-ġegħarim, il-​jiem baqgħu jiżdiedu, u b’hekk għaddew għoxrin sena, u n-​nies kollha taʼ dar Israel bkew u daru lejn Ġeħova.+  U Samwel qal lid-​dar kollha taʼ Israel: “Jekk qed terġgħu lura lejn Ġeħova b’qalbkom kollha,+ neħħu minn nofskom+ l-​allat barranin kif ukoll ix-​xbihat t’Għastoret,+ u dawru qalbkom b’mod sod lejn Ġeħova u aqdu lilu biss,+ u hu jeħliskom minn id il-​Filistin.”+  Għal dan, ulied Israel neħħew il-​Bagħalim+ u x-​xbihat t’Għastoret+ u bdew jaqdu lil Ġeħova biss.  Imbagħad Samwel qal: “Iġimgħu lil Israel kollu+ flimkien f’Mispa,+ sabiex nitlob+ lil Ġeħova għan-​nom tagħkom.”  Għalhekk, inġemgħu flimkien f’Mispa, u mlew l-​ilma u sawbuh quddiem Ġeħova u dakinhar samu.+ U bdew jgħidu hemmhekk: “Dnibna kontra Ġeħova.”+ U Samwel beda jiġġudika+ lil ulied Israel f’Mispa.  U l-​Filistin semgħu li wlied Israel kienu nġemgħu flimkien f’Mispa, u s-​sidien alleati+ tal-​Filistin telgħu għal Israel. Meta wlied Israel semgħu b’dan, bdew jibżgħu minħabba l-​Filistin.+  Għalhekk, ulied Israel qalu lil Samwel: “Tibqax sieket milli tgħajjat għalina lil Ġeħova Alla tagħna għall-​għajnuna,+ sabiex isalvana minn id il-​Filistin.”  Imbagħad Samwel ħa ħaruf li kien qed jiġi mreddaʼ u offrieh bħala offerta tal-​ħruq, offerta sħiħa,+ lil Ġeħova; u Samwel beda jgħajjat lil Ġeħova għall-​għajnuna għan-​nom taʼ Israel,+ u Ġeħova wieġbu.+ 10  U ġara li, waqt li Samwel kien qed joffri l-​offerta tal-​ħruq, il-​Filistin resqu qrib biex jitqabdu maʼ Israel. U Ġeħova ġiegħel li jriegħed b’ħoss qawwi+ dakinhar kontra l-​Filistin, sabiex jitfagħhom f’konfużjoni;+ u ġew megħlubin minn Israel.+ 11  U l-​irġiel taʼ Israel ħarġu minn Mispa u marru jiġru wara l-​Filistin u baqgħu joqtluhom saħansitra san-​nofsinhar taʼ Bet-kar. 12  Imbagħad Samwel ħa ġebla+ u qegħedha bejn Mispa u Ġesana u semmieha Ebengħeżer.* Għaldaqstant qal: “S’issa Ġeħova għenna.”+ 13  Hekk il-​Filistin trażżnu, u ma ġewx iktar fit-​territorju taʼ Israel;+ u id Ġeħova kompliet tkun kontra l-​Filistin il-​jiem kollha taʼ Samwel.+ 14  U l-​bliet li l-​Filistin kienu ħadu mingħand Israel baqgħu jingħataw lura lil Israel minn Għekron sa Gat, u Israel ħeles it-​territorju tagħhom minn id il-​Filistin. U kien hemm is-​sliem bejn Israel u l-​Amurrin.+ 15  U Samwel baqaʼ jiġġudika lil Israel il-​jiem kollha taʼ ħajtu.+ 16  U minn sena għal sena kien jivvjaġġa u jdur Betel+ u Gilgal+ u Mispa+ u jiġġudika lil Israel+ f’dawn il-​postijiet kollha. 17  Imbagħad kien imur lura lejn Rama,+ għaliex hemmhekk kienet daru, u hemmhekk kien jiġġudika lil Israel. U hemmhekk bena artal lil Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Il-​Ġebla t’Għajnuna.” Mhux l-​istess “Ebengħeżer” taʼ l-​1Sa 4:1 u 5:1.