Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

1 Samwel 6:1-21

6  U l-arka+ taʼ Ġeħova damet sebaʼ xhur fit-territorju tal-Filistin.  U l-Filistin sejħu lill-qassisin u lil dawk li jeħbru+ u qalulhom: “X’nagħmlu biha l-arka taʼ Ġeħova? Għarrfuna biex għandna nibagħtuha f’postha.”  Wiġbuhom: “Jekk tibagħtu l-arka taʼ l-Alla taʼ Israel, tibagħtuhiex mingħajr offerta, għax għandkom assolutament troddulu offerta għall-ħtija.+ B’hekk biss tfiqu, u ssiru tafu għala ma warrabx idu minn fuqkom.”  Għal dan, qalulhom: “X’inhi l-offerta għall-ħtija li għandna rroddulu?” Imbagħad wiġbuhom: “Skond l-għadd tas-sidien alleati+ tal-Filistin, ħames murliti tad-deheb u ħames ġrieden tad-deżert tad-deheb, għax kull wieħed minnkom u mis-sidien alleati tagħkom għandu l-istess flaġell.  Agħmlu xbihat tal-murliti tagħkom u xbihat tal-ġrieden tad-deżert+ tagħkom li qed jeqirdu l-art, u agħtu glorja+ lill-Alla taʼ Israel. Forsi jħaffef idu minn fuqkom u minn fuq l-alla tagħkom u minn fuq artkom.+  Ukoll, qalbkom għala ma tqanqalkomx bħalma ma tqanqlitx qalb l-Eġittu u l-Fargħun?+ Mhux malli Hu ttrattahom bl-aħrax+ bagħtuhom, u marru fi triqithom?+  U issa agħmlu karru ġdid+ u ħudu żewġ baqriet li qed ireddgħu u li fuqhom ma tpoġġa ebda madmad,+ u orbtu l-baqar mal-karru, u l-frieħ tagħhom ibagħtuhom lura d-dar biex ma jmorrux warajhom.  U ħudu l-arka taʼ Ġeħova u poġġuha fuq il-karru, u l-oġġetti tad-deheb+ li tridu troddulu bħala offerta għall-ħtija+ għandkom tpoġġuhom f’kaxxa mal-ġenb tagħha. U ibagħtuha, u tmur.  U oqogħdu ħarsu: jekk titlaʼ mit-triq li tagħti għat-territorju tagħha, għal Bet-xemex,+ ikun hu li għamlilna din il-ħsara kbira; imma jekk le, inkunu nafu li ma kinitx idu li laqtitna; kien aċċident+ li ġralna.” 10  U l-irġiel hekk għamlu. Għalhekk, ħadu żewġ baqriet li kienu qed ireddgħu u rabtuhom mal-karru, u l-frieħ tagħhom għalquhom id-dar. 11  Imbagħad poġġew l-arka taʼ Ġeħova fuq il-karru,+ u wkoll il-kaxxa u l-ġrieden tad-deżert tad-deheb u x-xbihat tal-murliti tagħhom. 12  U l-baqar marru dritt fit-triq lejn Bet-xemex.+ Minn triq ewlenija waħda marru, jgħajtu huma u sejrin, u la lwew lejn il-lemin u lanqas lejn ix-xellug. Sadanittant, is-sidien alleati+ tal-Filistin imxew warajhom sal-fruntiera taʼ Bet-xemex. 13  U xi nies minn Bet-xemex kienu qed jaħsdu l-ħsad tal-qamħ+ fil-pjanura l-baxxa. Meta refgħu għajnejhom u raw l-Arka, bdew jaqbżu bil-ferħ malli rawha. 14  U l-karru daħal fl-għalqa taʼ Ġożwè l-Bet-xemi u baqaʼ wieqaf hemmhekk, fejn kien hemm ġebla kbira ħafna. U huma qattgħu l-injam tal-karru, u l-baqar+ offrewhom bħala offerta tal-ħruq lil Ġeħova.+ 15  U l-Leviti+ niżżlu l-arka taʼ Ġeħova u l-kaxxa li kien hemm magħha, li kien fiha l-oġġetti tad-deheb, u qegħduha fuq il-ġebla l-kbira. U l-irġiel taʼ Bet-xemex,+ min-naħa tagħhom, offrew offerti tal-ħruq, u dakinhar komplew joffru s-sagrifiċċji lil Ġeħova. 16  U l-ħames sidien alleati+ tal-Filistin rawha u marru fi triqithom lura lejn Għekron dakinhar. 17  Issa dawn huma l-murliti tad-deheb li l-Filistin raddew bħala offerta għall-ħtija lil Ġeħova:+ waħda għal Asdod,+ waħda għal Gaża,+ waħda għal Askelon,+ waħda għal Gat,+ u waħda għal Għekron.+ 18  U l-ġrieden tad-deżert tad-deheb kienu skond l-għadd tal-bliet kollha tal-Filistin li kienu tal-ħames sidien alleati, mill-belt fortifikata sar-raħal tal-kampanja. U l-ġebla l-kbira li fuqha poġġew l-arka taʼ Ġeħova hi xiehda sa dan il-jum fl-għalqa taʼ Ġożwè l-Bet-xemi. 19  U qatel l-irġiel taʼ Bet-xemex,+ għaliex dawn kienu ħarsu lejn l-arka taʼ Ġeħova. Għalhekk, qatel fost il-poplu sebgħin raġel—ħamsin elf raġel*—u l-poplu kien imnikket għaliex Ġeħova kien qatel in-nies u l-qatla kienet kbira.+ 20  Iktar minn hekk, l-irġiel taʼ Bet-xemex qalu: “Min għandu l-ħila jieqaf quddiem Ġeħova, dan Alla l-qaddis,+ u għand min imur meta jitbiegħed minna?”+ 21  Fl-aħħar bagħtu xi messaġġiera lill-abitanti taʼ Kirjat-ġegħarim,+ u qalulhom: “Il-Filistin raddew l-arka taʼ Ġeħova. Inżlu u tellgħuha għandkom.”+

Noti taʼ taħt

Xi wħud iqisu li l-espressjoni “ħamsin elf raġel” ġiet miżjuda iktar tard mat-test.