1 Samwel 5:1-12

5  U l-​Filistin qabdu l-​arka+ taʼ l-​Alla l-​veru u minn Ebengħeżer ħaduha Asdod.+  U l-​Filistin ħadu l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru u daħħluha fid-​dar taʼ Dagon u qegħduha ħdejn Dagon.+  Imbagħad l-​Asdodin qamu kmieni l-​għada fil-​għodu, u Dagon kien imwaqqaʼ għal wiċċu fl-​art quddiem l-​arka taʼ Ġeħova.+ Għalhekk, ħadu lil Dagon u poġġewh lura f’postu.+  Meta qamu kmieni l-​għada fil-​għodu, ara, Dagon kien imwaqqaʼ għal wiċċu fl-​art quddiem l-​arka taʼ Ġeħova, bir-​ras taʼ Dagon u bil-​pali taʼ idejh it-​tnejn maqtugħin barra, fuq l-​għatba.+ Il-​parti forma taʼ ħuta biss* kien baqaʼ minnu.  Huwa għalhekk li l-​qassisin taʼ Dagon u dawk kollha li jidħlu fid-​dar taʼ Dagon għadhom sa dan il-​jum ma jirfsux fuq l-​għatba taʼ Dagon f’Asdod.  U id Ġeħova+ kienet tqila fuq l-​Asdodin, u beda jikkaġuna l-​paniku u jolqothom bil-​murliti,+ jiġifieri, lil Asdod u t-​territorji tagħha.  U l-​irġiel t’Asdod raw li hekk ġara, u qalu: “Tħallux l-​arka taʼ l-​Alla taʼ Israel tgħammar magħna, għaliex idu hi iebsa kontrina u kontra Dagon, l-​alla tagħna.”+  Għaldaqstant, dawn bagħtu u ġabru għandhom is-​sidien alleati kollha tal-​Filistin u qalulhom: “X’nagħmlu biha l-​arka taʼ l-​Alla taʼ Israel?” Fl-​aħħar qalulhom: “Ħa tittieħed lejn Gat+ l-​arka taʼ l-​Alla taʼ Israel.” Għalhekk, ħadu l-​arka taʼ l-​Alla taʼ Israel hemmhekk.  U ġara li, wara li kienu ġabuha hemmhekk, id Ġeħova+ ġiet fuq il-​belt u ġabet konfużjoni kbira ferm, u beda jolqot lill-​irġiel tal-​belt, miż-​żgħir sal-​kbir, u bdew joħorġulhom il-​murliti.+ 10  Għalhekk, bagħtu l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru lejn Għekron.+ U ġara li, malli l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru waslet Għekron, l-​Għekronin bdew jgħajtu u jgħidu: “Ġabu l-​arka taʼ l-​Alla taʼ Israel biex joqtlu lilna u lill-​poplu tagħna!”+ 11  Għaldaqstant, dawn bagħtu u ġabru s-​sidien alleati kollha tal-​Filistin u qalulhom: “Ibagħtu l-​arka taʼ l-​Alla taʼ Israel lil hinn biex terġaʼ lura lejn postha u ma toqtolx lilna u lill-​poplu tagħna.” Għax fil-​belt kollha kemm hi seħħet konfużjoni li ġġib il-​mewt;+ id l-​Alla l-​veru kienet tqila ferm hemmhekk,+ 12  u l-​irġiel li ma mitux ħarġulhom il-​murliti.+ U l-​għajta+ għall-​għajnuna tal-​belt baqgħet tielgħa sas-​smewwiet.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “Dagon biss,” għax mid-​dehra l-​idolu Dagon kien nofsu bniedem, nofsu ħuta.