1 Samwel 4:1-22

4  U Samwel wassal il-​kelma lil Israel kollu. Imbagħad l-​Israelin ħarġu biex jitqabdu mal-​Filistin; u kkampjaw maġenb Ebengħeżer,+ u l-​Filistin ikkampjaw f’Afek.+  U l-​Filistin tqassmu+ biex jiltaqgħu maʼ Israel, u l-​battalja marret ħażin, u b’hekk Israel kien megħlub mill-​Filistin,+ li qatlu madwar erbat elef raġel li kienu qed jitqabdu fil-​kamp tal-​battalja.  Meta l-​poplu ġie fil-​kamp, ix-​xjuħ taʼ Israel bdew jgħidu: “Ġeħova għala għelibna llum quddiem il-​Filistin?+ Ħa nġibu minn Silo l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova,+ sabiex tkun f’nofsna u ssalvana minn id l-​għedewwa tagħna.”  Għalhekk, il-​poplu bagħat xi nies Silo biex minn hemmhekk iġibu l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, li qiegħed fuq il-​kerubini.+ U ż-​żewġ ulied t’Għeli, jiġifieri, Ħofni u Fineħas,+ kienu hemmhekk maʼ l-​arka tal-​patt taʼ l-​Alla l-​veru.  U ġara li, malli l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova waslet fil-​kamp, l-​Israelin kollha nfexxew jgħajtu kemm jifilħu,+ tant li l-​art theżżet.  Il-Filistin ukoll semgħu l-​ħoss taʼ l-​għajat u bdew jgħidu: “Xi jfisser il-​ħoss taʼ dan l-​għajat+ kollu fil-​kamp taʼ l-​Ebrej?” Fl-​aħħar saru jafu li l-​arka taʼ Ġeħova kienet waslet fil-​kamp.  U l-​Filistin beżgħu, għaliex, qalu huma: “Alla wasal fil-​kamp!”+ Għalhekk, qalu: “Gwaj għalina, għax ħaġa bħal din qatt ma ġrat qabel!  Gwaj għalina! Min se jsalvana minn id dan l-​Alla maestuż? Dan hu l-​Alla li laqat lill-​Eġittu b’kull xorta taʼ kastig fix-​xagħri.+  Kunu kuraġġużi u uru li intom irġiel, Filistin, sabiex ma taqdux lill-​Ebrej bħalma qdewkom huma;+ u uru li intom irġiel u ġġieldu!” 10  Għaldaqstant, il-​Filistin iġġieldu u Israel ġie megħlub,+ u dawn ħarbu kull wieħed lejn it-​tinda tiegħu;+ u l-​qatla kienet kbira ferm,+ u b’hekk minn Israel waqgħu tletin elf raġel bil-​mixi.+ 11  U l-​arka t’Alla nqabdet,+ u ż-​żewġ ulied t’Għeli, Ħofni u Fineħas, mietu.+ 12  U raġel mit-​tribù taʼ Benjamin telaq jiġri mill-​kamp tal-​battalja u wasal Silo dakinhar bi ħwejġu mċarrtin+ u bit-​trab fuq rasu.+ 13  Meta wasal, kien hemm Għeli bil-​qiegħda fuq is-​siġġu mal-​ġenb tat-​triq, iħares, għaliex qalbu kienet qed ittaqtaq minħabba l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru.+ U r-​raġel daħal biex jagħti l-​aħbar fil-​belt, u l-​belt kollha bdiet tgħajjat. 14  U Għeli semaʼ l-​ħoss taʼ l-​għajat. Għalhekk, qal: “Xi jfisser il-​ħoss taʼ din il-​konfużjoni?”+ U r-​raġel għaġġel biex jidħol u jagħti l-​aħbar lil Għeli. 15  (Issa Għeli kellu tmienja u disgħin sena, u għajnejh ma kinux jitħarrku, u b’hekk ma setax jara.)+ 16  U r-​raġel qal lil Għeli: “Jien dak li ġejt mill-​kamp tal-​battalja, u jien—mill-​kamp tal-​battalja ħrabt illum.” U hu qallu: “X’ġara eżatt, ibni?” 17  Għalhekk, dak li ġab l-​aħbar wieġeb u qal: “Israel ħarab minn quddiem il-​Filistin, u seħħet ukoll telfa kbira fost il-​poplu;+ u ż-​żewġ uliedek mietu wkoll—Ħofni u Fineħas+—u l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru nqabdet.”+ 18  U ġara li, malli semma l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru, Għeli waqaʼ lura minn fuq is-​siġġu ħdejn il-​bieb, u kiser għonqu, u b’hekk miet, għaliex ir-​raġel kien xiħ u tqil; u kien imħallef fuq Israel għal erbgħin sena. 19  U mart ibnu, mart Fineħas, kienet tqila u waslet biex tiled, u malli semgħet bl-​aħbar, li l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru nqabdet u li missier żewġha u żewġha kienu mietu, mielet u bdiet tiled, għaliex l-​uġigħ tagħha ġie fuqha bla mistenni.+ 20  U x’ħin kienet qed tmut, in-​nisa li kienu maġenbha bdew jgħidu: “Tibżax, għaliex ulidt iben.”+ U hi la wieġbet u lanqas ħasset għalih. 21  Imma t-​tifel semmietu Ikabod,*+ u qalet: “Il-​glorja telqet minn Israel u marret fl-​eżilju,”+ u dan kien minħabba li l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru kienet inqabdet u minħabba missier żewġha u żewġha.+ 22  Għalhekk, qalet: “Il-​glorja telqet minn Israel u marret fl-​eżilju,+ għaliex l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru nqabdet.”+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Fejn Hi l-​Glorja?”