1 Samwel 31:1-13

31  Issa l-​Filistin kienu qed jiġġieldu kontra Israel,+ u l-​irġiel taʼ Israel ħarbu minn quddiem il-​Filistin u waqgħu mejtin+ fuq il-​Muntanja Gilbogħa.+  U l-​Filistin żammew qrib Sawl u wliedu; u l-​Filistin sa fl-​aħħar qatlu lil Ġonatan+ u lil Abinadab+ u lil Malki-sugħa,+ ulied Sawl.  U l-​ġlied ħrax kontra Sawl, u dawk li jisparaw il-​qaws, l-​arċieri, fl-​aħħar sabuh, u hu safa ferut sew minn dawk li jisparaw il-​qaws.+  Imbagħad Sawl qal lil dak li kien iġorrlu l-​armi: “Islet sejfek+ u infidni bih, biex ma jiġux dawn l-​irġiel mhux ċirkonċiżi+ u jinfduni u jittrattawni bil-​kefrija.” U dak li kien iġorrlu l-​armi ma riedx,+ għaliex beżaʼ ħafna. Għalhekk, Sawl qabad is-​sejf u nxteħet fuqu.+  Meta dak li kien iġorrlu l-​armi ra li Sawl kien miet,+ imbagħad hu wkoll inxteħet fuq is-​sejf tiegħu stess u miet miegħu.+  B’hekk, Sawl u t-​tliet uliedu u dak li kien iġorrlu l-​armi, saħansitra l-​irġiel kollha tiegħu, mietu flimkien dakinhar.+  Meta l-​irġiel taʼ Israel li kienu fir-​reġjun tal-​pjanura l-​baxxa u li kienu fir-​reġjun tal-​Ġordan raw li l-​gwerriera taʼ Israel kienu ħarbu, u li Sawl u wliedu kienu mietu, imbagħad huma bdew jitilqu mill-​bliet u jaħarbu,+ u l-​Filistin daħlu u bdew jgħammru fihom.+  U ġara li l-​għada, meta l-​Filistin ġew ineżżgħu l-​maqtulin,+ sabu lil Sawl u lit-​tliet uliedu mixħutin fuq il-​Muntanja Gilbogħa.+  U qatgħulu rasu+ u neżżgħulu l-​armatura tiegħu u bagħtu messaġġ fl-​art tal-​Filistin dawramejt biex jgħarrfu+ lid-​djar taʼ l-​idoli tagħhom+ u lin-​nies. 10  Fl-aħħar poġġew l-​armatura tiegħu+ fid-​dar tax-​xbihat t’Għastoret,+ u l-​katavru tiegħu dendluh mas-​sur taʼ Bet-san.+ 11  U l-​abitanti taʼ Ġabes-gilegħad+ semgħu b’dak li l-​Filistin kienu għamlu lil Sawl. 12  Minnufih l-​irġiel qalbenin kollha qamu u mxew il-​lejl kollu u qalgħu l-​katavru taʼ Sawl u l-​katavri taʼ wliedu minn mas-​sur taʼ Bet-san u marru Ġabes u ħarquhom hemmhekk.+ 13  Imbagħad ħadu l-​għadam tagħhom+ u difnuh+ taħt is-​siġra tat-​tamarisk+ f’Ġabes, u samu għal sebat ijiem.+

Noti taʼ taħt