1 Samwel 30:1-31

30  U ġara li, waqt li David u l-​irġiel tiegħu kienu ġejjin lejn Siklag+ fit-​tielet jum, l-​Għamalekin+ għamlu attakk fuq in-​nofsinhar u fuq Siklag; u ħabtu għal Siklag u ħarquha bin-​nar,  u ġarrew fil-​jasar lin-​nisa+ u lil dawk kollha li kienu fiha, miż-​żgħir sal-​kbir. Lil ħadd ma taw il-​mewt, imma ġarrewhom magħhom u baqgħu sejrin għal triqithom.  Meta David wasal il-​belt maʼ l-​irġiel tiegħu, din kienet maħruqa bin-​nar, u n-​nisa tagħhom u wliedhom subien u bniet kienu ttieħdu fil-​jasar.  U David u n-​nies li kienu miegħu bdew jgħollu leħinhom u jibku,+ sakemm ma felħux jibku iktar.  U ż-​żewġ nisa taʼ David kienu ttieħdu fil-​jasar, Aħinogħam,+ il-​Ġeżragħelija, u Abigajl,+ mart Nabal il-​Karmeli.  U dan kien taʼ niket kbir għal David,+ għaliex in-​nies qalu li riedu jħaġġruh;+ għax ruħ in-​nies kollha kienet mimlija mrar,+ kull wieħed minħabba wliedu subien u bniet. Għalhekk, David saħħaħ lilu nnifsu permezz taʼ Ġeħova Alla tiegħu.+  U David qal lil Abjatar,+ il-​qassis, bin Aħimelek: “Jekk jogħġbok, ġib l-​efod+ ħdejja.” U Abjatar ġab l-​efod ħdejn David.  U David beda jistaqsi lil Ġeħova+ u jgħidlu: “Għandi niġri wara din il-​qatgħa ħallelin? Nilħaqhom?” Wieġbu:+ “Mur iġri warajhom, għax żgur li tilħaqhom, u żgur li teħles lil kulħadd.”+  Fil-pront, David telaq, hu u s-​sitt mitt raġel+ li kienu miegħu, u baqgħu sejrin saħansitra sal-​wied* taʼ Besor, u l-​irġiel li kellhom jibqgħu hemmhekk waqfu. 10  U David baqaʼ jiġri warajhom,+ hu u erbaʼ mitt raġel, imma mitejn raġel li kienu għajjenin wisq biex jaqsmu l-​wied taʼ Besor+ waqfu. 11  U sabu raġel Eġizzjan+ fir-​rabaʼ. Għalhekk, ħaduh għand David u tawh il-​ħobż x’jiekol u tawh l-​ilma x’jixrob. 12  U tawh ukoll biċċa minn ċappa tin pressat u żewġ ċapep żbib.+ Imbagħad kiel u reġaʼ ħa r-​ruħ;+ għax ma kienx kiel ħobż jew xorob ilma għal tlett ijiem u tliet iljieli. 13  David issa qallu: “Taʼ min int, u minfejn int?” u dak wieġbu: “Jien qaddej Eġizzjan, ilsir taʼ raġel Għamaleki, imma sidi abbandunani għaliex imradt tlett ijiem ilu.+ 14  Aħna konna li għamilna attakk fuq in-​nofsinhar tat-​territorju tal-​Keretin+ u fuq dak taʼ Ġuda u fuq in-​nofsinhar tat-​territorju taʼ Kaleb;+ u lil Siklag ħraqnieha bin-​nar.” 15  U David staqsieh: “Tistaʼ twassalni ħdejn din il-​qatgħa ħallelin?” Dak wieġbu: “Aħlifli+ b’Alla li ma toqtolnix, u li ma tagħtinix f’idejn sidi,+ u jien inwasslek ħdejn din il-​qatgħa ħallelin.” 16  Għaldaqstant, hu wasslu,+ u, ara, kienu mxerrdin ’l hemm u ’l hawn fuq wiċċ dik l-​art kollha jieklu u jixorbu u jagħmlu festa+ minħabba l-​priża kbira kollha li kienu ħadu mill-​art tal-​Filistin u mill-​art taʼ Ġuda.+ 17  U David ħabat għalihom mid-​dlam taʼ fil-​għodu sa fil-​għaxija, sabiex jeqridhom;* u lanqas raġel wieħed minnhom ma ħelisha+ ħlief erbaʼ mitt żagħżugħ li rikbu fuq l-​iġmla u ħarbu. 18  U David ħeles kulma kienu ħadu l-​Għamalekin,+ u David ħeles liż-​żewġ nisa tiegħu. 19  U xejn ma kien hemm nieqes minn tagħhom, miż-​żgħir sal-​kbir, mill-​ulied subien u bniet u mill-​priża, saħansitra minn kwalunkwe ħaġa li kienu ħadu għalihom stess.+ Kollox ħa lura David. 20  Għalhekk, David ħa l-​baqar u n-​nagħaġ kollha, li huma saqu quddiem il-​bhejjem l-​oħrajn. Imbagħad qalu: “Din hi l-​priża taʼ David.”+ 21  Sa fl-​aħħar, David wasal ħdejn il-​mitejn raġel+ li kienu għajjenin wisq biex imorru maʼ David, u li kienu ħallewhom bil-​qiegħda ħdejn il-​wied taʼ Besor; u ħarġu biex jiltaqgħu maʼ David u biex jiltaqgħu man-​nies li kienu miegħu. Meta David qorob lejhom beda jistaqsihom kif kienu. 22  Madankollu, kull raġel ħażin li ma kien tajjeb għal xejn+ minn fost l-​irġiel li kienu marru maʼ David wieġeb u baqaʼ jgħid: “Talli ma ġewx magħna, ma nagħtuhom xejn mill-​priża li ħlisna, ħlief kull wieħed lil martu u lil uliedu, u jiħduhom u jitilqu.” 23  Imma David qalilhom: “Tagħmlux hekk, ħuti, b’dak li tana Ġeħova,+ għax hu ħarisna+ u tana f’idejna dik il-​qatgħa ħallelin li ġew kontrina.+ 24  U min se jismaʼ minnkom f’ħaġa bħal din? Għax bħalma jkun is-​sehem taʼ dak li niżel għall-​battalja hekk ukoll ikun is-​sehem taʼ dak li qagħad maʼ l-​affarijiet.+ Ilkoll ikollhom sehem flimkien.”+ 25  U ġara li minn dakinhar ’il quddiem hu żamm dan stabbilit bħala regolament u deċiżjoni ġudizzjarja+ għal Israel sa dan il-​jum. 26  Meta David wasal Siklag bagħat ftit mill-​priża lix-​xjuħ taʼ Ġuda, ħbiebu,+ u qalilhom: “Ara! Dan hu rigal+ bħala barka għalikom mill-​priża taʼ l-​għedewwa taʼ Ġeħova.” 27  Lil dawk li kienu f’Betel,+ lil dawk f’Ramot+ tan-​nofsinhar, lil dawk f’Ġattir,+ 28  lil dawk f’Għarogħer, lil dawk f’Sifmot, lil dawk f’Estemogħa,+ 29  lil dawk f’Rakal, lil dawk fil-​bliet tal-​Ġeraħmelin,+ lil dawk fil-​bliet tal-​Kenin,+ 30  lil dawk f’Ħorma,+ lil dawk f’Borgħasan,+ lil dawk f’Għatak, 31  lil dawk f’Ħebron,+ u lill-​postijiet kollha fejn kien mar David, hu u l-​irġiel tiegħu.

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “jiddedikahom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.