Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

1 Samwel 3:1-21

3   Sadanittant, it-tifel Samwel kien qed jaqdi+ lil Ġeħova quddiem Għeli, u l-kelma taʼ Ġeħova+ kienet saret rari f’dak iż-żmien;+ il-viżjonijiet+ ma kinux komuni.  Issa ġara li jum wieħed Għeli kien mimdud f’postu, u għajnejh kienu bdew jiċċajprulu;+ ma setax jara.  Il-musbieħ t’Alla kien għadu ma ntefiex, u Samwel kien mimdud fit-tempju+ taʼ Ġeħova, fejn kien hemm l-arka t’Alla.  U Ġeħova sejjaħ lil Samwel. Dan wieġeb: “Hawn jien.”+  U telaq jiġri lejn Għeli u qallu: “Hawn jien, għax sejjaħtli.” Imma hu qallu: “Ma sejjaħtlekx. Erġaʼ mtedd.” Għalhekk, telaq u mtedd.  U Ġeħova ssokta jsejjaħlu għal darb’oħra: “Samwel!”+ U Samwel qam u mar ħdejn Għeli u qallu: “Hawn jien, għax int sejjaħtli.” Imma hu qallu: “Ma sejjaħtlekx, ibni.+ Erġaʼ mtedd.”  (Samwel kien għadu ma sarx jaf lil Ġeħova, u l-kelma taʼ Ġeħova kienet għadha ma bdietx tiġi rivelata lilu.)+  Għalhekk, Ġeħova reġaʼ sejjaħlu għat-tielet darba: “Samwel!” Dan qam u mar ħdejn Għeli u qallu: “Hawn jien, għax bilfors li int sejjaħtli.” U Għeli ntebaħ li kien Ġeħova li kien qed isejjaħ lit-tifel.  Għaldaqstant, Għeli qal lil Samwel: “Mur imtedd, u jrid iseħħ li, jekk isejjaħlek, għidlu, ‘Tkellem, Ġeħova, għax il-qaddej tiegħek qed jismaʼ.’” Għalhekk, Samwel mar u mtedd f’postu. 10  Imbagħad Ġeħova ġie u qagħad hemmhekk u sejjaħ bħad-drabi l-oħrajn: “Samwel, Samwel!” U Samwel wieġeb: “Tkellem, għax il-qaddej tiegħek qed jismaʼ.”+ 11  U Ġeħova ssokta jgħid lil Samwel: “Ara! Qed nagħmel+ xi ħaġa f’Israel li jekk xi ħadd jismaʼ dwarha, widnejh it-tnejn iżarżru.+ 12  Dakinhar inwettaq kontra Għeli kulma għedt dwar daru, mill-bidu sa l-aħħar.+ 13  U int trid tgħidlu li qed niġġudika lil daru+ għal żmien indefinit minħabba l-iżball li hu jaf bih,+ għaliex uliedu qed jisħtu lil Alla,+ u hu ma widdibhomx.+ 14  Huwa għalhekk li jien ħlift lil dar Għeli li l-iżball taʼ dar Għeli ma jeħlishiex mill-kastig bis-sagrifiċċji jew bl-offerti għal żmien indefinit.”+ 15  U Samwel baqaʼ mimdud sa fil-għodu. Imbagħad fetaħ il-bibien tad-dar taʼ Ġeħova.+ U Samwel kien qed jibżaʼ jgħidlu lil Għeli dwar id-dehra.+ 16  Imma Għeli sejjaħ lil Samwel u qallu: “Samwel, ibni!” Dan wieġbu: “Hawn jien.” 17  U hu ssokta jgħidlu: “X’inhi l-kelma li qallek? Jekk jogħġbok, taħbihiex minni.+ Jalla jagħmillek hekk Alla, u saħansitra iktar minn hekk,+ jekk taħbi minni xi kelma mill-kliem kollu li qallek.” 18  Għalhekk, Samwel qallu l-kliem kollu, u xejn ma ħbielu minnu. U Għeli qallu: “Hu Ġeħova. Ħa jagħmel dak li hu tajjeb f’għajnejh.”+ 19  U Samwel baqaʼ jikber, u Ġeħova wera li kien miegħu+ u ma ħalla ebda waħda mill-kliem kollu tiegħu tmur mar-riħ.*+ 20  U Israel kollu minn Dan sa Bir-xeba+ għaraf li Samwel kien approvat uffiċjalment biex ikun il-profeta taʼ Ġeħova.+ 21  U Ġeħova reġaʼ deher+ f’Silo, għaliex kien f’Silo li Ġeħova rrivela lilu nnifsu lil Samwel permezz tal-kelma taʼ Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “taqaʼ maʼ l-art.”