1 Samwel 29:1-11

29  U l-​Filistin+ ġemgħu l-​kampijiet kollha tagħhom flimkien f’Afek, waqt li l-​Israelin kienu kkampjati ħdejn l-​għajn li kien hemm f’Ġeżragħel.+  U s-​sidien alleati+ tal-​Filistin kienu għaddejjin bil-​mijiet u bl-​eluf, u David u l-​irġiel tiegħu kienu mexjin wara m’Akis.+  U l-​prinċpijiet tal-​Filistin bdew jgħidu: “X’inhuma jagħmlu hawn dawn l-​Ebrej?”+ U Akis qal lill-​prinċpijiet tal-​Filistin: “M’huwiex dan David, il-​qaddej taʼ Sawl, is-​sultan taʼ Israel, li ilu miegħi hawnhekk xi sena jew sentejn,+ u jien ma sibt+ lanqas ħaġa waħda x’ngħid fih minn dakinhar li ħarab biex jiġi għandi sa dan il-​jum?”  U l-​prinċpijiet tal-​Filistin għadbu għalih; u l-​prinċpijiet tal-​Filistin issoktaw jgħidulu: “Ġiegħel lil dan ir-​raġel imur lura,+ u ħa jmur lura lejn il-​post tiegħu li tajtu int; u tħallihx jinżel magħna għall-​battalja, li ma jmurx idur kontrina+ fil-​battalja. U biex għandu jingħoġob maʼ sidu? Mhux bl-​irjus taʼ dawn l-​irġiel tagħna?  M’huwiex dan David li dwaru kienu jwieġbu lil xulxin u jiżfnu u jgħidu, ‘Sawl qatel l-​eluf, u David l-​għaxriet t’eluf’?”+  Għaldaqstant, Akis+ sejjaħ lil David u qallu: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ int rett, u l-​ħruġ tiegħek u d-​dħul tiegħek+ miegħi fil-​kamp kien tajjeb f’għajnejja;+ għax ma sibt ebda ħażen fik minn dakinhar li ġejt għandi sa dan il-​jum.+ Imma f’għajnejn is-​sidien alleati+ m’intix tajjeb.  U issa erġaʼ lura u mur bis-​sliem, sabiex ma tagħmel xejn ħażin f’għajnejn is-​sidien alleati tal-​Filistin.”  Madankollu, David qal lil Akis: “Għala, x’għamilt jien,+ u x’sibt int fil-​qaddej tiegħek minn dakinhar li ġejt quddiemek sa dan il-​jum,+ biex ma niġix u niġġieled kontra l-​għedewwa taʼ sidi s-​sultan?”  Għal dan, Akis wieġeb u qal lil David: “Jien naf tajjeb li int tajjeb f’għajnejja, bħal anġlu t’Alla.+ Biss huma l-​prinċpijiet tal-​Filistin li qalu, ‘Tħallihx jitlaʼ magħna għall-​battalja.’ 10  U issa qum kmieni fil-​għodu mal-​qaddejja taʼ sidek li ġew miegħek; u intom tridu tqumu kmieni fil-​għodu meta jkun sebaħ. Imbagħad morru.”+ 11  Għaldaqstant, David qam kmieni, hu u l-​irġiel tiegħu, biex imur fil-​għodu+ u jerġaʼ lura lejn art il-​Filistin; u l-​Filistin telgħu lejn Ġeżragħel.+

Noti taʼ taħt