1 Samwel 28:1-25

28  U ġara li f’dawk il-​jiem il-​Filistin bdew jiġimgħu l-​kampijiet tagħhom għall-​armata biex jiggwerraw kontra Israel.+ Għalhekk, Akis qal lil David: “Int bla dubju taf li miegħi għandek toħroġ fil-​kamp, int u l-​irġiel tiegħek.”+  U David wieġeb lil Akis: “Huwa għalhekk li int stess taf x’se jagħmel il-​qaddej tiegħek.” Għaldaqstant, Akis qal lil David: “Huwa għalhekk li se naħtrek dejjem għassies tiegħi.”*+  Issa Samwel kien miet, u Israel kollu kien bkieh u difnu f’Rama, il-​belt tiegħu.+ U Sawl kien neħħa mill-​pajjiż lill-​medji taʼ l-​ispirti u lil dawk li xogħolhom kien li jbassru l-​ġrajjiet.+  Imbagħad il-​Filistin inġabru flimkien u ġew u kkampjaw f’Sunem.+ Għalhekk, Sawl ġabar flimkien lil Israel kollu u kkampjaw f’Gilbogħa.+  Meta Sawl ra l-​kamp tal-​Filistin beda jibżaʼ, u qalbu bdiet tirtogħod ħafna.+  Għalkemm Sawl kien jistaqsi lil Ġeħova,+ Ġeħova qatt ma wieġbu,+ la bil-​ħolm,+ la bl-​Urim,+ u lanqas bil-​profeti.+  Fl-aħħar, Sawl qal lill-​qaddejja tiegħu: “Fittxuli mara taʼ ħila li hi medjum taʼ l-​ispirti,+ u jien immur għandha u nikkonsulta magħha.” Imbagħad il-​qaddejja tiegħu qalulu: “Ara! Hemm mara taʼ ħila li hi medjum taʼ l-​ispirti f’Għajn-dor.”+  Għalhekk, Sawl libes ilbies ieħor sabiex ma jintgħarafx+ u mar, hu u żewġt irġiel miegħu; u waslu għand il-​mara bil-​lejl.+ Hu issa qalilha: “Eħber għalija,+ jekk jogħġbok, bħala medjum taʼ l-​ispirti u tellagħli lil min ngħidlek jien.”  Madankollu, il-​mara qaltlu: “Ara! Int stess taf tajjeb x’għamel Sawl, kif qered mill-​pajjiż lill-​medji taʼ l-​ispirti u lil dawk li xogħolhom kien li jbassru l-​ġrajjiet.+ Allura, għala qed tonsobli ruħi biex toqtolni?”+ 10  Minnufih Sawl ħalfilha b’Ġeħova u qalilha: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ il-​ħtija għall-​iżball m’hijiex se tiġi fuqek minħabba din il-​kwistjoni!” 11  Għal dan, il-​mara qaltlu: “Lil min intellagħlek?” Wiġibha: “Tellagħli lil Samwel.”+ 12  Meta l-​mara rat lil “Samwel”*+ bdiet tgħajjat kemm tiflaħ; u l-​mara ssoktat tgħid lil Sawl: “Għala dħaqt bija, meta int stess Sawl?” 13  Imma s-​sultan qalilha: “Tibżax, imma x’rajt?” U l-​mara ssoktat tgħid lil Sawl: “Rajt alla+ tielaʼ mill-​art.” 14  Minnufih qalilha: “X’sura għandu?” u hi qaltlu: “Raġel xiħ tielaʼ, u hu mkebbeb b’libsa bla kmiem.”+ B’hekk, Sawl għaraf li kien “Samwel,”+ u miel u nxteħet wiċċu fl-​art. 15  U “Samwel” qal lil Sawl: “Għala qgħadt taqlagħni u tellajtni hawn?”+ U Sawl wieġeb: “Ninsab f’sitwazzjoni mwiegħra ħafna,+ għax il-​Filistin qed jiġġieldu kontrija, u Alla telaqni+ u ma wiġibnix iktar, la permezz tal-​profeti u lanqas permezz tal-​ħolm;+ u b’hekk qed insejjaħ lilek biex tgħidli x’għandi nagħmel.”+ 16  U “Samwel” issokta jgħid: “Allura, għala qed tistaqsi lili, meta Ġeħova stess telqek+ u hu l-​avversarju tiegħek?+ 17  U Ġeħova se jagħmel hu nnifsu dak li qal permezz tiegħi, u Ġeħova se jaħtaflek is-​saltna minn idek+ u jagħtiha lil sieħbek David.+ 18  Talli ma smajtx minn leħen Ġeħova,+ u ma wettaqtx ir-​rabja taħraq tiegħu kontra Għamalek,+ huwa għalhekk li Ġeħova se jagħmillek dan illum. 19  U Ġeħova se jagħti wkoll lil Israel miegħek f’idejn il-​Filistin,+ u għada int+ u wliedek+ se tkunu miegħi. Saħansitra l-​kamp taʼ Israel, Ġeħova se jagħtih f’idejn il-​Filistin.”+ 20  Minnufih Sawl waqaʼ minn tulu fl-​art u beda jibżaʼ ħafna minħabba kliem “Samwel.” Ukoll, ma kellu ebda qawwa fih, għaliex ma kien kiel ebda ikel il-​ġurnata kollha u l-​lejl kollu. 21  Il-mara issa marret ħdejn Sawl u rat li kien tħawwad ħafna. Għalhekk, qaltlu: “Ara! Il-​qaddejja tiegħek semgħet minn leħnek, u jien issograjt ħajti+ u smajt mill-​kliem li għedtli. 22  U issa, jekk jogħġbok, int, mill-​banda l-​oħra, ismaʼ minn leħen il-​qaddejja tiegħek; u ħa nqiegħed biċċa ħobż quddiemek, u kul, sabiex ikollok il-​qawwa fik, peress li trid tmur għal triqtek.” 23  Imma ma riedx u qal: “M’iniex se niekol.” Madankollu, il-​qaddejja tiegħu kif ukoll il-​mara baqgħu jħeġġuh. Fl-​aħħar, hu semaʼ minn leħinhom u qam mill-​art u qagħad fuq is-​sodda. 24  Issa l-​mara kellha għoġol imsemmen+ fid-​dar. Għalhekk, hi malajr qatlitu*+ u ħadet id-​dqiq u għaġnitu u għamlitu ħobż bla ħmira u ħmietu. 25  Imbagħad ġabitu lil Sawl u lill-​qaddejja tiegħu, u kielu. Wara dan, qamu u telqu matul dak il-​lejl.+

Noti taʼ taħt

Jew, “għassies taʼ rasi.”
F’dan il-​kapitlu l-​virgoletti maʼ l-​isem Samwel juru li ma kienx veru hu.
Letteralment, “issagrifikatu.”