1 Samwel 26:1-25

26  U n-​nies taʼ Żif+ marru għand Sawl f’Gibegħa+ u qalulu: “David mhux qed jinħeba fuq l-​għolja taʼ Ħakila,+ faċċata tal-​Ġesimon?”*+  U Sawl qam+ u niżel lejn ix-​xagħri taʼ Żif, u miegħu tlett elef raġel,+ il-​magħżulin taʼ Israel, biex ifittex lil David fix-​xagħri taʼ Żif.  U Sawl ikkampja fuq l-​għolja taʼ Ħakila, li hi faċċata tal-​Ġesimon, ħdejn it-​triq, waqt li David kien qed jgħammar fix-​xagħri, u ra li Sawl kien ġie warajh fix-​xagħri.  Għalhekk, David bagħat xi spiji+ biex ikun jaf jekk Sawl kienx ġie tassew.  Iktar tard David qam u mar fil-​post fejn kien ikkampja Sawl, u David ra l-​post fejn kien imtedd Sawl, kif ukoll Abner,+ bin Ner, il-​kap taʼ l-​armata tiegħu; u Sawl kien mimdud fil-​post fejn kien ikkampjat+ bin-​nies ikkampjati madwaru.  Imbagħad David qabad u qal lil Aħimelek, il-​Ħitti,+ u lil Abisaj,+ bin Seruja,+ ħu Ġowab: “Min jinżel miegħi għand Sawl fil-​kamp?” Abisaj wieġeb: “Jien stess ninżel miegħek.”+  U David mar m’Abisaj ħdejn in-​nies bil-​lejl; u, ara, Sawl kien mimdud u rieqed fil-​post fejn kien ikkampjat bil-​lanza tiegħu mwaħħla fl-​art ħdejn rasu, u Abner u n-​nies kienu mimdudin madwaru.  Abisaj issa qal lil David: “Illum Alla tak f’idek l-​għadu tiegħek.+ U issa ħallini, jekk jogħġbok, insammru maʼ l-​art bil-​lanza darba biss, u ma nerġax nagħmillu hekk darbtejn.”  Madankollu, David qal lil Abisaj: “Toqtlux, għax min medd idu fuq il-​midluk taʼ Ġeħova+ u baqaʼ innoċenti?”+ 10  U David issokta jgħid: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ Ġeħova stess jilħqu;+ jew jasal il-​jum tiegħu+ u jkollu jmut bħal ħaddieħor, jew jinżel għall-​battalja,+ u jinqered.+ 11  Ma jgħaddilix minn moħħi,+ mill-​ħarsa taʼ Ġeħova,+ li mmidd idi+ fuq il-​midluk taʼ Ġeħova!+ Għalhekk, jekk jogħġbok, issa ħu l-​lanza li qiegħda ħdejn rasu u l-​buqar taʼ l-​ilma, u ejja mmorru.” 12  Għaldaqstant, David ħa l-​lanza u l-​buqar taʼ l-​ilma minn ħdejn ras Sawl, u mbagħad telqu; u ma kien hemm ħadd li rahom+ u ħadd ma ta kas u ħadd ma qam, għax ilkoll kemm huma kienu reqdin, għaliex Ġeħova kien ġegħelhom jorqdu fil-​fond.+ 13  Imbagħad David għadda għan-​naħa l-​oħra u qagħad fuq il-​quċċata tal-​muntanja ’l bogħod, u l-​ispazju taʼ bejniethom kien vast. 14  U David beda jgħajjat lin-​nies u lil Abner, bin Ner, u jgħidilhom: “Ma twiġibx int, Abner?” U Abner+ wieġeb u qal: “Min int biex tgħajjat lis-​sultan?” 15  U David issokta jgħid lil Abner: “M’intix raġel int? U min hu bħalek f’Israel? Għalfejn, allura, ma ħaristx lil sidek is-​sultan? Għax ġie wieħed min-​nies biex jeqred lis-​sultan, sidek.+ 16  Din il-​ħaġa li għamilt mhix tajba. Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ intom ħaqqkom tmutu,+ għaliex ma ħaristux+ lil sidkom, lill-​midluk taʼ Ġeħova.+ U issa ara fejn huma l-​lanza tas-​sultan u l-​buqar taʼ l-​ilma+ li kienu ħdejn rasu.” 17  U Sawl għaraf leħen David u qallu: “Dan leħnek, ibni David?”+ U David wieġbu: “Iva, leħni, sidi s-​sultan.” 18  U żied: “Sidi għala qed jiġri wara l-​qaddej tiegħu,+ għax x’għamilt jien, u x’ħażen hemm f’idi?+ 19  U issa ħa jismaʼ sidi s-​sultan, jekk jogħġbu, kliem il-​qaddej tiegħu: Jekk hu Ġeħova li qanqlek kontrija, ħa jaċċetta offerta tal-​qmuħ mingħandi.+ Imma jekk huma wlied il-​bniedem,+ huma misħutin quddiem Ġeħova,+ għaliex keċċewni llum sabiex ma nħossnix iktar marbut mal-​wirt taʼ Ġeħova,+ u qaluli, ‘Mur, aqdi allat oħrajn!’+ 20  U issa tħallix li demmi jaqaʼ fl-​art quddiem wiċċ Ġeħova;+ għax is-​sultan taʼ Israel bergħud wieħed ħareġ ifittex,+ bħalma wieħed jikkaċċja ħaġla* fuq il-​muntanji.”+ 21  Għal dan, Sawl qallu: “Dnibt jien.+ Ejja lura, ibni David, għax mhux se nagħmillek ħsara iktar, minħabba l-​fatt li ruħi kienet prezzjuża+ f’għajnejk illum. Ara! Jien tbellaht u żbaljajt fuq li żbaljajt.” 22  Imbagħad David wieġeb u qal: “Hawn hi l-​lanza tas-​sultan, u ħa jiġi hawnhekk wieħed miż-​żgħażagħ u jiħodha. 23  U Ġeħova jrodd lil kull wieħed skond is-​sewwa tiegħu+ u l-​fedeltà tiegħu, għax illum Ġeħova tak f’idi, u jien ma ridtx immidd idi fuq il-​midluk taʼ Ġeħova.+ 24  U, ara, bħalma ruħek kienet prezzjuża llum f’għajnejja, hekk jalla ruħi tkun prezzjuża f’għajnejn Ġeħova,+ sabiex jeħlisni minn kull hemm.”+ 25  U Sawl qal lil David: “Kun imbierek, ibni David. Mhux talli hu żgur li taħdem imma talli hu żgur li toħroġ rebbieħ.”+ U David telaq għal triqtu; u Sawl mar lura lejn postu.+

Noti taʼ taħt

Jew, “tad-​deżert.”
Tajra tixbah lit-​tiġieġa.