1 Samwel 25:1-44

25  Għadda ż-​żmien u Samwel+ miet; u l-​Israelin kollha nġemgħu flimkien u bkewh+ u difnuh f’daru f’Rama.+ Imbagħad David qam u niżel lejn ix-​xagħri tal-​Faran.+  Issa kien hemm raġel f’Magħon,+ u xogħlu kien fil-​Karmel.+ U r-​raġel kien għani ħafna, u kellu tlett elef nagħġa u elf mogħża; u kien qed iġiżż+ in-​nagħaġ tiegħu fil-​Karmel.  U r-​raġel kien jismu Nabal,+ u martu kien jisimha Abigajl.+ U l-​mara kienet bil-​għaqal ferm+ u sabiħa f’suritha, imma r-​raġel kien aħrax u ħażin f’għemilu;+ u kien Kalebi.+  U David semaʼ fix-​xagħri li Nabal kien qed iġiżż+ in-​nagħaġ tiegħu.  Għalhekk, David bagħat għaxar żgħażagħ u David qal liż-​żgħażagħ: “Itilgħu l-​Karmel, u morru għand Nabal u staqsuh f’ismi kif inhu.+  U hekk għidulu lil ħija, ‘Jalla tkun tajjeb+ u n-​nies taʼ darek ukoll ikunu tajbin u kulma għandek ikun tajjeb.  U issa smajt li għandek in-​nies li jġiżżu n-​nagħaġ. Issa r-​rgħajja tiegħek kienu magħna.+ Aħna ma ħqarnihomx,+ u xejn ma naqashom minn dak li kellhom il-​jiem kollha li damu fil-​Karmel.  Staqsi liż-​żgħażagħ tiegħek stess, u jgħidulek, sabiex iż-​żgħażagħ tiegħi jsibu l-​ħniena f’għajnejk, għaliex f’jum tajjeb ġejna. Jekk jogħġbok, agħti mela kulma jiġi f’idek lill-​qaddejja tiegħek u lil ibnek David.’”+  Għaldaqstant, iż-​żgħażagħ taʼ David marru u kellmu lil Nabal u qalulu l-​kliem kollu li kien qal David u qagħdu jistennew. 10  U Nabal wieġeb lill-​qaddejja taʼ David u qalilhom: “Min hu David,+ u min hu bin Ġesse? Illum ħafna huma l-​qaddejja li qed jaħarbu, kull wieħed minn quddiem sidu.+ 11  U għandi jien naqbad il-​ħobż tiegħi+ u l-​ilma tiegħi u l-​annimali maqtulin li qattajt biċċiet għan-​nies tiegħi li jġiżżu n-​nagħaġ u nagħtihom lil irġiel li lanqas biss naf minfejn huma?”+ 12  Għal dan, iż-​żgħażagħ taʼ David daru għal triqithom u marru lura u ġew u għarrfuh b’dan il-​kliem kollu. 13  Minnufih David qal lill-​irġiel tiegħu: “Tħażżmu kull wieħed b’sejfu!”+ Għalhekk, kull wieħed tħażżem b’sejfu u David ukoll tħażżem b’sejfu; u bdew telgħin wara David, xi erbaʼ mitt raġel, waqt li mitejn qagħdu maʼ l-​affarijiet.+ 14  Sadanittant, lil Abigajl, mart Nabal, wieħed miż-​żgħażagħ wasslilha l-​aħbar u qalilha: “Ara! David bagħat messaġġiera mix-​xagħri biex jixtieq il-​ġid lil sidna, imma hu għajjat magħhom u ċanfarhom.+ 15  U dawn l-​irġiel imxew tajjeb ħafna magħna, u ma ħaqruniex, u lanqas ħaġa waħda ma naqsitna l-​jiem kollha li domna mexjin magħhom waqt li konna fir-​rabaʼ.+ 16  Bħal sur+ kienu madwarna kemm bil-​lejl u kemm bi nhar, il-​jiem kollha li konna magħhom, nirgħu l-​merħla. 17  U issa kun af u ara x’se tagħmel, għax gwaj ġie deċiż+ kontra sidna u kontra daru kollha, għax hu assolutament bniedem li m’hu tajjeb għal xejn+ biex tkellmu.” 18  Minnufih Abigajl+ qabdet u ħadet mitejn ħobża, żewġ ġarar kbar inbid,+ ħames nagħġiet imħejjijin tajjeb,+ ħames seat qmuħ inkaljati,+ mitt ċappa żbib,+ u mitejn ċappa tin pressat+ u għabbiethom fuq il-​ħmir. 19  Imbagħad qalet liż-​żgħażagħ tagħha: “Għaddu quddiemi.+ Ara! Jien ġejja warajkom.” Imma lil żewġha Nabal ma qaltlu xejn. 20  U ġara li, waqt li kienet riekba fuq il-​ħmar+ u nieżla bil-​moħbi minn fuq il-​muntanja, kien hemm David u l-​irġiel tiegħu neżlin biex jiltaqgħu magħha. Għalhekk, ġiet wiċċ imbwiċċ magħhom. 21  Issa David kien qal: “Kien kollu għalxejn li ħarist kulma għandu dan ir-​raġel fix-​xagħri u lanqas ħaġa waħda ma naqset minn kulma għandu,+ u madankollu hu jroddli d-​deni għall-​ġid.+ 22  Jalla jagħmlilhom hekk Alla, u iktar minn hekk,+ lill-​għedewwa taʼ David, jekk inħalli lil xi ħadd mill-​irġiel+ kollha tiegħu jibqaʼ sa fil-​għodu.”+ 23  Meta Abigajl lemħet lil David, hi minnufih qabdet u niżlet minn fuq il-​ħmar u nxteħtet wiċċha fl-​art quddiem David u mielet+ lejn l-​art. 24  Imbagħad intefgħet f’riġlejh+ u qalet: “Fuqi biss, O sidi, ikun l-​iżball;+ u, jekk jogħġbok, ħa tkellmek l-​ilsira tiegħek,+ u agħti widen għall-​kliem taʼ l-​ilsira tiegħek. 25  Jekk jogħġbok, ħalli sidi ma jagħtix kas dan ir-​raġel li m’hu tajjeb għal xejn,+ Nabal, għax, bħal ismu, hekk hu. Nabal jismu, u hu jaġixxi bla sens.+ U jien, l-​ilsira tiegħek, ma rajthomx liż-​żgħażagħ taʼ sidi li bgħatt int. 26  U issa, sidi, daqskemm Ġeħova+ hu ħaj u daqskemm ruħek hi ħajja,+ Ġeħova żammek lura+ milli ġġib fuqek il-​ħtija tad-​demm+ u ġġib is-​salvazzjoni b’idek stess.+ U ħa jsiru bħal Nabal l-​għedewwa tiegħek u dawk li qed jipprovaw jagħmlu l-​ħsara lil sidi.+ 27  U issa dan ir-​rigal bħala barka+ li l-​qaddejja tiegħek ġabet lil sidi jrid jingħata liż-​żgħażagħ li qed jimxu fil-​passi+ taʼ sidi. 28  Aħfer, jekk jogħġbok, in-​nuqqas taʼ l-​ilsira tiegħek,+ għaliex Ġeħova żgur li se jagħmel dar dejjiema għal sidi,+ għaliex sidi qed jiġġieled il-​gwerer taʼ Ġeħova;+ u l-​ħażen ma jinstabx fik jiemek kollha.+ 29  Meta jqum xi ħadd biex jiġri warajk u jipprova jiħodlok ħajtek, il-​ħajja taʼ sidi tkun imgeżwra fis-​sorra tal-​ħajja+ għand Ġeħova Alla tiegħek;+ imma l-​ħajja taʼ l-​għedewwa tiegħek se jixħitha bħallikieku minn ġol-​keffa taʼ l-​iżbandola.+ 30  U jrid iseħħ li, minħabba li Ġeħova se jagħmel lil sidi l-​ġid li tkellem dwarek, hu se jinkarigak bħala mexxej fuq Israel.+ 31  U ħalli dan ma jsirx t’għali għalik jew taʼ tfixkil għal qalb sidi, kemm billi xxerred id-​demm għalxejn+ u kemm billi sidi jġib is-​salvazzjoni b’idu stess.+ U Ġeħova jagħmel il-​ġid lil sidi, u int ftakar+ fl-​ilsira tiegħek.” 32  U David qal lil Abigajl: “Ikun imbierek Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+ li llum bagħtek tiltaqaʼ miegħi! 33  U tkun imbierka int li int sensibbli,+ u tkun imbierka int li llum żammejtni milli nġib fuqi l-​ħtija tad-​demm+ u nġib is-​salvazzjoni b’idi stess.+ 34  U, mill-​banda l-​oħra, daqskemm hu ħaj Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, li żammni lura milli nagħmillek il-​ħsara,+ kieku int m’għaġġiltx biex tiġi tiltaqaʼ miegħi,+ kieku żgur li sad-​dawl taʼ fil-​għodu Nabal ma kien jibqagħlu ebda raġel.”+ 35  B’hekk, David aċċetta minn idha dak li kienet ġabitlu, u lilha qalilha: “Itlaʼ bis-​sliem+ lejn darek. Ara! Jien smajt minn leħnek u se nagħtik dak li tlabtni.”+ 36  Iktar tard Abigajl daħlet għand Nabal, u dan kellu festa f’daru bħal festa taʼ sultan;+ u Nabal kien qed iħossu kuntent f’qalbu, u kien fis-​sakra+ għall-​aħħar; u lanqas ħaġa waħda ma qaltlu, la żgħira u lanqas kbira, sad-​dawl taʼ fil-​għodu. 37  U ġara fil-​għodu, meta lil Nabal kien għaddielu l-​effett taʼ l-​inbid, li martu qaltlu b’dawn l-​affarijiet. U qalbu+ mietet fih, u sar iebes ġebla. 38  Wara dan, għaddew xi għaxart ijiem u mbagħad Ġeħova laqat+ lil Nabal, u dan miet. 39  U David semaʼ li Nabal kien miet, u għalhekk qal: “Ikun imbierek Ġeħova, li mexxa l-​kawża legali+ taʼ l-​għajb tiegħi+ biex jeħlisni minn id Nabal u li żamm lura lill-​qaddej tiegħu mill-​ħażen,+ u l-​ħażen taʼ Nabal, Ġeħova dawwarhulu għal fuq rasu stess!”+ U David bagħat jitlob lil Abigajl biex jiħodha b’martu.+ 40  Għalhekk, il-​qaddejja rġiel taʼ David marru għand Abigajl fil-​Karmel u kellmuha u qalulha: “David bagħatna għandek biex jieħdok b’martu.” 41  Minnufih hi qamet u mielet wiċċha lejn l-​art+ u qalet: “Hawn hi l-​ilsira tiegħek bħala qaddejja biex taħsel saqajn+ il-​qaddejja rġiel taʼ sidi.”+ 42  Imbagħad Abigajl+ għaġġlet u qamet u rikbet+ fuq il-​ħmar b’ħames qaddejja nisa tagħha mexjin warajha; u marret wara l-​messaġġiera taʼ David u saret martu. 43  David kien ħa wkoll lil Aħinogħam+ minn Ġeżragħel;+ u n-​nisa saru, saħansitra t-​tnejn li huma, in-​nisa tiegħu.+ 44  Inkwantu għal Sawl, hu kien ta lil bintu Mikal,+ mart David, lil Palti,+ bin Lajs, li kien minn Gallim.+

Noti taʼ taħt