1 Samwel 24:1-22

24  U ġara li, malli Sawl ġie lura milli jiġri wara l-​Filistin,+ ġew jagħtuh l-​aħbar u jgħidulu: “Ara! David qiegħed fix-​xagħri t’Għajn-gedi.”+  U Sawl ħa tlett elef raġel magħżulin+ minn Israel kollu u mar ifittex lil David+ u l-​irġiel tiegħu fuq il-​blat għeri tal-​mogħoż tal-​muntanja.+  Sa fl-​aħħar ġie ħdejn l-​imqawel tal-​ġebel li kienu jintużaw għan-​nagħaġ u li kienu tul it-​triq, fejn kien hemm għar. Għalhekk, Sawl daħal fih biex jaqdi l-​bżonnijiet tiegħu,+ waqt li David u l-​irġiel tiegħu kienu f’partijiet oħra taʼ l-​għar+ fuq ġewwanett, bil-​qiegħda.  U l-​irġiel taʼ David qalulu: “Hawn hu l-​jum li fih Ġeħova qed jgħidlek, ‘Ara! Qed nagħtik f’idek l-​għadu tiegħek,+ u agħmillu dak li jidhirlek li hu tajjeb f’għajnejk.’”+ Għalhekk, David qam u nkiss inkiss qataʼ tarf il-​libsa bla kmiem taʼ Sawl.  U ġara li mbagħad qalb David bdiet tħabbtu+ talli kien qataʼ tarf il-​libsa taʼ Sawl.  Għalhekk, hu qal lill-​irġiel tiegħu: “Ma jgħaddilix minn moħħi, mill-​ħarsa taʼ Ġeħova, li nagħmel ħaġa bħal din lil sidi, il-​midluk+ taʼ Ġeħova, billi mmidd idi fuqu, għax hu l-​midluk taʼ Ġeħova.”+  Għaldaqstant, David b’dan il-​kliem bagħat lill-​irġiel tiegħu, u ma ħallihomx iqumu għal Sawl.+ U Sawl qam u ħareġ mill-​għar u baqaʼ sejjer fi triqtu.  Għalhekk, David imbagħad qam u ħareġ mill-​għar u sejjaħ lil Sawl u qallu: “Sidi+ s-​sultan!” Għal dan, Sawl ħares warajh, u David miel u nxteħet wiċċu fl-​art.+  U David issokta jgħid lil Sawl: “Għala tismaʼ minn kliem il-​bniedem,+ li jgħid, ‘Ara! David qed jipprova jweġġgħek’? 10  Ara! Dan il-​jum għajnejk raw kif Ġeħova llum tak f’idi ġo l-​għar; u xi ħadd qalli biex noqtlok,+ imma jien iddispjaċieni għalik u għedt, ‘Ma mmidx idi fuq sidi, għax hu l-​midluk+ taʼ Ġeħova.’ 11  U, ara, missieri,+ iva, ara tarf il-​libsa tiegħek f’idi, għax meta qtajt tarf il-​libsa tiegħek ma qtiltekx. Kun af u ara li m’hemm ebda ħażen+ jew irvell f’idi, u ma dnibtx kontrik, waqt li int lest għalija biex tiħodli ħajti.+ 12  Jalla Ġeħova jiġġudika bejni u bejnek;+ u Ġeħova jagħmel vendetta+ minnek għalija, imma jien ma nerfax idi fuqek.+ 13  Bħalma jgħid il-​proverbju tan-​nies tal-​qedem, ‘Mill-​ħżiena ħażen joħroġ,’+ imma jien ma nerfax idi fuqek. 14  Wara min ħareġ is-​sultan taʼ Israel? Wara min qed tiġri? Wara kelb mejjet?+ Wara bergħud wieħed?+ 15  U Ġeħova jkun l-​imħallef, u hu jiġġudika bejni u bejnek, u hu jara u jmexxi l-​kawża legali+ għalija u jiġġudikani biex jeħlisni minn idek.” 16  U ġara li, malli David temm jgħid dan il-​kliem lil Sawl, Sawl qal: “Dan leħnek, ibni David?”+ U Sawl għolla leħnu u beka.+ 17  U ssokta jgħid lil David: “Int iktar ġust minni,+ għax int għamiltli l-​ġid,+ u jien għamiltlek id-​deni. 18  U int—int għedt illum x’ġid għamilt miegħi għaliex Ġeħova tani f’idek+ u int ma qtiltnix. 19  Issa jekk raġel isib l-​għadu tiegħu, se jħallih imur fi triqtu bis-​sliem?+ Għalhekk, Ġeħova stess se jippremjak bil-​ġid,+ minħabba l-​fatt li llum int għamiltu miegħi. 20  U issa, ara, jien naf tajjeb li int żgur li għad issaltan,+ u li f’idek is-​saltna taʼ Israel tibqaʼ fis-​sod. 21  Għalhekk, issa, aħlifli b’Ġeħova+ li ma teqridx lil nisli warajja u li ma ġġibx fix-​xejn lil ismi minn dar missieri.”+ 22  Għaldaqstant, David ħalef lil Sawl, u mbagħad Sawl telaq lejn daru.+ U David u l-​irġiel tiegħu telgħu f’post diffiċli biex jintlaħaq.+

Noti taʼ taħt