1 Samwel 22:1-23

22  Għalhekk, David telaq minn hemmhekk+ u ħarab+ lejn l-​għar+ t’Għadullam;+ u ħutu u d-​dar kollha taʼ missieru semgħu b’dan u niżlu hemmhekk għandu.  U l-​irġiel kollha li kellhom l-​inkwiet,+ l-​irġiel kollha li kellhom id-​dejn,+ u l-​irġiel kollha li ruħhom kienet mimlija mrar+ bdew jinġabru flimkien għandu,+ u hu sar kap fuqhom;+ u miegħu kien hemm madwar erbaʼ mitt raġel.  Iktar tard David telaq minn hemmhekk lejn Mispe f’Mowab u qal lis-​sultan taʼ Mowab:+ “Jekk jogħġbok, ħa jgħammru magħkom missieri u ommi+ sakemm inkun naf x’se jagħmel Alla għalija.”  Għaldaqstant ħalliehom quddiem is-​sultan taʼ Mowab, u baqgħu jgħammru miegħu l-​jiem kollha li David kien f’post diffiċli biex jintlaħaq.*+  U Gad,+ il-​profeta, qal lil David: “Tibqax tgħammar fil-​post diffiċli biex jintlaħaq. Itlaq, u ejja int stess fl-​art taʼ Ġuda.”+ Għalhekk, David telaq u mar fil-​foresta taʼ Ħeret.  U Sawl semaʼ li nstab fejn kienu David u l-​irġiel li kienu miegħu, waqt li Sawl kien bil-​qiegħda f’Gibegħa taħt is-​siġra tat-​tamarisk+ fil-​post fl-​għoli, bil-​lanza+ f’idu, u l-​qaddejja kollha tiegħu kienu madwaru.  U Sawl qal lill-​qaddejja tiegħu li kienu madwaru: “Isimgħuni, jekk jogħġobkom, Benjamini. Se jagħtikom bin Ġesse+ wkoll, ilkoll kemm intom, għelieqi u oqsma tad-​dwieli?+ Se jaħtarkom, ilkoll kemm intom, kapijiet taʼ l-​eluf+ u kapijiet tal-​mijiet?  Għax intom ikkonfoffajtu, ilkoll kemm intom, kontrija; u m’hemm ħadd li jgħidli+ meta ibni stess jagħmel patt+ maʼ bin Ġesse, u m’hemm ħadd minnkom li jħoss għalija u jgħidli li ibni stess qajjem kontrija lill-​qaddej tiegħi biex jonsobni bħalma qed jagħmel illum.”  Għal dan, Duweg,+ l-​Edomi, billi kien fuq il-​qaddejja taʼ Sawl, wieġeb u qal: “Rajt lil bin Ġesse sejjer Nob għand Aħimelek,+ bin Aħitub.+ 10  U dan staqsa+ lil Ġeħova għan-​nom tiegħu; u tah xi provvisti,+ u tah ukoll is-​sejf+ taʼ Gulija, il-​Filisti.” 11  Minnufih is-​sultan bagħat isejjaħ lil Aħimelek, bin Aħitub, il-​qassis, u lid-​dar kollha taʼ missieru, il-​qassisin li kienu Nob.+ Għalhekk, ilkoll kemm huma ġew għand is-​sultan. 12  Sawl issa qal: “Ismaʼ, jekk jogħġbok, bin Aħitub!” u dan wieġeb: “Hawn jien, sidi.” 13  U Sawl issokta jgħidlu: “Għala kkonfoffajtu kontrija,+ int u bin Ġesse, billi tajtu ħobż u sejf, u staqsejt lil Alla għan-​nom tiegħu, biex iqum kontrija ħalli jonsobni bħalma qed jagħmel illum?”+ 14  U Aħimelek wieġeb lis-​sultan u qallu: “U min fost il-​qaddejja kollha tiegħek hu bħal David,+ leali,+ ħaten+ is-​sultan, kap fuq il-​gwardja persunali tiegħek, u onorat f’darek?+ 15  Jien illum bdejt nistaqsi+ lil Alla għan-​nom tiegħu? Ma jgħaddilix minn moħħi li nikkonfoffa kontrik! Ħa ma jwaħħalx is-​sultan fil-​qaddej tiegħu u fid-​dar kollha kemm hi taʼ missieri, għax f’dan kollu l-​qaddej tiegħek ma kien jaf xejn, la ħaġa żgħira u lanqas kbira.”+ 16  Imma s-​sultan qallu: “Int żgur li tmut,+ Aħimelek, int u dar missierek kollha.”+ 17  Imbagħad is-​sultan qal lill-​ġerrejja+ li kienu madwaru: “Duru u oqtlu lill-​qassisin taʼ Ġeħova, għaliex idhom ukoll hi maʼ David u għaliex kienu jafu li kien maħrub u ma qalulix b’dan!”+ U l-​qaddejja tas-​sultan ma ridux imiddu idhom biex iħebbu għall-​qassisin taʼ Ġeħova.+ 18  Fl-aħħarnett, is-​sultan qal lil Duweg:+ “Dur int u ħebb għall-​qassisin!” Minnufih Duweg, l-​Edomi,+ dar u hu stess ħebb għall-​qassisin u qatel+ dakinhar ħamsa u tmenin raġel lebsin efod+ taʼ l-​għażel. 19  Saħansitra lil Nob,+ il-​belt tal-​qassisin, darabha b’xifer is-​sejf, sew raġel kif ukoll mara, sew tifel u tifla kif ukoll tarbija tal-​ħalib u barri u ħmar u nagħġa, b’xifer is-​sejf. 20  Madankollu, iben wieħed t’Aħimelek, bin Aħitub, li kien jismu Abjatar,+ ħarab u telaq jiġri biex isegwi lil David. 21  Imbagħad Abjatar qal lil David: “Sawl qatel il-​qassisin taʼ Ġeħova.” 22  U David qal lil Abjatar: “Kont naf tajjeb dakinhar,+ għaliex Duweg, l-​Edomi, kien hemmhekk, li hu żgur li kien se jgħidlu lil Sawl.+ Jien personalment naħti għal kull ruħ minn dar missierek. 23  Għammar miegħi. Tibżax, għax kulmin ifittex li jiħodli ħajti jfittex li jiħodlok ħajtek, għax int għandek bżonn il-​protezzjoni miegħi.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “fil-​fortizza.” Pexitta Sirjaka, “Mispa.”