1 Samwel 21:1-15

21  Iktar tard David ġie Nob+ għand Aħimelek, il-​qassis; u Aħimelek+ beda jirtogħod meta ltaqaʼ maʼ David, u mbagħad qallu: “Għala qiegħed waħdek, u m’għandek lil ħadd miegħek?”+  U David wieġeb lil Aħimelek, il-​qassis: “Is-​sultan ikkmandani nagħmel xi ħaġa,+ u qalli, ‘Tħalli lil ħadd ikun jaf b’din il-​ħaġa li qed nibagħtek minħabba fiha u li kkmandajtek dwarha.’ U jien għamilt appuntament maż-​żgħażagħ għat-​tali u t-​tali post.  U issa, jekk f’idejk għandek ħames ħobżiet, agħtihomli f’idi, jew dak li tistaʼ ssib.”+  Imma l-​qassis wieġeb lil David u qallu: “M’għandix ħobż ordinarju f’idejja, imma għandi ħobż qaddis;+ bil-​patt li ż-​żgħażagħ għall-​inqas żammew ruħhom ’il bogħod min-​nisa.”+  Għalhekk, David wieġeb lill-​qassis u qallu: “Imma n-​nisa żammejniehom ’il bogħod minna l-​istess bħal qabel meta jien ħriġt+ fuq kampanja militari, u l-​iġsma taż-​żgħażagħ jibqgħu mqaddsin, għalkemm il-​missjoni hi komuni. U kemm hu iktar hekk illum, meta wieħed isir qaddis f’ġismu?”  U l-​qassis tah dak li kien imqaddes,+ għaliex ma kienx hemm ħobż hemmhekk ħlief il-​ħobż tal-​preżenza li kien tneħħa minn quddiem Ġeħova+ sabiex jitqiegħed ħobż frisk hemmhekk dakinhar li jitneħħa.  Issa wieħed mill-​qaddejja taʼ Sawl kien hemmhekk dakinhar, miżmum+ quddiem Ġeħova, u kien jismu Duweg,+ l-​Edomi,+ il-​kap tar-​rgħajja taʼ Sawl.+  U David issokta jgħid lil Aħimelek: “U m’għandek xejn hawnhekk li tistaʼ tagħtini, xi lanza jew sejf? Għax f’idi la ħadt is-​sejf tiegħi u lanqas l-​armi tiegħi, għax il-​kwistjoni tas-​sultan kienet urġenti.”  Għal dan, il-​qassis qallu: “Is-​sejf taʼ Gulija,+ il-​Filisti, li int qtilt fil-​pjanura l-​baxxa t’Elah+—hawn hu, imgeżwer f’mantell, wara l-​efod.+ Jekk trid tieħdu, ħudu, għaliex m’hemmx ieħor ħliefu.” U David issokta jgħidlu: “M’hawnx bħalu. Agħtihuli.” 10  Imbagħad David qam u ħarab+ dakinhar minħabba Sawl, u sa fl-​aħħar wasal għand Akis, is-​sultan taʼ Gat.+ 11  U l-​qaddejja t’Akis bdew jgħidulu: “Dan mhux David, is-​sultan+ tal-​pajjiż? Mhux dwar dan kienu jwieġbu lil xulxin u jiżfnu+ u jgħidu,‘Sawl qatel l-​eluf,U David l-​għaxriet t’eluf’?”+ 12  U David żamm dan il-​kliem f’qalbu, u beda jibżaʼ ħafna+ minħabba Akis, is-​sultan taʼ Gat. 13  Għalhekk, quddiem għajnejhom+ għamel taʼ bir-​ruħu+ li tilef moħħu u beda jaġixxi taʼ miġnun, meta kien taħt idejhom, u qagħad iħażżeż fuq il-​bibien taʼ bieb il-​belt u ħalla l-​bżieq jinżel mad-​daqna. 14  Fl-aħħar, Akis qal lill-​qaddejja tiegħu: “Hawnhekk qed taraw raġel iġib ruħu taʼ miġnun. Għalfejn ġibtuhuli? 15  Jaqaw għandi bżonn l-​imġienen jien, biex ġibtu lil dan sabiex iġib ruħu taʼ miġnun quddiemi? Għandu dan jidħol f’dari?”

Noti taʼ taħt